Illum previous editions

ILLUM 21 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1262261

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2020 • illum 'Meta tkunu qed tagħtu d-demm aħsbu fit-tfal tagħkom' F'Jum il-Missier, il-gazzetta ILLUM titkellem ma' missier żagħżugħ li huwa wieħed mid-donaturi frekwenti tad-demm. Titkellem ukoll maċ- Ċentru tal-Għoti tad-Demm u l-andament wara l-pandemija Illum Jum il-Missier. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Carlston Grima, missier żagħżugħ li ta' spiss jagħmel donazzjoni li ma tiswix flus iżda li tiswa mitlu deheb, jiġifieri donazzjoni tad- demm. "Ħerqan biex nagħtu t-18-il donazzjoni tad-demm. Kull meta mmur dejjem inżomm f 'moħħi li mhux biss se nkun qed ngħin lil min ma nafx, imma xi darba jew oħra nista' nkun jien fil-bżonn," saħaq Grima, anke għax ommu, li mietet bil-kanċer, ukoll kellna bżonn id-demm. Grima, li it aktar minn sena ilu sar missier għall-ewwel darba, kompla jisħaq li jżomm f 'moħħu wkoll lit-tfal. "It-tfal huma l-aktar vulnerabbli għax għadhom jiddependu mill-ġenituri jew il- gwardjani tagħhom. Xi kultant tispiċċa tistaqsi għaliex jimirdu t-tfal. Meta tifel jew tifla timrad, bla ma trid, tħoss u tinkwieta aktar," insista l-missier u għalhekk saħaq li meta jmur jagħti d-demm, jiakar li mhux biss huwa missier iżda li bid-donazzjoni tiegħu se jkun qed jgħin ukoll lil dawn it- tfal. "Fl-aħħar mill-aħħar, it-tfal jixirqilhom li jfiequ u jgawdu l-ħajja bħal ħaddieħor," insista. F'Jum il-Missier, Grima kellu appell għall-missirijiet: "Jiena mhux biss nitlob imma nħeġġeġ lil kull persuna biex tersaq u tmur tagħti d-demm. Għall-bidu forsi tibża', imma l-infermiera u l-istaff kollu li jieħdu ħsieb iċ-ċentru huma professjonali u mill-aħjar. Lanqas tkun taf li qed jeħdulek id-demm. Fl-istess ħin qed isservi lilek bħala check-up." Iżda ma waqafx hawn. Appella lill-missirijiet bħalu biex meta jersqu jagħtu d-demm jiakru li bid-donazzjoni tagħhom mhux biss qed jgħinu aktar minn persuna waħda iżda fl-istess ħin qed jgħħinu tfal, li 'l quddiem jistgħu jkunu tagħhom. L-ILLUM tkellmet ma' Tony Micallef, infermier, li huwa responsabbli mir-relazzjoni mal- pubbliku u mad-donaturi fi ħdan iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm, li spjega kif matul ix-xhur li fih faqqgħet il-pandemija kien hemm tnaqqis sostanzjali fid-donazzjoni tad-demm. "Kważi kważi nżilna bin-nofs," saħaq Micallef. "Jekk qabel konnha niġbru 50 borża demm, fi żmien il-pandemija nżilna għal 20 u anke inqas kuljum. Kien hemm żmien fejn inkwetajna ta' vera." Fi kliemu, dak iż- żmien kien qed jgħinhom biss il- fatt li ħafna mill-operazzjonijiet mhux urġenti ma kinux qed isiru u għalhekk id-domanda għad-demm ma kinitx daqshekk kbira. "Inħoloq bilanċ," saħaq Micallef. Issa li l-affarijiet bdew ġejjin lura għan-normal u anke bdew isiru l - o p e r a z z j o n i j i e t kollha, id-domanda għad-demm "sparat 'il fuq." Mistoqsi jekk reġgħux bdew jiżdiedu d-donaturi, Micallef saħaq li it it id-donaturi qed jiksbu mill-ġdid il-kunfidenza u reġgħu qed imorru jagħtu d-demm. Fil-fatt, iċ- Ċentru tal-Għoti t a d - D e m m ħadem ħafna fuq kampanja ta' għarfien għall-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm, fejn, fost oħrajn, diversi binjiet tal-Istat u oħrajn importanti, inxtegħlu bil- kulur aħmar. "Nhar il-Ħadd li għadda, fil-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm, resqu lejna 138 persuna. Anke fil-jiem ta' qabel u ta' wara kellna diversi donazzjonijiet," spjega Micallef. "Irridu nkomplu nsostnu din il-mewġa pożittiva." Mistoqsi jekk id-domanda tiżdidx fis-sajf, forsi anke għax aktar nies joħorġu u hemm aktar ċans li jkun hemm inċidenti, Micallef saħaq li meta wieħed iħares lejn is-snin passati, normalment ikun hemm bżonn 50 borża demm kuljum. Fi kliemu, biex tiġborhom, trid madwar 65 donatur għax ġeneralment ikun hemm persuni li ma jitħallewx jagħtu, kemm għax jista' jkun hemm riskju għalihom jew għall-pazjenti. "Jista' jkun li jkollna bżonn aktar demm għax din is-sena s-safar se jonqos u allura ħafna se jibqgħu jgħumu. Se jiżdied it-traffiku u aktar hemm ċans ta' inċidenti. Apparti dan hemm it-traffiku u l-attivitajiet marbuta mal-baħar ukoll," insista Micallef. Mill-banda l-oħra, kompla jispjega, dan jista' jkun ta' vantaġġ ukoll għax inqas donaturi tad- demm se jsiefru. Fakkar li jkun hemm każi ta' donaturi li jsiefru lejn pajjiżi mbiegħda, barra l-Ewropa u ma jkunux jistgħu jagħtu demm qabel sena. Fil-fatt, normalment fis-sajf ġieli jkun hemm nuqqas ta' donazzjonijiet minħabba dan il- fattur u għalhekk qed jittamaw li anke din id-darba jinħoloq bilanċ pożittiv. Iċ-ċentru tal-għoti tad-demm ikun miuħ kuljum bejn it-8:00am u s-6:00pm. Illum, il-mobile Blood Donation Unit se jkun maġenb il-Bażilika tal-Mosta bejn it-8:30am u s-1.00pm. L-Għawdxin jistgħu jagħtu d-demm ukoll fil-Berġa mit-8:00am sas-1:00pm. Għal aktar informazzjoni żur is- sit www.blood.gov.mt jew ċempel fuq: 80074313 / 79307303. 'Il-Ħadd li għadda kellna 138 donatur ... irridu nkomplu b'din il-mewġa pożittiva' Carlston Grima

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 June 2020