Illum previous editions

ILLUM 23 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2020 ... Tkompli minn paġna 1 Bit-twaqqif ta' panel li speċifikament jitratta dawn il każijiet, ikunu jistgħu jsiru seduti aktar spissi u l-każijiet jingħalqu b'aktar ħeffa, biex fejn hemm illegalità din kemm jista' jkun ma tkomplix issir, kemm fil-każ ta' ksur ta' liġi tal-ippjanar u wkoll ksur ta' liġi ambjentali. Hekk ukoll b'dan il- panel ġdid, li ser iħaffef il- każijiet t'infurzar u jkollu seduti aktar spissi, iż-żewġ partijiet, inkluż l-Awtorità, ikollhom żmien biżżejjed biex iressqu l-provi tagħhom u jiġi ggarantit smigħ xieraq. Ikkuntatjat dwar dan, il- Ministru għall-Ambjent u l-Ippjanar Aaron Farrugia qal li din se tkun waħda mill-bidliet li se ssir sabiex jassigura li jkun hemm iktar serjetà u effiċjenza fl-infurzar tal-Awtorità tal- Ippjanar. "Mhux aċċettabbli li l-Awtorità ma tingħatax iċ- ċans li taħdem b'effiċjenza. L-ippjanar huwa dekasteru sensittiv u importanti għall- pajjiż, u jeħtieġ li l-infurzar isir sewwa u fil-ħin, u l-Awtorità u l-bord ikunu jistgħu jiffunzjonaw mill- aħjar mod possibbli. B'dan il-panel ġdid l-infurzar se jingħata iktar importanza u jissaħħaħ." Panel li mistenni jħaffef il- każijiet ta' infurzar Aaron Farrugia L-aħħar żviluppi fil-Korp tal- Pulizija mhux mistennija jaffettwaw iż- żjara tal-Papa Franġisku YENDRICK CIOFFI Minkejja li t-Taqsima tat-Traffiku fi ħdan il- Korp tal-Pulizija tista' tgħid li kważi kważi tinsab staġnata minħabba l-arrest ta' xejn inqas minn 41 uffiċjal, wara investigazzjoni dwar abbuż mis-sahra, la l-Gvern, la l-Kurja tal-Arċisqof u lanqas l-istess Korp ma huma qed jaqtgħu qalbhom miż-żjara tal-Papa Franġisku f 'Malta fi żmiet tliet xhur oħra. Kif wieħed jista' jimmaġina, żjara bħal din titlob organizzazzjoni kbira. Il-Korp tal-Pulizija jilgħab parti importanti mhux biss minħabba s-sigurtà iżda b'mod partikolari fejn jidħol l-immaniġġjar tat-traffiku, biex ma nsemmux l-iskorta tal-Papa. Għalhekk il-gazzetta ILLUM bagħtet tistaqsi lill-Korp tal-Pulizija u anke lill-Kurja tal-Arċisqof dwar jekk l-aħħar żviluppi fil-Korp, jistgħux b'xi mod, jaffettwaw iż-żjara tal-Papa Franġisku, fil- 31 ta' Mejju li ġej. Fit-tweġiba tiegħu, il-Korp tal-Pulizija ma jidhirx li qed jaqta' qalbu, anzi saħaq li "kemm- il darba fil-passat kellu avvenimenti kbar u fit- tul, fejn anke ħadem ma' entitajiet oħra u kollha kienu ta' suċċess." Kelliem għall-Korp diġà beda jħejji u jiddiskuti l-avvenimenti u dak kollu li hemm bżonn isir. "Diskussjonijiet saru wkoll mal-awtoritajiet tal- Knisja u entitajiet oħra li jassistu f 'avvenimenti bħal dawn fejn jidħlu r-riżorsi umani u l-amministrazzjoni loġistika," saħaq il-Kelliem. Min-naħa tagħha, il-Kurja tal-Arċisqof fakkret li ħatret kumitat organizattiv interdjoċesan u l-Gvern, min-naħa tiegħu, ħatar kumitat organizattiv nazzjonali li qed jaħdmu flikien. Kien għalhekk li l-Kurja talbitna ngħaddu dawn il-mistoqsijiet lill-Kelliem tal-Gvern, Matthew Carbone, li huwa wkoll membru fil- kumitat organizattiv tal-Gvern. L-ILLUM staqsiet lill-Gvern jekk bdewx diskussjonijiet mal-Korp u jekk is-sitwazzjoni fil- Korp, partikolarment fit-Taqsima tat-Traffiku, tistax b'xi mod taffettwa din iż-żjara. Fit-tweġiba tiegħu, il-kelliem tal-Gvern ikkonferma li bdew id-diskussjoniijet, inkluż fuq ir-rotot, l-arranġamenti tat-traffiku u anke s-sigurtà. "Żgur li Malta se tkun imħejjija tajjeb, kif ġara b'suċċess fil-passat," temm jgħid il-kelliem.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 February 2020