Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452
28 sport IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2020 • illum 'L-isport f'ħajjet il-bniedem huwa fundamentali' CRISTIAN ANTONY MUSCAT Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futsal? Bażikament, jiena kont plejer tal-11-a- side. Bdejt mill-età ta' erba' snin. Kelli nieqaf minħabba li bdejt naħdem "full time" fuq bażi ta' 3 shi. B'hekk xtaqt li nsib alternattiva sabiex nibqa' nitħarreġ, iżda b'inqas ġranet ta' taħriġ, minħabba l-impjieg tiegħi. L-iskola, St Ignatius College, Tal-Ħandaq, kien jgħallimni Kenneth Fiteni, eks plejer ta' Swieqi United Futsal. Kien huwa li kellimni sabiex nibda nitħarreġ il-Futsal, u wara it taż-żmien, iddeċidejt li nittanta xortija. Bdejt ninżel ma' Mqabba Futsal, qisu ħames snin ilu. Kenneth kien strumentali għalija, mhux biss għaliex ressaqni lejn il-logħba, iżda għax għallimni l-passi fundamentali tal-logħba, u għeni nikber fil-personalità tiegħi, kemm ġewwa, kif ukoll barra mill-court (pitch). Wara l-esperjenza tiegħi ma' Mqabba Futsal, li kienet waħda qasira, jiena mxejt għall- Gozo Futsal, Marsascala Futsal, Tarxien JMI Futsal u Swieqi Under 21's, illum imsejħa Swieqi Development. Fi żmien ta' ħames snin, għalkemm dejjem bqajt fix-xena tal- Ewwel Diviżjoni, inħoss li progressajt ħafna, speċjalment wara li erġajt ġejt taħt it-tmexxija tal-kowċ Kenneth Fiteni, din id-darba ma' Swieqi Development, fejn l-istaġun li għadda, ikkwalifikajna għall-play-offs tal-Ewwel Diviżjoni, xi ħaġa li qatt ma saret, fuq livell ta' academy team, fejn ħabbatna wiċċna ma' klabbs tal-Elite (Premier), b' tim mimli żgħażagħ. Dan l-istaġun, il-ħames wieħed tiegħi fix- xena tal-futsal, għal darb'oħra l-aspirazzjoni tagħna hija li nakkwistaw post fil-play- offs, u saħansitra forsi anke nagħmlu pass 'il quddiem, billi nirbħu l-Kampjonat tal- Ewwel Diviżjoni. Dan l-istaġun, hija l-ewwel esperjenza tiegħi, bil-faxxa ta' Captain, u apparti li nħossni onorat li mmexxi skwadra ta' żgħażagħ promettenti fl-isport tagħna, kuljum nerfa' r-responsabbiltà, sabiex inwasslu t-tim għall-ambizzjoni tagħna. Nixtieq pubblikament, nirringrazzja lill-klabbs kollha li tawni ċ-ċans nikber, speċjalment lil Kenneth Fiteni, li għalkemm temm l-esperjenza tiegħu ma' Swieqi United Futsal, xorta għadna nżommu kuntatt, fejn għadu jgħinni sal-ġurnata tal-lum. Kemm tħoss illi l-MFA qed tagħmel biżżejjed sabiex il-futsal jiżviluppa f 'pajjiżna? Inħoss li l-involviment tal-MFA fil-futsal, jista' jkattar ħafna frott għall-isport tagħna, speċjalment għall-fatt li għal tul ta' żmien, ma konniex nafu x'kien se jseħħ minn dan l-isport, kemm minħabba li huwa ddominat minn żewġ ġganti tal-futsal Malti, Valletta u Luxol, kif ukoll minħabba li kellna biss diviżjoni waħda, li ma tantx kienet tgħin lill-klabbs iż-żgħar li l-aspirazzjoni, u l-baġit tagħhom ma kinux l-istess bħal dak tal-ġganti tal-futsal. Dan l-istaġun, il-format inbidel, u ġew organizzati żewġ diviżjonijiet, Elite u First Division. Inħoss li l-pass li jmiss, taħt il- gwida tal-MFA, huwa li nkomplu nħajru aktar klabbs Maltin jingħaqdu fl-assoċjazzjoni tal- Futsal. Dan jista' jseħħ, billi niffaċilitaw ħajjet il-klabbs u nippromwovu l-isport. Kemm inti kuntent fil-post fejn tilagħbu l-futsal jiġifieri l-kumpless ta' De La Salle u anki fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport? Inħoss li kienet ħaġa tajba u kkunsidrata sew, il-fatt li l-Elite u l-Ewwel Diviżjoni qed jintlagħbu f ' kumplessi differenti. De La Salle għall-Ewwel Diviżjoni, u l-Iskola Nazzjonali tal-Isport (NSS) għall-Elite. Il-kumpless ta' De La Salle, li huwa idjaq, huwa aktar addattat, fil-fehma tiegħi għall-Ewwel Diviżjoni, għall-fatt li ċerti klabbs huma ġodda jew anke forsi mhumiex abitwati sew għax-xena tal-Futsal lokali. B'hekk il-pitch ikun qed jgħin lill-klabbs jaddattaw ruħhom għall- futsal, u jagħmlu l-qabża għall-NSS skont il- progress tagħhom fl-Ewwel Diviżjoni. Jiena personalment, li lgħabt u anke tħarriġt fiż- żewġ kumplessi, inħoss li l-NSS huwa sigur, u l-art ta' kwalità tajba. De La Salle, huwa kemxejn inqas sigur, minħabba l-ħadid li hemm fil-ġnub tal-pitch, iżda globalment iż- żewġ kumplessi huma addattati għall-futsal Malti. Kemm tħoss li huwa importanti l-isport fil-ħajja tal-bniedem? L-isport f 'ħajjet il-bniedem huwa fundamentali. Jiena nieħu mill-esperjenza tiegħi, fejn l-isport dejjem kien fil-qalba tal- ħsibijiet u r-rutina tiegħi ta' kuljum. B'hekk dejjem żammejt 'il bogħod mill-vizzji, kemm tat-tipjip kif ukoll tal-alkoħol. Barra minn hekk, sa minn meta tkun għadek żgħir, u tkun qed tiżviluppa, l-isport jibda jagħtik l-ewwel tagħlim - tagħlim fundamentali li ġġorru miegħek tul ħajtek kolha. Jgħinek tikber soċjalment, għall-fatt li titħallat man-nies sa minn età żgħira, u tibda tibni l-karattru tiegħek, u ovvjament iżżomm ruħek attiv u impenjat. Denzil Pisani - captain ta' Swieqi Development Team li tant għandu għal qalbu dan l-isport u li kulma jmur qed ikompli jeċċella fih.