Illum previous editions

ILLUM 23 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 editorjal Pajjiżna bil-għatx ... niexef qoxqox D in ix-xitwa kienet, jew għall- inqas sa issa tidher li se tkun waħda xotta ħafna. L-Uffiċċju Metereoloġiku din il-ġimgħa żvela kif Jannar li għadda kien il-ħames l-aktar Jannar xott mill-1923, kważi 100 sena. Filwaqt li ġranet sbieħ kulħadd jieħu gost bihom u x-xemx tiżreġ tagħtina l-enerġija, il-fatt li bilkemm niżlet qatra xita mill-bidu tas-sena lil hawn huwa inkwetanti ferm. L-ewwel nett inkwetanti għall- bdiewa tagħna. Inkwetanti għax dan it-taqlib fl-istaġun tax-xitwa jilgħab mal-produzzjoni ta' diversi ħxejjex u frott matul is-sena. Ifisser li ma' dan it- tibdil fil-klima l-bdiewa jeħtieġ jagħmlu bidliet fil-mod kif joperaw, meta jiżirgħu u aktar. Agħar minn hekk, pajjiżna u l-pajsaġġ sa issa ħadrani diġà niexef qoxqox minkejja li għadu tant u tant kmieni. B'din ir-rata pajjiżna daqt jibda jilbes il-libsa kannella tan-nixfa fil-bidu tar- rebbiegħa minflok fis-sajf. Imma l-agħar huwa l-ilma. Iktar kemm jonqos l-ilma iktar tikber il- problema ta' pajjiż li tant hu nieqes minnu. B'pajjiż bil-għatx, bl-arja li fiha ammont ta' trab, bini għaddej, iktar pajsaġġ jittiekel biex nibnu aktar kaxxi fuq kaxxi u aktar art għammiela li titħalla għal riħha, Malta verament bdiet riesqa lejn il-bidu ta' proċess ta' deżertifikazzjoni. Forsi tinstema' mġebbda u eseġerata imma mhix. U diġà ġejna mwissija. Fl- 2016 meta konna diġà għaddejna minn xitwa bħal din, l-eks Assistent Direttur fid-Direttorat għall-Protezzjoni tal- Ambjent fil-MEPA Alfred Baldacchino kien qal hekk mal-ILLUM: "Malta riesqa lejn diżastru ekoloġiku, u xitwa oħra xotta se jkollha riperkussjonijiet kbar fuq pajjiżna għax se tgħaġġel il- proċess li bih qed jispiċċa l-ilma, qed imutu s-siġar, l-agrikoltura qed tmut u l-għelieqi jitħallew żdingati. Resqin biex insiru deżert bla ilma." Imma mhux biss. L-eks Kap tal-Uffiċċju Metereoloġiku u r-Rappreżentant Permanenti tal-Gvern Malti fl-Organizzazzjoni Dinjija tal- Metereoloġija Charles Galdies kien qal mal-ILLUM li bidliet sinifikanti fil-klima lokali jistgħu jwasslu għal "deterjorament tal-ilma ħelu fuq l-art kif ukoll taffettwa l-kwantità tal-ilma tal- pjan (groundwater). Huwa qal illi xitwa niexfa oħra twassal biex il-provvista ta' ilma f 'pajjiżna u l-infrastruttura relatata jiffaċċjaw sfidi akbar "filwaqt li jkompli jittella' ilma tal-pjan, mingħajr waqfien, speċjalment mis-settur agrikolu." U mhux biss. Malta flimkien ma' Ċipru, il-Greċja, il-Portugall u Spanja- fil-Mediterran - iffirma l-Konvenzjoni Nazzjonali għall-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni bħala pajjiż affetwat minn din il-problema. Ir-riċerkatur David Marinelli qal li l-ambjent Malti "jinsab fil-proċess ta' deżertifikazzjoni ... li normalment, qabel, kienu jieħu għexieren ta' eluf ta' snin. Mhux issa imma ..." L-istess Alan Deidun, f 'kummenti ma' e Times fl-2018, kien qal li r-riperkussjonijiet ta' nuqqas ta' xita huma kbar fuq il-flora u l-fawna ta' Malta. Kemm qniepen iridu jdoqqu biex insalvaw lil din l-art ħelwa billi nieħdu ħsieb u naħżnu l-ilma? Kemm se ndumu nħarsu n-naħa l-oħra waqt li nibdlu dan l-oażi f 'deżert? Hemm xi ħadd li jimpurtah ...? illum • IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2020 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 February 2020