Illum previous editions

ILLUM 1 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

18 opinjoni IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2020 • illum Ħidma fl-edukazzjoni fuq kull livell OWEN BONNICI HUWA L-MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL H emm rabta qawwija u ovvja bejn is-settur tal-edukazzjoni u s-settur tax-xogħol. L-edukazz- joni hija l-bażi ta' kollox, f 'kull aspett tal-ħajja. Mhux biss hija l-bażi li tmexxik tul ħajtek kollha, u hawnhekk qed infissru edukazzjoni ta' manjieri, etika, imġiba, imma hija l-bażi wkoll għall-futur ta' kulħadd. L-edukazzjoni tibda mid-dar, imma jilagħbu parti importanti ħafna l-istituzzjonijiet li għandna fil-pajjiż li permezz tal-edukaturi jkomplu dak li jkunu bdew il-ġenituri. U hawnhekk l-edukazzjoni tieħu żvolta importanti għaliex tkompli tagħti formazzjoni lil uliedna u tippreparahom mhux biss għall-ħajja tagħhom, imma wkoll għad- dinja tax-xogħol. Għalhekk irid ikun hemm sinerġija bejn dawn iż-żewġ setturi. Sinerġija li twassal biex l-impjiegi li jkunu disponibbli fid-dinja tax-xogħol isibu ħaddiema li jkunu mħarrġa fil-ħiliet kompetenti. Ma' suġġetti oħra ddiskutejt dan f 'laqgħa li kelli ma' delegazzjoni mill- General Workers' Union. Irrid infakkar li permezz tal-ħidma ta' dan il-Gvern, illum is-sitwazzjoni tax-xogħol f 'pajjiżna hija ħafna aħjar milli kienet sa seba' snin ilu. Fi statistika li ħarġet dan l-aħħar rajna kif il-qagħad kompla jonqos u jinsab f 'livell tassew baxx. Dan huwa awgurju ferm tajjeb għall-qasam tax-xogħol. Qed naħdem bis-sħiħ biex id- dekasteru tax-xogħol jitkabbar ukoll, flimkien mal-edukazzjoni. Waqt il- laqgħa msemmija esprimejt is-sentiment li nemmen li huwa ta' kulħadd li wara t-tfal u s-saħħa, l-għeżeż ħaġa għall- bniedem hija x-xogħol. Irridu negħlbu l-isfida tal-ġid - l-isfida tal-ġid hija d-diskrepanza fil-ħiliet. Dwar ħiliet qed naraw ukoll impenn. Impenn li jagħraf li m'hemmx one size fits all. Kull bniedem huwa tajjeb għal ħila, u f 'dan m'hemmx eċċezzjoni – kulħadd għandu l-ħila tiegħu li jibbrilla fiha. U kull ħila għandha l-importanza tagħha. Fis-settur tax-xjenza hemm għatx kbir għan-nies. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qed jinvesti bil-kbir f 'dan il-qasam edukattiv ukoll u se jkompli jinvesti. Biss biss, biex insemmi tnejn, ta' min ifakkar li mill-2013 kien hemm investimenti kbar fosthom il-kostruzzjoni ta' żewġ sulari fuq il-Binja tal-Bijomedika għal-laboratorji ta' riċerka fil-qasam bijomediku, inkluż l-apparat relatat, investiment ta' €6,078,425. Rajna l-irranġar mill-ġdid ta' partijiet mill- Junior College, inkluż l-immodernizzar ta' numru ta' laboratorji tax-xjenzi u l-Home Economics, investiment ieħor ta' €3,192,557. Apparti investiment, hemm ukoll inizjattivi li jsiru għall-istudenti u li huma wkoll marbuta max-xjenza. Fid-dinja tal-lum qed naraw avvanzi verament mgħaġġla fit-teknoloġija. U dan qed iwassal għal żieda fid-domanda għal ħaddiema kkwalifikati u mħarrġa fis-settur. Dan it-tkabbir qed allura jagħmel pressjoni biex ikun hemm aktar nies imħarrġa fis-suġġetti tax-xjenza, it- teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika: suġġetti magħrufin bħala STEM. Għal dawn l-aħħar sentejn, l-għalliema ta' suġġetti STEM ingħataw l-opportunità mill-industrija permezz tal-Kamra tal-Kummerċ, li jagħmlu perjodu ta' apprentistat mal-industrija matul is-sajf. Għalliema għaddew minn din l-esperjenza, li tinkludi osservazzjoni u parteċipazzjoni fil- ħajja tal-industrija relatata ma' STEM f 'pajjiżna. Dan huwa proġett pilota li tnieda mill-Kamra tal-Kummerċ u l-Ministeru għall-Edukazzjoni bil-għan li jqarreb l-industrija mal-ħaddiema ta' għada. L-għan tal-proġett huwa li l-għalliema jgħaddu l-messaġġ lill-istudenti dwar ir-realtà tax-xogħol u l-opportunitajiet li tagħti l-industrija. Hemm ukoll fost oħrajn, it-Teens Science Cafe – Tiny Teens Science Cafe. Dawn l-attivitajiet huma mmirati lejn studenti ta' etajiet differenti; primarja, tat-8 sena u post-sekondarja. Attivitajiet li matulhom professjonisti lokali mill- industriji relatati ma' STEM imorru fil- klassijiet u jiddiskutu mal-istudenti dwar esperjenzi relatati max-xogħol. Jien se nara li l-esperjenza edukattiva tolqot mhux biss il-bżonnijiet tal- istudenti tagħna, lil uliedna, imma rrid nara wkoll li nressaq dawn iż- żewġ setturi flimkien – id-dinja tal- edukazzjoni u d-dinja tax-xogħol.. * * * Din il-ġimgħa nedejt il-linji gwida dwar il-piż u l-ġarr ta' basktijiet tal-iskola, li qegħdin fil-proċess ta' konsultazzjoni, proċess li huwa miftuħ sal-aħħar ta' April 2020. Waħda mill-miżuri tal-Baġit tal-2020 tħares lejn il-piż tal-basktijiet tal-iskola, kwistjoni li ilha magħna mill-inqas għal dawn l-aħħar 20 sena u jeħtieġ li din tiġi indirizzata. Huwa essenzjali li niżguraw li nieħdu ħsieb l-istudenti tagħna, u permezz tal-pubblikazzjoni ta' dawn il- linji gwida nistgħu nkomplu naħdmu. Riċerka li kienet twettqet mill- Assoċazzjoni tal-Fiżjoterapisti Maltin b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Pedjatrija tal-Isptar Mater Dei u l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, indikat li l-maġġoranza tal- istudenti mill-kampjun rappreżentattiv li ħadu sehem f 'dan l-istudju, kienu qegħdin jerfgħu piż li jaqbeż dak rakkomandabbli. Dan l-istudju, li sar fost studenti li huma bejn it-8 u t-13-il sena, indika li aktar minn 70% tal-parteċipanti kienu qegħdin jerfgħu basktijiet li jaqbeż il-piż rakkomandat b'10% tal-piż tagħhom stess. Studji oħra li saru mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol urew x'jagħmel il-basket tqil, u fosthom kien hemm il-ġarr ta' kotba tal-iskola segwit minn files u fliexken tal-ilma. Għalhekk, tfassal programm tal-installar tad- drinking water fountains kif ukoll ta' lockers fl-iskejjel (statali). Il-linji gwida ppubblikati għandhom l-intenzjoni li jkomplu jżidu aktar għarfien dwar il-kwistjoni nnifisha, u biex jipprovdu indikazzjonijiet konkreti ta' kif għandha tiġi indirizzata din il- kwistjoni. Minflok iġibu files qiegħed jiġi rrakomandat li l-istudenti jġorru karti farrada mdaħħlin f 'folders tal- plastik ħfief u jkunu mgħallma kif jinqdew bihom sew. L-istudenti huma inkoraġġuti li jevitaw li jieħdu kotba magħhom l-iskola li ma jkollhomx bżonn. Il-linji gwida jagħtu wkoll pariri l-istudenti fuq kif jippakkjaw il-basket tagħhom billi jqiegħdu l-itqal oġġetti l-eqreb kemm jista' jkun tad-dahar u ma jġorrux oġġetti mhux meħtieġa. Il-ġenituri huma inkoraġġuti li jevitaw kaxex tal-ikel kbar, li jiċċekjaw it- timetable tat-tfal biex dawn ma jiħdux affarijiet żejda magħhom u li jfittxu kotba tal-iskola użati jew kotba li diġà nxtraw minn familjari biex iżommuhom id-dar, b'hekk l-istudenti jkunu jistgħu jżommu kopja l-iskola. Huma wkoll inkoraġġuti li jixtru basktijiet iddisinjati sew u jgħinu lit-tfal jaddotaw mod ta' rfiegħ korrett. Flimkien, l-istakeholders kollha – edukaturi, studenti u ġenituri, inkomplu naħdmu għall-ġid ta' wliedna f 'kull aspett tas-settur edukattiv. Il-linji gwida tista' tarahom minn hawn: https://education.gov.mt/en/ Pages/Guidelines-Weight-Schoolbags. aspx Owen Bonnici

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 March 2020