Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452
26 sport Titrasmetti l-imħabba għall-atletika lejn it-tliet uliedha CRISTIAN ANTONY MUSCAT Graziella Scicluna - atleta ewlenija f 'pajjiżna li sforz il-passjoni tagħha lejn l-atletika, jirnexxilha titrasmetti din l-istess imħabba lejn it-tliet uliedha - Christian, Isaac Luca u Martina. Huma nnifishom tawna iktar dettalji: "Aħna tliet aħwa, Christian ta' 12-il sena, Isaac Luca ta' 10 snin u Martina ta' 7 snin li nitħarrġu fl-atletika. Ilna nitħarrġu l-atletika minn meta kellna tliet snin. Aħna bdejna nipparteċipaw f 'xi fun run 'l hemm u 'l hawn billi konna għadna żgħar però mbagħad meta tfarfarna ftit bdejna nieħdu sehem fi tlieleaq tat-2k u aħna s-subien ġieli għamilna 3k ukoll." Kellna l-opportunità li nieħdu sehem fl-Indoor London Games. Aħna ppreparajna għal din l-opportunità billi nitħarrġu siegħa u nofs sħaħ tliet darbiet fil-ġimgħa fit- trakka tal-Marsa. Wara kull sessjoni nispiċċaw bla nifs imma mbagħad nieħdu sodisfazzjon fl- aħħar. Bl-għajnuna tal-kowċ David Cardona, konna ppreparati bl-aħjar mod għalkemm din kienet iktar bħala esperjenza milli għall-fini ta' riżultat finali. Fil-fatt, minn hemm ġejna iktar entużjasti biex inħarsu 'l quddiem. Aħna ħadna ħafna gost b'din l-esperjenza. Iltqajna ma' tfal oħra minn pajjiżi differenti. Kellna ċans nitkellmu magħhom u naqsmu l-esperjenzi tagħna magħhom, waqt li nitħarrġu fi training area tal-istess binja. Minn din l-esperjenza tgħallimna kif għandna nqassmu l-ġiri tagħna fit- trakka." Riżultati miksuba: Christian Scicluna S'issa ma rnexxilix nikklassifika però rnexxieli ntejjeb il-ħin minn meta bdejt s'issa. Kull tiġrija fiha x'titgħallem minnha. Jiena nixtieq inkompli f 'dan l-isport għalkemm fis-snin li għaddew, għaddejt minn esperjenzi mhux daqshekk sbieħ. Però, dan ma qatagħlix qalbi għax bl- għajnuna tal-ġenituri tiegħi jiena xorta bqajt nitħarreġ u bil-mod il-mod qed nerġa' nġib il-kunfidenza fija nnifsi u qed nagħmel ħilti kollha biex intejjeb il-ħin u niġri iktar f 'distanzi itwal. Beħsiebni nkompli nipparteċipa f 'iktar tiġrijiet ġodda u nikkompeti ma' dawk li huma tal-istess livell tiegħi jew aħjar biex b'hekk inġib iktar esperjenza. Nixtieq li jkolli aktar opportunitajiet 'il quddiem li nagħmel ġirjiet barra minn Malta. Isaac Luca Scicluna Jiena kont sorpriż ħafna meta ġejt l-ewwel darba fil-ġirja ta' Savio li kienet twila 2km fis-sena 2017. Ikklassifikajt fl-ewwel post fil- kategorija tal-età tiegħi. F'din is-sena wkoll, ikklassifikajt fl-ewwel fil- kategorija tal-età tiegħi fir-ring road tal- Università f 'ġirja ta' 2km. Imbagħad temmejt l-ewwel fil- kategorija tal-età tiegħi wkoll fil-ġirja ta' Dingli 10, fejn kien hemm ġirja ta' 2km fis-sena 2018. Fis-sena 2019 ġejt l-ewwel fil-ġirja ta' 2km ta' Savio. Imbagħad temmejt l-ewwel fil- kategorija tal-età tiegħi fil-ġirja ta' 3km ta' Ħaż-Żabbar. Imbagħad f 'Diċembru ħadt sehem fil- ġirja ta' 2km f 'Għawdex li rnexxieli niġi fir-raba' post u l-ewwel fil-kategorija tal- età tiegħi. Jiena nixtieq li nkompli f 'dan l-isport biex 'il quddiem nagħmel iktar tlielaq f 'iktar tul bħal 5k u 10k. Jiena nieħu pjaċir nikkompeti ma' min hu tal-istess livell tiegħi u anke min hu aħjar minni biex b'hekk inġib iktar esperjenza. Nixtieq ukoll intejjeb il-ħin u nitħarreġ iktar spiss. Nixtieq ukoll li nerġa' mmur barra minn Malta biex nipparteċipa f 'xi ġirja oħra." Martina Scicluna Jiena l-iżgħar fost ħuti. Għalkemm jiena għadni żgħira, irnexxiel wkoll nikseb riżultati pożittivi. Dan hekk kif temmejt fl-ewwel post fil- kategorija tal-età tiegħi meta għamilt il- ġirja ta' 2k ta' Ħaż-Żabbar fl-2018. Fl-2019 irnexxieli niġi l-ewwel fil- kategorija tiegħi f 'Dingli 10 fil-ġirja ta' 2km. Imbagħad fl-istess sena rnexxieli niġi fit-tielet post fil-kategorija tal-età tiegħi fil-ġirja ta' 2km f 'Ħaż-Żabbar. F'Diċembru, għamilt 1km fil-ġirja ta' Għawdex u rnexxieli niġi t-tieni fil- kategorija tal-età tiegħi. Jiena nixtieq inkompli f 'dan l-isport għax nixtieq li xi darba mmur nirrappreżenta lil Malta u nixtieq ukoll li jkolli iktar opportunitajiet li nagħmel iktar ġirjiet u ntejjeb il-ħin fihom. B'dan kollu nġib iktar esperjenza. Ħuti huma ta' eżempju għalija u huma jgħinuni nkun iktar kunfidenti f 'kull ġirja li nagħmel. IL-ĦADD 23TA' FRAR 2020 • illum