Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452
18 opinjoni IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2020 • illum Ħidma fl-edukazzjoni fuq kull livell OWEN BONNICI HUWA L-MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL I l-ħidma fil-qasam edukattiv mhix biss fuq il-livell Nazzjonali, imma wkoll hija ħidma mifruxa fuq livell kemm Ewropew u wkoll Internaz- zjonali. Il-Ħamis kelli laqgħa tajba fi Brussell fi ħdan il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej dwar fejn irridu naslu bħala politiċi Soċjal-Demokratiċi Ewropej fil-kamp tal-edukazzjoni. Qbilna li l-Ewropa għandha tinvesti fl- edukazzjoni u t-taħriġ b'mod li jsaħħaħ l-għaqda u koeżjoni fl-Ewropa. Erġajt iltqajt ukoll mal-Kummissarju Ewropea Mariya Gabriel waqt il-Kunsill tal-Ministri tal-Edukazzjoni fir-rwoli ġodda tagħna. Issa se nibdew naħdmu flimkien, hi bħala Kummissarju ġdid responsabbli mill-Edukazzjoni u jien bħala l-Ministru Malti responsabbli mis-settur. Qed ngħid dan kollu għaliex fil-ħidma tagħna fuq livell Ewropew, niddiskutu u nanalizzaw dak kollu li jkun għaddej, fil-każ tiegħi fis-setturi tal-edukazzjoni u x-xogħol, u naraw kif dawn is-setturi jistgħu jissaħħu għall-ġid mhux biss tagħna lkoll fl-Ewropa, imma wkoll tisħiħ fuq livell lokali. F'din il-laqgħa tkellimna u rajna kif il-progressivi jridu jassiguraw li ħadd u l-ebda stat membru ma jitħallew lura. Dan ifisser li l-edukazzjoni tiżgura li tkun mutur għall-iżvilupp u l-koeżjoni tal-Ewropa. Il-libertà li tiċċaqlaq, tgħix u titgħallem madwar l-Ewropa hija waħda mill-ikbar suċċessi tal-Unjoni. Tarrekixxi l-ħajja ta' individwi u ssaħħaħ l-identità Ewropea tagħna. Iżda hemm sfidi wkoll. Il-mobilità fit-tagħlim m'għandhiex tirriżulta f 'dik li tissejjaħ 'brain drain' li ddgħajjef il-koeżjoni. Huwa vitali li l-istati membri kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-ħiliet u l-esperjenza miksuba mill-istudenti u d-dijaspora tagħhom. L-Unjoni trid tikkonċentra fuq strumenti u investiment li jappoġġjaw tagħlim ibbilanċjat u mobilità tax- xogħol, li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u żvilupp tas-soċjetà għal kulħadd. Tajjeb ngħid li l-PES jappoġġja bil-qawwa l-isforzi li jippromwovu l-edukazzjoni fl-Unjoni Ewropea kollha, partikolarment it-tisħiħ tal-programm Erasmus u l-għan tiegħu li jistimula t-tagħlim madwar l-Ewropa. Determinat li naħdem ma' sħabi Ewropej għall-ġid tat-tisħiħ tas-settur edukattiv u tas-settur tax-xogħol. Grazzi wkoll minn qalbi lin-nies kollha ta' Dar Malta u dawk tal-Ministeru li jgħinuna ħafna biex inkunu ppreparati sa snienna meta niġu biex nipparteċipaw fil-Kunsill tal-Ministri tal-Edukazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Grat ħafna tal-ħidma tagħhom. *** Attività ħelwa li attendejt kienet dik li matulha saret promozzjoni għall- importanza tal-benesseri fis-soċjetà fl-iskejjel tagħna. Dan sar permezz ta' ġimgħa sħiħa ta' attivitajiet relatati mal-benesseri għall- istudenti, organizzati minn GEM16+. Numru ta' attivitajiet ġew organizzati mill-istaff u l-istudenti fi ħdan GEM16+, kif ukoll taw il-kontribut u l-ħin tagħhom ħafna oħrajn. Dawn l-attivitajiet kienu jinkludu ġardinaġġ, meditazzjoni, żfin, kif tittratta trawma u kif tistaqsi għall- għajnuna u dwar kif tista' tindirizza s-saħħa mentali, fost l-oħrajn. Din il-ġimgħa kellha l-għan li turi l-importanza tal-benesseri fis-soċjetà tagħna permezz tal-edukazzjoni, b'mod li nżidu aktar kuxjenza dwaru. Aħna għandna bżonn nenfasizzaw l-importanza tas-saħħa ħolistika minn età bikrija. Din il-ġimgħa dwar il-benesseri għandha l-għan li tindirizza l-kwistjonijiet ta' benesseri, li tindirizza bosta forom ta' ansjetà, fosthom relatati mal-karriera, emozzjonijiet u soċjali u kif titgħallem ħiliet pożittivi u sani, fosthom mindfulness, kif tiekol aktar san, benesseri fil-karriera, kif tindirizza l-ansjetà u t-trawma, u kif tagħti l-appoġġ tiegħek lil oħrajn. GEM16+ huwa programm ta' tagħlim edukattiv imnied mill-Ministeru għall- Edukazzjoni u x-Xogħol immirat għall- istudenti li jixtiequ jerġgħu jippruvaw jiksbu l-kwalifikazzjonijiet taċ-ĊES. *** Dan it-tmiem il-ġimgħa reġa' magħna l-karnival. Ma setax jonqos li dort ftit attivitajiet li saru għal din il-festa u li kienu organizzati fl-iskejjel tagħna. Fost postijiet oħra żort Ħal Għaxaq. Ma tistax titkellem fuq il-karnival ta' Malta, jekk ma titkellimx fuq il-karnival ta' Ħal Għaxaq. Ħal Għaxaq huwa wieħed minn dawk l-irħula li fihom il-karnival qiegħed kulma jmur jikber u jmur 'il quddiem. U anka fl-iskola Primarja ta' Ħal Għaxaq, fil-kulleġġ San Benedittu, rajt staff, għalliema, edukaturi, LSEs, jaħdmu flimkien biex jippromwovu din l-espressjoni kulturali. Il-Kulleġġ San Benedittu, Skola Primarja, Ħal Għaxaq organizza avveniment relatat maċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival li involva lit-tfal kollha li jattendu l-Iskola Primarja biex irawmu aktar għarfien dwar il-kultura lokali minn età żgħira. Avvenimenti hekk huma essenzjali biex lit-tfal ngħallmuhom dwar id- drawwiet u l-kultura ta' pajjiżna. Ħal Għaxaq għandu tradizzjoni antika fejn jidħol il-karnival, u permezz ta' din iċ-ċelebrazzjoni t-tfal jistgħu jitgħallmu aktar dwar it-tradizzjonijiet kulturali tar-raħal tagħhom, filwaqt li nagħtuhom il-possibbilità li jkunu kreattivi billi joħolqu kostum huma anke b'mod spontanju, din hija riflessjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tradizzjonali tal- karnival. F'din l-attività rajt l-għaxqa tat-tfal lebsin, jieħdu pjaċir flimkien, jieħdu gost, jidħku, f 'din il-festa tant sabiħa ta' kuluri u kreattività. Anki f 'dawn l-attivitajiet hemm rabta bejn l-edukazzjoni u l-kultura. Għaliex din l-attività u oħrajn bħalha huma wkoll immirati biex anki s-settur edukattiv jimbotta 'l quddiem is-settur kulturali. U dan iwassal biex l-istudenti tagħna jitrawmu wkoll f 'ambjent kulturali li tant huwa importanti għalina lkoll. *** Din il-ġimgħa kienet ippubblikata statistika mill-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika li ħabbret li sa l-aħħar ta' Jannar li għadda reġa' naqas il-qagħad b'5.8%. Iċ-ċifri juru li sal-aħħar ta' Jannar li għadda, il-persuni jirreġistraw għax- xogħol naqsu għal 1,191 ruħ, jiġifieri 5.8% meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet. Juru wkoll li f 'Jannar, in-nies qiegħda naqsu b'105 fuq Jannar tal-2019. Dawn iċ-ċifri, ipprovduti mill- Aġenzija tax-Xogħol JobsPlus, juru wkoll li l-akbar tnaqqis kien irreġistrat fost il-persuni li kienu ilhom bla xogħol għal aktar minn sena. Sal-aħħar ta' Jannar li għadda, l-Għawdxin fuq il-kotba tal-qgħad naqsu għal 174. Is-suċċess ekonomiku għadu u se jibqa' għaddej u se nkomplu noħolqu l-ġid. Minkejja dan is-suċċess aħna se nibqgħu naħdmu biex iktar nies ikollhom aċċess għal opportunitajiet ta' xogħol u, iktar minn hekk, karrieri li jagħtuhom sodisfazzjon. Owen Bonnici Il-libertà li tiċċaqlaq, tgħix u titgħallem madwar l-Ewropa hija waħda mill-ikbar suċċessi tal-Unjoni