Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527
30 sport IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2020 • illum 'Il-basketball huwa dak li jiżvela Kif għażilt il-basketball fost tant sport ieħor? Inħossni kburija u grata lejn il-ġenituri tiegħi li ta' età żgħira ġejt esposta għal diversi attivitajiet extra-kurrikulari u sport, fosthom il-ġinnastika, l-għawm u aktar tard l-għawm sinkronizzat, iż-żfin u l-basketball, li bdejtu meta kelli biss tliet snin. Dawn id-dixxiplini sportivi tawni l-opportunità li nesperjenza l-varjetà ta' sport kemm individwali kif ukoll f 'ambjent ta' tim, filwaqt li għenuni fl- akkwist ta' ħiliet essenzjali fl-iżvilupp fiżiku tiegħi bħala sportiva. Meta kelli 15-il sena, kelli nikkonfronta d-deċiżjoni diffiċli li nagħżel l-isport primarju tiegħi, minħabba raġunijiet ovvji, bħall-ħinijiet tat-taħriġ u l-fatt li peressli huma dixxiplini kuntrastanti, dan kien stress fiżiku fuqi. Wara ħafna ħsieb, finalment iddeċidejt li navvanza l-karriera sportiva tiegħi fl-isport li ħassejt li qiegħed ġewwa fija, u li jiżvela l-passjoni u l-karattru tieghi: il-basketball. Li jkollok tiddeskrivi l-aħħar staġun għat- tim tiegħek u anki dan l-istaġun sa issa, kif tiddeskrivihom? Nista' ngħid li ilni fil-familja ta' Starlites Basketball Club sa minn qabel ma twelidt. Ilni nitħarreġ u nikkompeti f 'diversi kampjonati tul is-snin. F'dawn l-aħħar tliet snin bdejt ukoll nifforma parti mit-tim tal-kbar, li għenitni niżviluppa l-logħba tiegħi, filwaqt li tipprovdili l-esperjenza u l-kunfidenza xierqa biex inkompli navvanza. L-istaġun li għadda bla dubju kien l-iktar wieħed speċjali għalija s'issa. Għalkemm irbaħt kampjonati fil-passat, is-sena li għaddiet irnexxielna niksbu l-kampjonati kollha li ħadt sehem fihom jien: il-kampjonat ta' taħt id-19-il sena li rbaħnieh bla telfa (U19), il-kampjonat ta' taħt it-23 sena (U23) u anke għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb, il-kampjonat tal- kbar. Apparti dawn is-suċċessi, irbaħna wkoll it-Tazza tal-Indipendenza u l-MBA Shield. Dawn is-suċċessi kollha huma xhieda tas-saħħa ta' Starlites mhux biss fl- ogħla diviżjonijiet, iżda fil-kategoriji kollha. Ftaħna l-istaġun din is-sena niddefendu t-titli tal-kategoriji msemmijin, u nemmen li għandna t-talent u s-saħħa li nagħmlu dan. Għalkemm din is-sena tlifna żewġ plejers essenzjali: Kristy Galea, li marret tistudja u tilgħab l-Amerika u Joey Grima, introduċejna lil Steffi de Martino, plejer ta' ħafna esperjenza. Ma rnexxilniex nirbħu l-ewwel żewġ tazzi ta' dan l-istaġun, però, irnexxielna nirbħu għat-tieni darba konsekuttiva l-MBA Shield u ninsabu nħarsu 'l quddiem għall-kompetizzjonijiet li ġejjin. Fil-kategoriji iżgħar sejrin tajjeb ħafna wkoll, nilagħbu kontra t-timijiet l-oħra u nistennew il-parti l-aktar kompetittiva tal-istaġun b'ħerqa kbira. Kif jirnexxilek tlaħħaq mal-istudju tiegħek, mat-taħrig u l-logħob li jkollok? Ta' spiss niġi ppreżentata b'mistoqsija bħal din, fejn dejjem nesprimi l-importanza tat-tqassim tal-ħin, fattur li nemmen li hu essenzjali fil-ħajja ta' atleta. Bdejt l-ewwel sena bħala studenta Universitarja fil-kors ta' Baċellerat fl-Isport u attività fiżika. Għalkemm, il-kors hu wieħed impenjattiv, joffri opportunitajiet fejn nista' nitħarreġ iktar fl-isport tiegħi, nagħmel użu mill- faċilitajiet tal-Università, u nsib ħin għall- istudju u r-riċerka. Minħabba li nilgħab fi tliet kategoriji, dan jimpenjani hafna u għalhekk il-ħin liberu tiegħi huwa ddedikat għall- isport. Dan ifisser li l-ħajja soċjali tiegħi hija bbażata fuq taħriġ u logħob iktar milli ħruġ u divertiment - għażla li jiena kburija biha. Kif qed tħares lejn il-futur tat-tim tiegħek? Din is-sena qed naħdmu bis-sħiħ biex nirrepetu s-suċċessi li ksibna matul l-istaġun li għadda. Għandna waħda mill- akbar u l-aħjar nurseries tal-basketball f 'Malta, fejn f 'dawn l-aħħar għaxar snin, bħala klabb stabbilixxejna ruħna fis-setturi taż-żgħar. Infatti, l-istaġun li għadda, Starlites Basketball Club rebaħ il-kategoriji ta' taħt l-14-il sena tal-bniet u subien bla telfa, il-kampjonat tas-subien ta' taħt is-16- il sena, kif ukoll il-kampjonat ta' taħt id- 19-il sena tal-bniet u subien. Dan ifisser li l-futur huwa wieħed promettenti ħafna. U l-futur tiegħek mat-tim? Ilni mal-Istarlites minn mindu bdejt nilgħab il-basketball. Ta' tliet snin bdejt fil- mini-basketball u tlajt fil-kategoriji kollha. Din is-sena, l-objettiv tiegħi hu li ntejjeb il- logħba tiegħi fl-Ewwel Diviżjoni, u b'hekk inkun nista' ngħin lill-plejers iżgħar minni jkomplu jtejbu l-logħba tagħhom. Starlites huwa l-klabb tiegħi u nħoss li nifforma parti integrali bħala membru, plejer, u anke kowċ fil-mini-basket. X'kienu l-esperjenzi li kellek sa issa mat- tim nazzjonali tal-basketball? F'dawn l-aħħar tliet snin, irrappreżentajt lil Malta fil-kompetizzjonijiet tal-FIBA Division C fil-kategoriji ta' taħt is-16 u t-18-il sena. F'dawn il-kompetizzjonijiet, irbaħt tliet midalji tal-fidda. F'dawn l-aħħar sentejn, iffurmajt ukoll parti mill-iskwadra tat-taħriġ tat-tim nazzjonali tal-kbar. L-għan tiegħi hu dak li nieħu posti fit-tim nazzjonali tan-nisa. Plejer tal-kalibru tiegħek ġieli kkunsidra li jmur jilgħab barra minn Malta? Għalkemm din il-possibiltà sa it taż- żmien ilu ma kinitx xi ħaġa f 'moħħi, f 'dawn l-aħħar sentejn numru ta' kowċis urew fiduċja fil-kapaċitajiet tiegħi u nkoraġġewni biex nimmira għall-possibbiltà li nkompli ntejjeb il-karriera tiegħi barra minn xtutna. Preżentement, qed nikkunsidra li nkompli l-karriera tiegħi kemm ta' studju kif ukoll tal-basketball f 'Università fl-Amerika. X'tikkummenta fuq il-Malta Basketball Mikela Riolo - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-basketball lokali f'dawn l-aħħar snin, fejn timmilita ma' Starlites, u li preżentement, qed tikkunsidra bis-sħiħ li tkompli l-karriera tagħha kemm ta' studju kif ukoll tal-basketball f'Università fl-Amerika