Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452
30 sport IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2020 • illum 'L-isport verament jikkontribwixxi għal ħajja Kif għażilt l-atletika fost minjiera ta' sport ieħor? L-isport minn dejjem kien jogħġobni u għalkemm ta' età aktar żgħira qattajt ħafna ħin nilgħab il-futbol bħala sport speċjalment mal-ħbieb qatt ma kont neċċella fih. Fil-fatt ħuti kienu plejers tal-futbol ħafna aħjar minni. Wara perjodu ta' diversi snin niffrekwenta gyms differenti, iddeċidejt li nibda nieħu l-isport tal-atletika aktar bis-serjetà. Qabel kont niġri biss il-gym bħala warm-up fuq it-treadmill, iżda darba fost l-oħrajn anke għax kont tħajjart minn xi nies li kont naf li bdew jipprattikaw dan l-isport, iddeċidejt li nixtri dak kollu li hu neċessarju biex nipprattikah. Bdejt nieħu l-ġiri bis-serjetà f 'Marzu tal-2015, kważi ħames snin ilu. L-atletika, speċjalment il-ġiri fit-tul, jeħtieġ ħafna ħin ta' taħriġ, dedikazjoni u dixxiplina. Jien persuna strutturat ħafna u nħoss li dan l-isport jaqbel ħafna mal-karattru tiegħi. Illum il-ġurnata ma ngħaddix mingħajru! X'ħeġġek l-iktar biex tibda tipprattika dan l-isport? Fil-bidu bdejt bħala tentattiv biex nikkontrolla l-piż iżda malli ħlist l-ewwel tellieqa ta' 5km fil–31 ta' Marzu tal-2015, ma ħaristx lura u kont diġà bdejt naħseb fuq it-tellieqa li kien imiss. Ovvjament, l-appoġġ tal-familja kien strumentali biex nibda u nkompli għaddej. Min kien dak il-persuna li ispirak biex tagħżel l-atletika? Kienu diversi l-persuni li spirawni biex nagħżel l-atletika. Fil-bidu nett però kien Charlton Debono li kien beda jirbaħ it-tlielaq u jeċċella f 'dan l-isport. Peressli hu Għawdxi bħali u kont nafu personalment qabel, żgur li ħalla effett pożittiv fuqi f 'dan ir-rigward. Ma nistax ma nsemmix atleta ieħor Għawdxi, Stefan Azzopardi, li wkoll kien ta' sostenn għalija matul iż-żmien. Ma' dawn hemm oħrajn li eventwalment sirt nafhom b'mod personali matul iż- żmien. Fil-preżent, qiegħed nitħarreġ ma' Jordan Gusman li apparti li hu l-kowċ tiegħi hu atleta eċċezzjonali, u sar ukoll l-idolu tiegħi. Liema unuri prinċipali rnexxielek tikseb fil-karriera tiegħek? Bħala unuri lokali, nista' nsemmi diversi drabi fejn spiċċajt minn ta' quddiem u anke fuq il-podju. Iżda bħala unuri prinċipali li jimmeritaw li nsemmihom hawn, nista' nsemmi żewġ esperjenzi partikolri: il- midalja tad-deheb fl-10Km City Run fil-European Company Sports Games li saru f 'Salzburg (Awstrija) f 'Ġunju tal- 2019. Dakinhar kont nifforma parti mill- kontinġent tal-MESA (Malta Employees Sports Association) fejn kont qiegħed ukoll nirrappreżenta lill-post tax-xogħol tiegħi, l-MCAST. Unur importanti ieħor ksibtu fin- nofs maratona ta' Bari (Italja) f 'Ottubru tal-2019 fejn ksibt it-tielet post. Kien mument ta' ewforija kbira u li ma kontx qed nistennieh. Dawn huma mumenti li ma tinsihom qatt u jagħtuk sodisfazzjon kbir. Ta' kemm bdejt tipprattikka l-atletika? Bdejt nipprattika dan l-isport ta' 29 sena. Filwaqt illi f 'dixxiplini oħrajn din l-età hija meqjusa bħala kemxejn kbira, ma nistgħux ngħidu hekk għall-ġiri fit-tul. Infatti dan hu żmien ideali fejn wieħed jeċċella f 'din id-dixxiplina. Mill-bidu nett kont motivat biex intejjeb il-ħinijiet tiegħi u kelli għatx kbir biex immur tajjeb u nagħmel ħinijiet rispettabli. Liema kienu l-aħjar ħinijiet tiegħek sa issa? L-aħjar ħinijiet tiegħi huma dawn; 5Km – 16'35'', 10Km – 34'02'', Nofs Maratona – 1:13'55'', u 59'02'' fit-tellieqa ta' Mdina 2 Spinola li hi tellieqa tradizzjonali li ilha tiġi organizzata ħafna snin. Fatt interessanti hu li minn meta bdew jinżammu r-rekords ta' din ir-rotta jiġifieri mill-1979 kienu biss 71 atleta li rnexxielhom jispiċċaw din it-tellieqa f 'inqas minn 60 minuta. Il-media tagħtikom biżżejjed pubbliċità jew dan isir waqt kompetizzjonijiet importanti bħalm'huma l-Logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar? Fil-bidu li bdejt nitħarreġ, il-pubbliċità kienet waħda limitata ħafna, madankollu kulma jmur din qiegħda dejjem tiżdied hekk kif dan l-isport qed jikseb popolarità kbira u qed jiġbed lejh ammont kbir ta' atleti ta kull età! Il-pubbliċità hija importanti ħafna għall-atleta u nemmen li hija strument li wieħed jista' juża biex ikabbar il- motivazzjoni biex jikseb riżultati aħjar kemm għalih personali kif ukoll għall- pajjiż li jkun qiegħed jirrappreżenta. Għandek xi ħolma li tixtieq tikseb fl- atletika? Il-ħolma tiegħi hija l-istess waħda tal- ewwel ġurnata li fiha ħadt l-atletika bis- serjetà - dik li nkompli ntejjeb il-ħinjiet personali tiegħi speċjalment fil-5Km, 10Km u n-nofs maratona li huma t-tlielaq li ġeneralment nieħu sehem fihom. X'sagrifiċċji u impenji jitlob l-isport li int tipprattika? Is-sagrifiċċji u l-impenji li jitlob dan l-isport huma diversi. Ħafna mit-tlielaq jinzertaw fi tmiem il- ġimgħa, allura wieħed ikun irid jiddedika l-weekend kollu kemm hu għal dan l-għan. Ħafna drabi l-ħinjiet twal tat-taħriġ iżommuk ftit 'il bogħod mill-familja. Għalina l-Għawdxin, id-diffikultajiet huma ftit akbar peressli biex wieħed imur u jiġi lura lejn id-dar wara t-tellieqa jieħu Matthew Xuereb - atleta ewlieni Għawdxi li kulma jmur qed jagħmel isem għal pajjiżna permezz ta' diversi suċċessi fl-isport li tant iħobb - l-atletika.