Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452
27 sport Dillon Cassar u Josann Attard Pulis rebbieħa tar- rotta ta' Ħad-Dingli fl-Intersport 10k illum • IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2020 CRISTIAN ANTONY MUSCAT Dillon Cassar u Josann Attard Pulis komplew jaffermaw il- pożizzjoni tagħhom bħala parti minn grupp elite ta' atleti li jkomplu jagħmlu isem tajjeb fil-komunità tal-ġiri fit-toroq meta rreġistraw rebħiet tajbin fl-Intersport Dingli 10km nhar il-Ħadd. Mhux nieqes minn xenarju mill-isbaħ, il-korsa hija magħrufa bħala waħda teknika b'xi għoljiet weqfin, partikolarment fl-aħħar ftit metri tat-tellieqa. Dillon Cassar (Raptorz Running Club), li hu preżenza regolari fuq il-podji tat-tlielaq, ta prestazzjoni determinata sabiex irreġistra ħin imtejjeb, ta' 49 sekonda, fuq il-ħin tas-sena l-oħra. Dan ir-riżultat żgura vantaġġ komdu fuq Aaron Mifsud (Pembroke Athleta), li madankollu ta' wirja tajba ħafna. Fit-tielet post kien l-atleta taż-Żurrieq Wolves Matthew Xuereb. F'dak li kien wirja tajba tal- isportività Mark Herrera, li meta rrealizza dawra ħażina tagħtu ftit metri vantaġġ, żamm lura fl-aħħar ftit metri sabiex żgura li Xuereb kiseb it-tielet post mistħoqq. L-atleta tal-istarmax Josann Attard Pulis saltnat fuq il- fraternità tan-nisa meta ħarġet rebbieħa b'vantaġġ ta' erba' minuti fuq Dzintra Grech. Ftit sekondi wara Grech kien hemm Charyl Fava li mhux biss kisbet it-tielet post, iżda rreġistrat titjib mis-sena l-oħra. "Minkejja l-fatt, li xi atleti għandhom it-tendenza li jibżgħu minn tlielaq li fihom ċertu tlajja', din il-korsa xorta kisbet popolarità. Il-kalendarju tat-tlielaq huwa mimli ħafna, imma aħna sodisfatti ħafna li naraw taħlita tajba ta' abbiltajiet li qed jieħdu sehem fuq din ir-rotta," spjega d-Direttur u l-Organizzatur tat- tellieqa, Charlie Demanuele. Ir-riżultati tat-tellieqa jinsabu fuq - https://my.raceresult. com/149197/#1_94D641. Grazzi tmur lejn Intersport, emvigee pr & marketing, Agones SFC li ħadu ħsieb tat-timing elettroniku, Birkirkara St Joseph Sports Club u Starmax għall- marshalling matul it-tellieqa, kif ukoll għad-distretti tal- Pulizija tar-Rabat u l-Ħamrun għall-assistenza tagħhom. Grazzi tmur lill-Kunsilli Lokali tar-Rabat u Ħad-Dingli kif ukoll lil Transport Malta għall-għajnuna tagħhom qabel it-tellieqa. It-tellieqa li jmiss tal- Intersport 10k Series ser tkun is- Sliema Ladies Edition li se ssir nhar il-Ħadd 10 ta' Mejju.