Illum previous editions

ILLUM 1 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 letteratura IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2020 • illum Id-dmugħ li sar velenu Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fl-ewwel ġabriet tiegħek, bħal ngħidu aħna Mal-Ħoss Qawwi tar-Ragħad, ktibt ħafna dwar l-imħabba. Jispikkaw fost oħrajn titli forsi kemxejn passé bħali Stqarrija Personali, Ngħixu fl-Imħabba, Żifna Romantika Miegħek, Maħbubin. Qed niftakar, dal-ħin, fir-rimarka xejn kumplimentuża ta' Dalì dwar is-similitudni bejn il-ħaddejn u l-ward. Qabelxejn, ma taħsibx li fi żmienna l-poeżija dwar l-imħabba jenħtieġ titbiegħed minn dal-klixes? Kif għidt inti Mal-Ħoss Qawwi tar-Ragħad kien l-ewwel ġabra u tinkludi poeżiji ta' mħabba, xi wħud jesprimu solitudni wkoll. Però nemmen li dawn it-tip ta' poeżiji sentimentali għadhom relevanti ħafna wkoll. L-importanti huwa li l-poeżija jkollha għażla tajba tal-kelma, anke jekk tħaddan il-vers tradizzjonali. Xehir fis-Skiet għandu tema it ta' rabja, it oskura kif tixhed anke l-qoxra u d-dehra tiegħu, kważi tfakkrek f 'xi album ta' mużika tqila. Fil-fatt biex inżomm ma' dan l-istil u tema anke l-istess titlu ta' din is-sezzjoni jismu Funeral ta' Mħabba. Hawnhekk se nsibu poeżiji ta' rabja bħal Imħabba li Qatt ma Eżistiet jew Midfunin il-Ħajjin il-Mejtin fejn għandha l-poeżija normali u parti minnha li tinqara f 'mera. Bħalma hija l-poeżija Fil-Mera. Imma mbagħad anke f 'dan il- ktieb għandna dawk il-poeżiji li jiċċelebraw l-imħabba, biex ngħid hekk. Ferm għal qalbi hija Tini Waqt Wieħed Biss li ssemmiet b'ġieħ u ġiet ippubblikata f 'rivisti tajbin. Jekk tippermettili, poeżija it unika hija Minn Ġewwa Nett li tqarreb lejn l-arti viżiva li it it qed issir timbru tiegħi wkoll. Din il-poeżija tikkonsisti fi strofa waħda bil-vers endekasillabu però f 'qafas ta' kaxxi Ċiniżi li viżwalment jurik il-profondità tal-imħabba u forsi wkoll "l-eternità". Intant, hu x'inhu, fil-biċċa l-kbira maż-żmien donnok abbandunajtha din it-tematika. It-ton strettament personali naqas qatigħ. Biss biss fl-aħħar ġabra tiegħek Xehir fis-Skiet kompliet tikber l-enfasi fuq ħwejjeġ universali. Bosta poeżiji filfatt huma vrus ta' protesta kontra bosta realtajiet imwiegħra tal-kundizzjoni umana, fosthom l-inġustizzji soċjali, il-qerda ambjentali, id-diżonestà tal-politiċi, ir-razziżmu, il- kapitaliżmu. X'kien wasalt f 'dan il-punt? Hekk hu u naqbel miegħek. It-ton personali naqas sa ċertu punt għax anke dawn il-poeżiji huma frott dak li nikkitni, dak li dejjaqni. Imma forsi l-esperjenza kif għidt inti ġagħlitni ninfatam it mid-dinja ta' madwari. Bdew jolqtuni aktar temi li huma 'l barra minni però xorta direttament jew indirettament jaffettwawna. Nitnikket meta nara l-imwiet fl-ibħra tagħna. Fi Twiebet Fuq il-Baħar hemm il-każ ta' meta sparaw fuq il-amingi u ktibt poeżija dwar hekk ukoll. Sena Maqful hija dwar persuna li dam sena l-ħabs inġustament. U quddiem dan kollu nirrabja. L-aktar li jbeżżagħni imma, kif għidt fil-poeżija Is-Skiet, huwa s-silenzju. Li ma nitkellmux kontra l-inġustizzja. Fil-ġabra Xehir fis-Skiet tieħu s-sogru tesperimenta b'diversi stili u forom ta' poeżija. Hemm traċċi ta' prosodija romantika. Ma jonqosx il-vers maħlul. Tirkaċċa fuq kollox il-poeżija konkreta. F'xi punt bosta poeti jsibu l-vers tagħhom. F'dar-rigward int donnok m'għandek sabar imkien: daqqa retrogwardja, daqqa avangwardja. Roland Barthes darba rrimarka dan: "li tkun avant-garde jfisser li tkun taf dak li miet; li tkun arrière garde jfisser li tibqa' tħobbu". Sewwasew, fejn tpoġġi ruħek bħala kittieb tal-versi? L-istil huwa marbut mal- espressjoni u mal-mod kif tkun tixtieq tesprimi ruħek. Fi Ċrieki taċ-Ċrieki fejn b'mod intenzjonat użajt din il-klixè abbinajtha ma' dik tal-ħbieb tal-ħbieb fuq bandiera Maltija. U din mhux referenza biss għall-qasam politiku imma sfortunatament għal bosta setturi tas-soċjetà Maltija. Taraġ tieħu l-forma ta' taraġ. Ġebla Wara Ġebla tikkonsisti f 'logħob bil-kliem sakemm jifformaw dar. L-aktar waħda qawwija hija Demm li hija miktuba bl-aħmar u turi l-qtar tad-demm, b'messaġġ kontra l-gwerra. Imbagħad F'Għajnejk Sbieħ ħaddant il-metrika tradizzjonali. F'intervista reċenti ma' Rachelle Deguara għas-sensiela radjufonika Taħt il-Qoxra stqarrejt illi "l-kitba hija politika". Fis-saġġ tiegħu Qu'est-ce que la littérature? (X'Inhi l-Letteratura?) Jean-Paul Sartre jiżvolġi dan l-istess argument sal-punt li jirriuta li jifred, bil-kontra ta' Barthes, il-kitba mill-kittieb. Jisħaq li kittieb ma jista' qatt ikun politikament newtrali. Int donnok taqbel, tant illi għandek irwol attiv fil-Partit Laburista. Iżda jidhirli li fil-ġabra Xehir fis-Skiet imbagħad ħadt diversi pożizzjonijiet politiċi li ftit li xejn huma konformi mal-politika tal- Partit. Terġa' tieħu ħsieb paġna letterarja ta' gazzetta li opponiet bil-qawwi l-protesti li tmexxew dan l-aħħar mis-soċjetà ċivili. Ma tħossokx daqsxejn f 'salib it-toroq? Semmejt ħafna punti interessanti. Nemmen li l-poeta huwa politiku għaliex kif irrimarkajt inti l-ħsieb tiegħu mhuwiex newtrali. Il-poeta fil- ħsieb tiegħu, u hawn noqogħdu attenti mhux qed ngħid fl-istil, jista' jkun wieħed tradizzjonali. Il- poeta jista' jkun wieħed progressiv f 'dak li jipprova jwassal. Mela l-kelma "politiku" m'għandhiex x'taqsam mas-sens partiġjan ristrett għaż-żewġ partiti tagħna. Speċjalment f 'pajjiż bħal tagħna fejn għandek żewġ partiti dawn aktarx iħaddnu fihom diversi prinċipji u valuri differenti. Il- poeta qatt ma jista' jaqbel eżatt ma' dak kollu li jgħid partit. Allura b'"newtrali" ċertament

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 March 2020