Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452
05 analiżi illum • IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2020 Din il-ġimgħa Simon Busuttil temm il-kariga politika lokali tiegħu. Il- gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn l-għażliet li għamel, il-battalji li ġġieled il-PN taħtu u l-effett 'Simon' fuq Adrian Delia ALBERT GAUCI CUNNIGHAM Simon Busuttil issa wasal biex itemm il- karriera politika lokali li ma damitx wisq, għalkemm xorta kienet tempestuża, ikkulurita mimlija tlugħ u nżul, suċċessi u telfiet - fil-każ ta' Busuttil pjuttost kbar. Hekk kif issa se jkun qiegħed iħalli Malta biex isir Segretarju Ġenerali tal- Partit Popolari Ewropew (PPE), il-gazzetta tagħti ħasra lejn l-akbar preġji u l-akbar żbalji ta' Busuttil. Dak li għollieh u dak li tah l-akbar tisbita li qatt qala' l-Kap tal- Oppożizzjoni. Il-governanza u l-korruzzjoni: nobbli imma ineffettivi elettoralment B'mod ġenerali l-akbar fokus ta' Busuttil kien fuq il-korruzzjoni u governanza ħażina u mhux trasparenti. Gvern Laburista mmexxi minn Muscat ma ħalliex lill-kritiċi tiegħu b'xejn, anzi tahom ħafna xi jmeximxu fi skandli kontinwi, prattikament wieħed wara l-ieħor. Mill-Café Premiere, l-esproprijazzjoni li għamlet lil Gaffarena miljunarju b'daqqa ta' pinna, l-allegata korruzzjoni fil- Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada, il-każ tal-isparatura fuq karozza minn dak li kien xufier tal-eks Ministru Manuel Mallia, il- kuntratt lill-VGH u finalment - il-kaxxa ta' Pandora u wieħed mill-akbar skandli fl- aħħar snin - il-proġett tal-Power Station. Ma' dan tal-aħħar marbutin il-kumpaniji fil-Panama, miuħin b'segretezza, tal-eks Chief of Staff f 'Kastilja Keith Schembri u tal-eks Ministru Konrad Mizzi u ma' dawn marbuta l-kumpanija f 'Dubaj ta' Yorgen Fenech li fiha allegatament daħlu flus mill- Ażerbjġan u mill-aġent tat-tanker tal-gass u li kienet klijenta diretta ta' Schembri u Mizzi. Fenech qed ikun akkużat bil-qtil politiku ta' Daphne Caruana Galizia. U allura wieħed jistaqsi: quddiem din l-allegata xibka li jekk ikkonfermata tkun tista' tisejjaħ bħala waħda mill-agħar li qatt esperjenza pajjiżna fil-politika, kif inhu possibbli li n-nies mhux qed jagħtu aktar krettu lil Busuttil? Ir-risposti għal din il-mistoqija huma kumplessi iżda wieħed jista' jgħid li hemm tlieta pinċipali. Tkompli f'paġni 6 u 7 ... L-għażliet, l-għajtiet, is-suċċessi u t-tkaxkiriet SIMON