Illum previous editions

ILLUM 1 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

09 illum • IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2020 aħbarijiet Jum Dinji għal Diskriminazzjoni Edward Zammit Lewis Jum Dinji għal Diskriminazzjoni jeħtieġ 50 borża demm kuljum Iltqajna ma' diversi donaturi fosthom Maria Vassallo u Eman Abela, studenti ta' 20 sena li jagħtu d-demm b'mod regolari. Kemm Maria kif ukoll Eman saħqu l-importanza ta' dan il- ġest. Għalkemm forsi jkollhom xi it tensjoni sa ma jmorru jagħtu d-demm, huma spjegawlna s-sens ta' sodisfazzjoni li jħossu wara li jagħmlu dan il-ġest nobbli. Maria, li tat it- tielet donazzjoni tagħha, spjegat kif l–aktar li ħeġġiġha tagħti d-demm kien meta persuna qrib tagħha, waqt li qed twelled, ġiet bżonn id-demm biex ma jintilfux il-ħajja kemm tal-omm kif ukoll tat-tarbija. Dan l-episodju spira lil Marija biex ta' kull erba' xhur tagħti d-demm. Eman, li ilu jagħti d-demm mill-età ta' 17-il sena, spjega kif huwa ta' sodisfazzjon li kull għotja tgħin biex issalva l-ħajja ta' tlieta min-nies. Maria ttemm b'appell li "ħadd m'għandu għalfejn jibża' jagħti, mhux proċess tal-biża', l-aktar meta tirrealizza kemm qed tgħin." Iltqajna wkoll ma' Lourdes Damato li ilha tagħti d-demm minn meta kellha 18-il sena. Immorru lura it fiż-żmien, madwar 44 sena, meta Lourdes, b'ton nostalġiku, tiakar fl- ewwel darba li tat id-demm, dak iż-żmien il-Furjana. Kienet marret għall-ewwel darba m'ommha u minn dakinhar qatt ma waqfet, ħlief tul it-tqala. Kienet sorpriża ħelwa li kellu jkun propju dakinhar tal-50 donazzjoni tagħha li kellna niltaqgħu magħha. Lourdes għamiltha ċara li "meta jgħaddu l –erba' xhur nagħmel mezz u nara kif niġi." Din id-determinazzjoni nistgħu ngħidu li hi komuni fost diversi donaturi li tassew jimu l-bżonn ta' dan il-ġest nobbli. B'onsetà, Lourdes qalet kif dan tagħmlu tassew minn qalbha. Donatur ieħor li ltqajna miegħu kien John Paul Muscat, għalliem li wkoll ma jitlifx darba milli jagħti d-demm u ilu jagħmel dan mill-2015. John Paul jispjega kif kull tliet xhur jagħżel jagħti d-donazzjoni tiegħu. B'ton pjuttost kiebi, jiakar f 'meta kellu inċident bil-karozza. Huwa jispjega kif li kieku kien bilqiegħda fuq in-naħa tal-passiġġier, ħajtu kienet tkun imdendla. Dan l-inċident fetaħlu għajnejh sabiex jibda jagħti d-demm. Wara kull donazzjoni, iħossu kburi u aktar immotivat biex jibqa' jagħti. "Bħalma nħossni obbligat immur għax- xogħol inħossni obbligat nagħti d-demm." 'Ħadd m'għandu għalfejn jibża' jagħti' • Raġel jista' jagħti d-demm kull tliet xhur • Mara tista' tagħti kull erba' xhur, minħabba li jkollha telf ta' demm naturali • L-etajiet jistgħu jvarjaw għalkemm ġeneralment tista' tagħti demm jekk ikollok bejn 18 u 66 sena • L-etajiet jistgħu jinbidlu skont fatti ta' saħħa u żviluppi f 'ħajja aktar sana • Madwar 10,000 persuna jmorru jagħtu d-demm darba fis-sena • Is-sena l-oħra marru jagħtu d-demm madwar 17,000 persuna Fatti dwar l-għoti tad-demm

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 March 2020