Illum previous editions

ILLUM 1 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

32 opinjoni Diskriminazzjoni: tolleranza żero M 'hemmx dubju li kull wieħed u waħda minna għandu l-as- pettattiva li jkollu drittijiet u obbligi fis-soċjetà li huwa jew hija tgħix fiha. Soċjetà fejn dak li jkun jgħix mingħajr biża' ta' preġudiz- zju, b'rispett lejn id-diversità u li jkun iħossu ugwali għalkemm differenti minn ħaddieħor. Din hija s-soċjetà li rridu ngħixu fiha. Fl-1 ta' Marzu aħna niċċelebraw dik li bl-Ingliż tissejjaħ 'Zero Discrimination Day', jiġifieri, il-jum iddedikat għad-dritt li għandu kull persuna, li jgħix ħajja mimlija u produttiva u jwettaq dan bid- dinjità. Madanakollu, irridu nammettu b'xorti ħażina li d-diskriminazzjoni tibqa' tippersisti fis-soċjetà tagħna. Dan ifisser li l-ġlieda min-naħa ta' min hu ta' rieda tajba kontra d-diskriminazzjoni għandha tkompli tikber u aħna għandna nqajmu aktar kuxjenza f 'dan ir-rigward, kif ukoll naħdmu sabiex ninjettaw dawk il-valuri tant importanti u ċertu tibdil fl-istituzzjonijiet tagħna sabiex nuru tolleranza żero lejn id-diskriminazzjoni li tattakka essenzjalment id-dinjità tal- bniedem u ssewwes is-soċjetà tagħna. Skont l-aħħar statistika tal- Eurobarometer, tnejn minn kull tliet ċittadini tal-Unjoni Ewropea, għandhom ħbieb jew jafu persuni li għandhom twemmin jew reliġjon differenti jew li għandhom diżabbilità, jew inkella li ġejjin minn oriġini etnika oħra. Nofs iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom ħbieb li huma gay, lesbjani jew inkella bisesswali. Dan forsi jagħti lil wieħed x'jaħseb li jeżisti xi tip ta' stat ideali ta' tolleranza sħiħa fis-soċjetà tagħna. Dan mhux minnu. Id-diskriminazzjoni b'mod orizzontali għadha tkisser lis-soċjetà tagħna u tippersegwita lill-minoranzi. Il-qtil ta' Lassana Cisse s-sena l-oħra u dak makabru ta' Chantelle Chetcuti it ġimgħat ilu, juri biċ-ċar il-prezz għoli li qed jiġi mħallas minn uħud minna għal din il-pjaga qerrieda tad-diskriminazzjoni bi prezz tant kbir ukoll tal-familji u ħbieb ta' dawn il-vittmi u tas-soċjetà b'mod inġenerali. Fis-sena 2014, il-predeċessur tiegħi f 'dan il-qasam u l-ħabiba tiegħi llum, il- Kummissarju tal-UE Helena Dalli, kienet nediet konsultazzjoni pubblika mill- aktar wiesgħa fuq l-istat tal-ugwaljanza f 'pajjiżna. Dan wassal għal żewġ abbozzi tant importanti li bħalissa jinsabu fi stadju ta' Kumitat għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi fil-Parlament tagħna. Dawn huma 'e Equality Act' (Bill 96 of 2019) and 'e Human Rights and Equality Commission Act' (Bill 97 of 2019). Dawn sibthom f 'idi fl-aħħar ta' Lulju li għadda meta ngħatajt kariga Ministerjali b'responsabbiltà, fost oħrajn, fuq l-ugwaljanza. Sal-lum ma waqax immexxihom 'il quddiem bis-saħħa kollha tiegħi għaliex nemmen fihom u għaliex dawn ser iqegħduna fost l-aqwa pajjiżi fl-Ewropa u fid-dinja fejn tidħol leġislazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, entità b'saħħitha tal-ugwajlanza u rimedji effettivi għall-vittmi tad- diskriminazzjoni. L-abbozz dwar l-Ugwaljanza huwa meħtieġ sabiex jagħti protezzjoni assoluta għal kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni li teżisti fis-soċjetà tagħna. Bosta drabi, aħna ġġilidna dan il-fenomenu billi nilleġislaw dwar xi forma ta' diskriminazzjoni li tkun qed iddejjaqna f 'dak il-perjodu partikolari. Pereżempju, id-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru fuq il-post tax-xogħol. L-istess wettqet l-UE. L-abbozz 96 tas-sena 2019, meta jsir liġi, ser jagħmilha kontra l-liġi li jiddiskrimina kontra persuna oħra abbażi tal-età, twemmin, reliġjon, kulur, provenjenza etnika, nazzjonalità jew razza, diżabbilità, responsabbilitajiet familjari jew tqala, stat ċivili, espressjoni jew identità tal-ġeneru, saħħa, lingwa, opinjoni politika, proprjetà, sess jew karatteristiċi sesswali, orjentazzjoni sesswali u oriġini soċjali. Min-naħa l-oħra u permezz tal-Abbozz ta' Liġi ieħor, ser titwaqqaf dik li ser tissejjaħ Kummissjoni tad-Drittijiet Umani u Ugwaljanza. Għall-ewwel darba ser ikollna entità tal-ugwaljanza f 'pajjiżna li għandha s-snien, b'poteri kważi ġudizzarji u li tagħti rimedji effettivi lill- vittmi. Din hija entità bbażata fuq dawk li jissejħu l-Prinċipji ta' Pariġi li ilhom magħna għal madwar 25 sena u jagħmlu kriterji ċari ta' kif għandha taħdem istituzzjoni ta' din ix-xorta. Din ser tkun l-ewwel 'National Human Rights Institution' indipendenti f 'pajjiżna li ma tweġibx lejn il-Gvern, iżda lejn il-Kamra tad-Deputati. Hemm proċess twil ta' kif jintgħażlu l-membri 'l bogħod minn xi ndħil tal-politiċi. Irrid ngħid li dan ma jfissirx li sa issa ma sar xejn minn ħadd, però dak li qegħdin nagħmlu issa huwa pass qalbieni ħafna 'l quddiem. In-'National Commission for the Promotion of Equality' (NCPE) li hija l-entità li għandna bħalissa, fil-limiti tal- mansjonijiet u r-riżorsi tagħha, wettqet xogħol importanti ferm fil-ġlieda ta' din il-pjaga soċjali. M'hemmx dubju li għalkemm huwa importanti li dawn iż-żewġ abbozzi jsiru liġi llum qabel għada, ma jfissirx li aħna rbaħna l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fid-diversi forom tagħha. Ifisser li aħna ser inkunu attrezzati aktar minn qatt qabel sabiex nikkumbattu aħjar din il-pjaga soċjali. Dawn l-Abbozzi però jitfgħu obbligu fuq kulħadd, inkluż il-Gvern u s-servizz pubbliku, sabiex jieħu miżuri proattivi ħalli kemm jista' jkun id-diskriminazzjoni ma tingħatax spazju fil-mod li aħna nagħmlu l-affarijiet. Bħala konklużjoni, ninsisti li kull wieħed u waħda minna għandu d-dover li jaċċerta li jkollna soċjetà ugwali u ġusta. Kollha nibbenefikaw minn dan għaliex inkunu qegħdin ngħixu f 'soċjetà, pajjiż u dinja aħjar fejn niċċelebraw id-diversità tagħna, però fejn jirrenjaw ir-rispett, it- tolleranza u d-dinjità tal-bniedem. Hekk biss inkunu nistgħu ngħidu li mxejna 'l quddiem mhux biss fl-ekonomija u fil- flus, imma fis-soċjetà tagħna u fil-mod li nittrattaw lil xulxin. Jiena ser naħdem bla heda għall- ugwaljanza għal kulħadd u f 'kull aspett b'tolleranza żero għal kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni. IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2020 • illum Edward Zammit Lewis Edward Zammit Lewis huwa Ministru tal-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 March 2020