Illum previous editions

ILLUM 23 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 31

20 opinjoni Gwerra li għadha ma ntrebħitx F ost il-ħwejjeġ sbieħ li nawgura lill- Prim Ministru l-ġdid Robert Abela, inqiegħed fuq nett li jirbaħ il-gwer- ra kontra d-droga. Dil-gwerra ilha sejra s-snin imma l-preżenza tad-droga fostna qed tagħti sinjali li qed tiżdied. Anke min qatel it-tfajla nstab li kellu d-droga fil-pussess tiegħu. Qed nisimgħu b'każijiet ta' rġiel miżżewġa li qed jieħdu d-droga u jkissru l-familja. Fatti dwar id-droga Qed jiżdiedu l-każijiet ta' serq b'konnessjoni mat-teħid tad-droga, għax min qed jeħodha sikwit isib ruħu bla flus u jasal biex imur jisraq. Għax min imexxi d-droga qed isir sinjur imma min jeħodha qed isib ruħu mingħajr il-flus meħtieġa biex jissokta jeħodha. Id-droga qed tgħolli rasha saħansitra fil- festi parrokkjali u qed jidhru sinjali li ċerta mġiba f 'dawn l-okkazzjonijiet hija effett tad-droga li qed tkun offruta liż-żgħażagħ li jieħdu sehem fil-festi ta' barra. Fid-droga hemm il-flus fin-nofs. Saret aħbar frekwenti l-kwantità ta' droga li qed tkun kommerċjalizzata fin-naħiet kollha tad-dinja. Xi jiem ilu kellna l-aħbar li nstabet iżjed minn tunnellata ta' droga fir-Repubblika ta' Costa Rica, fl-Amerika tan-Nofs. Hemm bżonn nirriflettu fuq ir-realtà tal- qawwa li għandha d-droga f 'pajjiżna. Id-droga rnexxielha Meta nħarsu lura lejn l-istorja mbiegħda u reċenti nintebħu li fl-imgħoddi kien hawn min ried jaħkimna u ma rnexxilux. It-Torok ġew biex jaħkmuna imma ma rnexxilhomx. Kien hawn Kavallieri li marru mat-Torok. Kien hawn Torok li daru mal-Kavallieri. Imma l-istoriċi jixhdu li l-ebda Malti ma qasam għan-naħa tal-Mislem. Anke t-Taljani ta' Mussolini u l-Ġermaniżi ta' Hitler ippruvaw jaħkmuna imma ma rnexxilhomx għax fit-Tieni Gwerra Dinjija Malta tat xhieda ta' qlubija qalb it-tbatija li rebbaħha l-ġieħ tal-George Cross. Iżda d-droga rnexxielha tinvadina u tagħmlilna ħsara kbira fost l-poplu tagħna. Għax id-droga fiha l-flus u bihom irnexxielha tidħol fost is-setturi kollha tal- popolazzjoni. L-Istat u l-Knisja għamlu ħilithom biex ifejqu lil min safa vittma tad-droga. Is-sehem tal-Caritas Malta għadu jinħass fil-għadd ta' persuni li jirnexxilhom joħorġu mill-ħakma tad-droga f 'ħajjithom. Imma l-gwerra għadha ma ntrebħitx. Hemm diversi fatti li juru li fil-pajjiż mhux biżżejjed li l-ekonomija sejra tajjeb. Refgħet rasha l-korruzzjoni Xorta waħda refgħet rasha l-korruzzjoni. M'ilux li sirna nafu bil-korruzzjoni fi ħdan il-Pulizija, fejn diversi minn dawk li jmexxu t-traffiku tħallsu ta' xogħol li ma għamlux u flok marru jaqdu dmirhom, baqgħu d-dar u tħallsu xorta waħda! Il-Gvern ta' Robert Abela jrid ikun gvern li għalih il-ġustizzja soċjali tissaħħaħ u titwettaq fl-oqsma kollha. Trid tkun ċara daqs il-kristall li l-politika hija servizz u qadi u dawk li huma 'l isfel fis- sellum soċjali jingħataw l-akbar attenzjoni. Mitt sena ilu Mitt sena ilu kien hawn nies li ħasbu fil-fqir u fil-ħaddiem u waqqfu l-Partit Laburista. Kienu nies li għamlu ħilithom biex fil- pajjiż ikun hawn il-ġid komuni, imqassam b'mod ġust fost il-kategoriji kollha tal- popolazzjoni. Kien dan il-partit li daħħal f 'Malta s-servizzi soċjali li raddew lura d-dinjità lill-ħaddiem u lill-fqir u ħadmu mhux it biex il-faqar u t-tallaba ma jkunux iżjed importanti fost il-popolazzjoni. Jiena nsellem lil dawn in-nies li għollew id-dinjità ta' min kien isfel fis-sellum soċjali. L-ideali li kellhom dawn in-nies nagħmluhom tagħna wkoll u ngħassu dejjem biex il-korruzzjoni ma ttebba' qatt il-ġid li jsir b'risq il-poplu tal-gżejjer tagħna. Il-ġrajjiet li għaddejna minnhom fil-qasam soċjali għandhom jgħallmuna ngħassu dejjem fuq il-livell morali tal- politika tagħna. IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2020 • illum Dun Anġ Seychell Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth Imma l-gwerra għadha ma ntrebħitx. Hemm diversi fatti li juru li fil-pajjiż mhux biżżejjed li l-ekonomija sejra tajjeb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 February 2020