Illum previous editions

ILLUM 1 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

08 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' MARZU • illum Bżonn kbir li tagħti! Iċ-ċentru jeħtieġ Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm jeħtieġ 50 borża demm kuljum u riserva ta' ħamest ijiem biex tkun tista' tintlaħaq id-domanda. Imma din id-domanda mhix qed tintlaħaq. Kun int parti mill-għajnuna .... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa, il-gazzetta ILLUM kellha l-privileġġ li tqatta' ftit tal- ħin fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm. Hekk kif tidħol f 'dan iċ-ċentru, tħoss ambjent jilqgħek, saħansitra tara ħajt kbir mimli kartolini ta' ringrazzjament mingħand il-pazjenti li rċevew id- demm. Mill-ewwel tirrealizza l-ġid li joħroġ minn dan il-post u aktar minn hekk in-neċessità ta' kull donazzjoni. Kull persuna li tidħol, tara fuq wiċċha ħarsa determinata, determinazzjoni biex tgħin. Hija sensazzjoni li jekk wieħed ma jżurx dan iċ-ċentru ftit li xejn jista' jħoss. Iktar minn hekk, is-sodisfazzjon u l-kburija li jinħassu wara li wieħed jagħti d-donazzjoni tiegħu huma kbar. L-ewwel ħsieb kien 'Alla jbierek kemm hawn donaturi' - imma ma stajtx kont aktar żbaljat minn hekk. Għalkemm madwar 40 persuna tagħti d-donazzjoni tagħha kuljum dan mhuwiex biżżejjed, anzi lanqas jibda mad-domanda. L-ideali huwa li l-provvista tkun imqar ta' ħamest ijiem, madanakollu r-riżerva bħalissa hija baxxa immens, tant li lanqas isservi għal jumejn. Dan kien xokk kbir, u kien hawnhekk li flimkien mat-Tabib Alex Aquilina bdejna niddiskutu anke r-riskji ta' dan in-nuqqas. 'Hemm bżonn 50 borża demm kuljum' Fil-fatt Aquilina jgħid illi b'kollox il- fornitura tad-demm għandha tkun ta' 50 borża kuljum. "Dan ikun jeħtieġ bejn wieħed u ieħor bejn 60 u 70 donatur. Xi ġranet jiġu aktar imma mbagħad f 'xi ġranet jiġu inqas. Meta jiġu 30 jew 35 donatur kuljum tispiċċa b'inqas," sostna. Huwa qal li minimament iċ-ċentru jeħtieġ ikollu riserva ta' tlett ijiem f 'demm, għalkemm l-ideali huwa ta' ħamest ijiem. "Ġieli kellna riserva ta' ġurnata waħda biss u ġieli inqas ukoll. U meta jiġri hekk ikollhom jiġu posposti ċerti operazzjonijiet li mhumiex urġenti u li jkunu jeħtieġu d-demm," isostni b'xi ftit ta' dieqa wkoll it-tabib. Jammetti li din tfisser kedda għall- pazjenti, imma jekk ma jkunx hemm donaturi m'hemmx mod ieħor kif iġġib id-demm. Demm minn barra: ikkumplikata u għalja Din il-gazzetta tistaqsih jekk f 'każi urġenti jinġiebx demm minn barra. "Iva possibbli. Imma biċċa xogħol kbira għalhekk l-ideali jibqa' minn Malta," jisħaq Aquilina li jkompli jispjega kif jista' jkun hemm ċirkostanzi ta' inċidenti kbar fejn ikun hemm bżonn li jinġieb demm minn barra. Isemmi l-inkwiet fil-Libja li wassal biex bosta pazjenti Libjani ġew jieħdu l-kura Malta u jgħid illi dakinhar kważi kien hemm il-bżonn li d-demm jinġieb minn barra. "Hija biċċa xogħol ikkumplikata u fiha spiża kbira għall-pajjiż." Meta tisma' appell fuq l-aħbarijiet ifisser li s-sitwazzjoni hija gravi Xi jkun ir-risposns ġenerali meta jsiru sejħiet għad-demm, pereżempju fuq il- gazzetti jew l-aħbarijiet? Huwa jirispondi mill-ewwel u jgħid li meta wieħed jisma' l-appelli fuq l-aħbarijiet ikun ifisser li s-sitwazzjoni hija gravi tant li tista' taffettwa ħajjet in- nies. "Ikollna sitwazzjoni fejn pereżempju jkollna bżonn 10 jew 15-il borża demm u ma jkollniex." "Demm tat-tip A+ bħalissa lanqas għandna riserva ta' jum wieħed," jgħid mal-ILLUM it-tabib bħal donnu biex jixgħel l-allarm għal aktar nies b'dan it- tip ta' demm, biex jagħtu. X'inhuma r-rekwiżiti biex persuna tkun tista' tagħti d-demm? It-tabib Alex Aquilina jgħid illi l-ewwel u qabel kollox hemm bżonn li persuna tkun residenti Malta, imma mhux neċessarjament Maltija u dan fil-każ ta' bżonn li tkun intraċċata l-persuna. It-tieni nett jekk tkun barrani u ġej minn pajjiż fejn ċertu mard, bħal malarja u mard endemiku, ma tkunx tista' tagħti demm lanqas - għax jekk ma tkunx marid int jista' jkun tkun carrier tal-marda, jiġifieri ma tkunx marid, imma tista' tgħaddi l-marda. Huwa kompla jispjega kif anke dawk li għadhom ġejjin mis-safar ma jistgħux jagħtu awtomatikament jekk ikunu ġejjin minn ċerti pajjiżi fejn ikun hemm il-mard. F'xi każi jkollhom jgħaddu numru ta' ġranet biex ikunu jistgħu jagħtu d-demm. Irġiel omosesswali u l-għoti tad-demm U finalment hemm donaturi omosesswali. Dawn issa jistgħu jibdew jagħtu d-demm imma jkunu jeħtieġu jgħaddu minn aktar saffi. Għaliex? "Huwa fatt li ma jista' jmerih ħadd li l-inċidenza hija ogħla fost irġiel omosesswali. Imma huwa fatt ukoll li mhux kulħadd għandu l-istess livell ta' riskju." Għal dan il-għan inġieb apparat ikkofinanzjat mill-pajjiżi tal-EEA, liema apparat jiswa €300,000 fis-sena biex jintuża. Huma fakkru li ma jinżammux rekords tas-sesswalità ta' persuna, allura ma jkunx jista' jgħid jekk fil-fatt kienx hemm xi numru kbir ta' persuni LGBTIQ li taw id-demm. Dr Alex Aquilina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 March 2020