Illum previous editions

ILLUM 1 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

31 sport illum • IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2020 l-passjoni u l-karattru tiegħi' Association mmexxija mill-president ferm ħabrieki Pawlu Sultana? Għalkemm f 'pajjiżna għad hemm ħafna ħidma xi jsir biex il-logħba tal-basketball tkompli tikber u tissaħħaħ, l-isforzi tal- MBA huma sostanzjali. Wieħed irid japprezza l-ħafna xogħol li jsir b'mod volontarju. Pass kbir 'il quddiem f 'dawn l-aħħar snin kien il-bini tat-training courts il-ġodda. X'tikkummenta fuq ir-riżorsi u l-court il- ġdid fil-Padiljun f 'Ta' Qali li fihom tilagħbu f 'Malta speċjalment meta kkumparati madawk li tilagħbu fihom barra minn Malta mat-tim nazzjonali? Hawn Malta hawn nuqqas kbir ta' faċilitajiet sportivi indoor. Ħafna klabbs jitħarrġu f 'postijiet li ilhom mibnija mis- snin 60. Meta nqabbel il-faċilitajiet ta' Ta' Qali ma' kumplessi li lgħabt fihom barra minn xtutna, ikolli ngħid li għad fadal ħafna xi jsir. Madankollu, dan il-padiljun sportiv lokali tal-basketball jinsab għaddej minn fażi ta' żvilupp, li għalkemm qed jieħu fit-tul, nispera li finalment ikun proġett li niaħru bih. Il-media f 'Malta tagħti biżżejjed pubbliċità lill-basketball? Naħseb li qatt mhu biżżejjed, speċjalment meta tqabbel mal-pubbliċità li tingħata lil sport ieħor, bħalma huma l-futbol u l-waterpolo. Kuntenta li l-basketball għandu l-programm televiżiv tiegħu, grazzi għax-xogħol impenjattiv immens ta' Willie Vassallo u Colin Schembri, li waħedhom jaħdmu biex jippromwovu l-logħba tal- basketball lokali. F'dan l-istaġun, sar titjib fil-promozzjoni tal-logħba fuq il-midja soċjali. Naħseb li hemm lok fejn dan il- qasam jitjieb. Taħseb li għad jiġi żmien f 'Malta meta plejer tal-basketball f 'Malta kemm fil- kamp maskili kif ukoll fil-kamp femminili jkun jista jgħix esklussivament permezz tal-basketball? Jiena naħseb li biex naslu biex inkunu professjonisti fil-loghba, dan ifisser li l-klabbs lokali kif ukoll l-assoċjazzjoni jridu jkunu professjonali huma wkoll. L-isfera sportiva kollha trid tkun professjonali, li jinkludu amministraturi, kowċis, professjonisti fl-oqsma ta' xjenza sportiva kif ukoll il-plejers. Dan huwa għan imbiegħed, però nispera li għad naslu għalih. Bħala plejer ta' daqstant suċċess fil- basketball lokali u mhux biss għaddi messaġġ lil dawk li jixtiequ jagħmlu karriera fil-basketball. Apparti l-messaġġ komuni lejn l-atleti ta' dedikazzjoni u determinazzjoni biex tilħaq suċċess fl-isport, jiena nħoss li hemm bżonn li nagħrfu l-ħtieġa li minn età żgħira, it-tfal għandhom ikunu esposti għal attivitajiet sportivi varjati kemm jista' jkun. Il-messaġġ tiegħi huwa lejn il-ġenituri sabiex jevitaw speċjalizzazzjoni kmieni fi sport wieħed biss. Il-varjetà ta' sport minn età żgħira tgħin fit-tisħiħ ta' ħiliet fiżiċi li 'l quddiem jgħinu qatigħ meta eventwalment wieħed jagħżel l-isport li jkun jixtieq jeċċella fih. Biex tilħaq suċċess fl-isport, inħoss li hemm bżonn tingħaraf il-ħtieġa li minn età żgħira, it- tfal għandhom ikunu esposti għal attivitajiet sportivi varjati kemm jista' jkun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 March 2020