MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547078

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Sa minn żmien iċ-ċinema bikri mutu, il-kummidjanti pari jew aktar kienu tassew popolari fuq il-liżar il-kbir. Xi 100 sena ilu jew it iżjed, Stan Laurel u Oliver Hardy, magħrufin sewwa hawn Malta bħala l-Oħxon u l-Irqiq, verament ferrħu lill-udjenzi l-aktar fis-snin 30 waqt id-Dipressjoni Amerikana ġeneralment ġo films qosra. Warajhom ġew Bud Abbott u Lou Costello u meta dawn qorbu lejn it-tmiem tagħhom, tfaċċaw Dean Martin u Jerry Lewis. Kien hemm ukoll Bing Crosby u Bob Hope dejjem imbarkati f 'avven- turi lejn xi triq ta' pajjiż differenti aktarx eżotiku. e Marx Brothers kienu ħamsa però l-aktar li dehru flimkien fil-films kienu tlieta biss minnhom; e ree Stooges, fl-aqwa tagħhom ġo produzzjoni- jiet qosra aġixxew b'ħafna ċajt u azzjoni goffa, e Keystone Kops (Cops) fl-era taċ-ċinema mhux mitkellem, kienu grupp ta' pulizija ineffiċjenti għall-aħħar. e Dead End Kids/e Bowery Boys kienu wkoll pedina soda biex jallegraw lil kulħadd. Qisu kull għaxar snin sas-sena 1956 kienu jinbtu xi grupp ta' komiċi li l-poplu inġenerali jiġġennen warajhom. Wara r-renju ta' Abbott u Costello, l-aqwa kummidjanti pari tal-kumpanija Universal Pictures, fl-1949 kien imiss lil Dean Martin u Jerry Lewis li jġibu profitti kbar lil Paramount Pictures bejn l-1949 u 1956. Fuq medda ta' kważi tmien snin dehru f '16-il film. Il-formula tal-films tagħhom kienet kważi dejjem l-istess — Jerry Lewis jik- kummiedja qisu tifel żgħir, baħnan, imbeċilli, indeċiż, jisfratta r-relazz- jonijiet ta' Dean Martin mat-tfaj- liet meta sikwit jitolbu xi parir jew għajnuna f 'mumenti mhux opportuni u Martin dejjem isib ħin biex jesegwixxi xi kanzunetta jew iżjed bil-vuċi tiegħu bħala "croon- er" fl-istil ta' Bing Crosby jew Tony Martin. Ta' min jgħid li f 'dak iż-żmien Martin kien diġà popolari sewwa wkoll bħala kantant. Dean Martin twieled fis-7 ta' Ġunju 1917 fi Steubenville, Ohio bl-isem ta' Dino Paul Crocetti minn familja ta' dixxendenza Talja- na. Il-karriera tiegħu bdiet tirranka meta fl-1946 mal-kummidjant Jerry Lewis kienu jagħtu wirjiet f 'nightclubs u wara deher bosta drabi fuq it-televiżjoni, films u anki radju. Wara li spiċċa minn ma' Lewis stabilixxa ruħu bħala kantant prim u ħa aktar fama f 'wirjiet f 'Las Vegas. Kien sar ħabib ħafna ma' Frank Sinatra u Sammy Davis Jr. li ma' oħrajn iffurmaw il-grupp e Rat Pack. Qabel, fil-karriera tiegħu kien boxer, iqassam il-wiski tal- lampik u anki parrukkier. Hu miet fil-25 ta' Diċembru 1995 ta' 78 sena. Joseph Levitch, l-isem propju ta' Jerry Lewis, twieled fis-16 ta' Marzu 1926 fi Newark, New York u miet ta' 91 sena f 'Las Vegas, Nevada fl-20 ta' Awwissu 2017. F'karriera ta' kważi 70 sena, barra li kien attur, kien ukoll kantant, di- rettur u produttur tal-films tiegħu stess. Iqisuh ukoll bħala wieħed mill-aqwa kummidjanti tas-sek- lu 20 u mlaqqam bħala "king of comedy". Kif spiċċat is-sħubija ma' Dean Martin wera l-veru kapaċita- jiet tiegħu f 'diversi attivitajiet konnessi maċ-ċinema. Fil-Holly- wood Walk Of Fame għandu żewġ stilel u Franza onoratu bil-Legion Of Honour. Dean Martin u Jerry Lewis il- taqgħu għall-ewwel darba fl-1945 fil-Glass Hat Club ta' New York meta Lewis kellu 19-il sena u Mar- tin 27 sena. Hemmhekk it-tnejn li huma kienu jagħtu l-wirjiet imma mhux flimkien. Kien fil-25 ta' Lulju 1946 li ddebuttaw flimkien bħala Martin u Lewis fil-500 Club ta' Atlantic City. L-attenzjoni tal-pubbliku lejhom ingranat f 'att fejn Martin bħala wieħed serju jkollu jitwikka bil-prapar ta' Lewis ta' tfajjel spissjat. Waqt dawn il-wirjiet kienu spiss joħolqu ċajt, kliem, movimenti ta' malajr li ma jkunux fl-iskript. Din il-kwalità unika fl-azzjonijiet tagħhom issep- arathom minn kummidjanti pari ta' qabilhom. Dan id-duo ta' kummidjanti bdew il-karriera tagħhom fil-films bħala mhux protagonisti fl-ewwel żewġ films tagħhom. Mis-sena 1950 sa meta spiċċaw fl-1956, fl-14-il film ta' wara, il-maġġoran- za bil-kulur, huma kienu l-pro- tagonisti assoluti ta' din is-serje. Kellhom ukoll il-programm tagħhom tar-radju e Martin & Lewis Show mill-1949 sal-1953 kif ukoll dehru għall-ewwel darba fuq it-televiżjoni, fuq l-istazzjon CBS f 'Toast Of e Town fil-20 ta' Ġunju 1948 fejn wara, l-isem tal-programm sar e Ed Sullivan Show. 14 films IL-ĦADD 11 T'OTTUBRU 2026 • illum Carmel Bonnici Il-kummiedji popolari ta' Dean Martin u Jerry Lewis L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 Viżibilità Tajba L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Baxx mil-Lvant SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Dean Martin Jerry Lewis

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 October 2026