Illum previous editions

ILLUM 1 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 intervista illum • IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2020 nagħmlu mezz li ngawduha' ta' Malta, Clinton Abela Galea, li din is- sena ħiet il-kostum ta' Marisabel Spiteri li wkoll kienet miegħi f 'din l-avventura. Nixtieq ukoll insemmi lil ommi u lil missieri li mingħajr l-appoġġ kostanti tagħhom ma nasalx għal dan kollu. Dan minbarra li int fotografu tal-ogħla livell. Agħtina iktar dettalji. Il-fotografija hija passjoni kif ukoll fil- ġenetika peressli l-bużnannu, in-nannu u l-papà huma kollha fotografi. Il-passjoni tiegħi fil-fotografija hija bħal dik fl- isport, fejn bl-imħabba tiegħi għall-isport nista' nwassal dak li jkun qed jiġri. Kont kemm-il darba wkoll ippremjata f 'diversi kompetizzjonijiet internazzjonali. Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek fil- Karnival ta' Venezja. L-esperjenza tal-Karnival f 'Venezja hija waħda li nistenna b'reqqa kbira kull sena. F'Venezja kull sena niltaqa' ma' ħbieb minn kull rokna tad-dinja bl-istess imħabba lejn dan l-avveniment. Li kull fejn tmur kulħadd jagħrfek, jgħajjatlek b'ismek u tiġi trattata bħala parti minn familja estiża. M'hemmx kliem biżżejjed biex nesprimi l-ferħ li ttini din il-ġimgħa fejn għal ftit tista' tmur lura fiż-żmien u tgħix il-ġmiel ta' era oħra. Aħbarijiet Taljani saħqu li l-Karnival ta' Venezja din is-sena kien iżgħar mis-soltu minħabba l-Coronavirus. Huwa minnu dan? Kien hemm ftit inqas nies din is-sena fejn snin oħra. Min kellu impenji oħra, u min żamm lura minħabba l-virus. Però, xorta nhar il-Ħadd li għadda Pjazza San Marco kienet ippakkjata b'eluf ta' nies. Dan huwa l-uniku post fejn ma ssibnix għax ir-rassa ma tgħoddx għalija. L-avvenimenti pubbliċi bħall-plak prinċipali ta' Piazza San Marco u festini privati spiċċaw ħesrem nhar il-Ħadd f 'nofsillejl. Entużjasti bħali tal-Karnival xorta libsu l-kostumi tagħhom sal-aħħar ġurnata tal-Karnival. Ristoranti, ħwienet u bars kollha kienu miftuħin u n-nies kienu qed jagħmlu l-affarijiet ta' kuljum mingħajr problemi. Kif kienet l-atmosfera? L-atmosfera kienet dik tas-soltu fejn kulħadd jiltaqa' u jkun kuntent li qiegħed hemmhekk juri l-kostum tiegħu. L-aħħar jumejn kienu xi ftit ta' dwejjaq peressli kien hemm dan kollu għaddej fuq il- media. Int ħassejt xi biża' partikolari? Lanqas xejn. Iktar konna kkonċernati x'ħa jkunu l-miżuri meta niġu lura Malta. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas nistgħu niddeskrivuk bħala gwerriera tal-ħajja hekk kif int għandek il-kundizzjoni tal-Fibromyalgia imma jirnexxilek tikkumbatti din il-kundizzjoni ta' kuljum u toħroġ rebbieħa? Ilqatt il-musmar fuq rasu meta saqsejtni iniex gwerriera. Meta tbati minn din il- kundizzjoni trid tagħfas snienek u tkompli għaddej għax inkella din il-kundizzjoni teħodlok ħajtek kompletament. L-uġigħ mhux faċli però dejjem niakar li hawn ħafna li huma għaddejjin minn affarijiet ħafna agħar minn tiegħi u nerġa' nagħmel kuraġġ. Li tgħin ħafna hi li għandi ġenituri u ħbieb tal-qalb li huma dejjem ta' għajnuna morali. Għaddi messaġġ lil min qed jaqra din l-intervista fuq li bniedem ikun kapaċi jidħak bih innifsu u japprezza l-gost tal- ħajja. Għandna ħajja waħda, hija qasira u rridu nagħmlu mezz li ngawduha billi nidħku, niċċajtaw, ngħinu lil xulxin, napprezzaw anke l-iktar affarijiet żgħar u ma naqtgħu qalbna qatt! Naddaf idejk ta' spiss billi taħsilhom bl-ilma u s-sapun, jew inkella ogħrok idejk bl-alkoħol. Agħmel dan ta' spiss, anke wara li tkun sogħolt jew għatast fit-tissue. Waqqaf it-tixrid tal-mikrobi billi tibqa' d-dar. Tmurx għax-xogħol jew skola sakemm tħossok aħjar. Evita li tmur tara pazjenti fl-isptarijiet jew anzjani. Uża tissue biex tgħatti mnieħrek u ħalqek meta tisgħol jew tagħtas. Qatt m'għandek tisgħol u tagħtas f'idejk. Jekk m'għandekx tissue għatas fil-minkeb. L-Awtoritajiet tas-Saħħa qed jagħtu parir lin-nies biex jevitaw safar mhux essenzjali fiż-żoni milquta*. Nies li jaslu lura Malta minn dawn iż-żoni huma mitluba li joqogħdu kwarantina għal 14-il ġurnata. Waqqaf it-tixrid PARIR GĦALL-VJAĠĠATURI GĦATTI WAQQAF NADDAF *L-Italja ta' Fuq (Lombardija, Piemonte, Veneto u Emilia Romagna), Ċina (inkluż Hong Kong), Singapore, il-Ġappun, Iran, il-Korea ta' Isfel. C M Y CM MY CY CMY K Coronavirus - Stop the Spread Advert Mlt - 2020.pdf 3 28/02/2020 15:41:04

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 March 2020