Illum previous editions

ILLUM 30 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1283579

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 analiżi IL-ĦADD 30 TA' AWWISSU 2020 • illum Għalkemm ma tantx jidher li hija raġuni popolari daqs l-ewwel tnejn hemm min jemmen illi Delia jista' jikseb riżultati pożittivi jekk min huwa kontrih jibda jappoġġjah. Mill-ġdid dan huwa argument li jreġi u li fil-fatt ilu jreġi mill-bidu li Delia ħa t-tmexxija tal-partit - anke jekk hemm ħafna fatturi li niżżlu lil Delia l'isfel speċjalment l-akkużi u allegazzjonijiet serji fil-konfront tiegħu - kemm qabel u anke wara li sar Kap, il-battibekki li kellu ma' Daphne Caruana Galizia u l-familja tagħha kif ukoll it-telfiet umiljanti li sofra l-PN fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali. Is-sondaġġi u elezzjonijiet fl-aħħar tliet snin ma jurux li Delia qatt jista' jirbaħ jew inaqqas id-distakk, anzi fl- aħħar xhur Delia u l-PN komplew inaqqsu l-popolarità għal livelli baxxi ħafna. Raġuni oħra ta' wħud minn dawk li se jivvutaw lil Delia hija biex jitneħħew nies li kienu attivi kontra Delia u ġeneralment jissemma' Jason Azzopardi, Karol Aquilina u Beppe Fenech Adami. Dawn iħossu illi nies bħal dawn it-tlieta u persuni bħalhom qed iżommu lill-partit tagħhom lura u parti kbira mit-tort ta' fejn jinsab il-PN illum huwa tagħhom. L-ewwel problema: Jekk Delia jkeċċi lil dawn it- tlieta, fuq l-istess raġuni preċiża li biha keċċa lilhom irid ikeċċi ħafna nies oħrajn - il-maġġoranza tal- Grupp parlamentari, il-maġġoranza tal-Eżekuttiv u anke l-maġġoranza tal-Kunsilliera - u l-eks PM Lawrence Gonzi, l-eks Ministru Louis Galea - li lagħab parti ċentrali fil-waqa' ta' Delia, kif ukoll lill- eks Deputat PM Tonio Borg. It-tieni problema: Adrian Delia kellu ħafna opportunitajiet li jneħħi lil dawn in-nies, sa riċentement meta dawn rribellaw bil-kbir kontrih u ppreċepitaw elezzjoni għat-tmexxija tal-partit. Il-fatt li ma neħħiehomx jista' jkun riżultat ta' ħafna affarijiet: Minn nuqqas ta' rieda jew saħħa, il-fatt li jekk ikeċċi lil dawn ikun qed ikeċċi ħafna mir- riżorsa li biha jista' jaħdem jew inkella minħabba xi informazzjoni jew fatti li għadhom mhumiex pubbliċi. Hija mistoqsija ġġustifikata allura kif dak li ma seħħx fl-aħħar sentjen se jsir wara elezzjoni ta' Kap. Din hija waħda mill-aktar raġunijiet li jinġiebu fost dawk li beħsiebhom jivvutaw lill-Kap kurrenti tal-PN. L-argument huwa li ladarba Delia kien elett mit-tesserati tliet snin ilu, dan kien elett biex jagħmel terminu sħiħ u allura dan it-terminu għandu jlestih. Dan l-argument - f 'iżolament - jagħmel sens. L-istorja kulħadd jaa u Adrian Delia ma tantx sab appoġġ minn ħafna fil-partit stess li qatt ma ħassew li kien idoneu għall- kariga jew inkella li jħossu li maż-żmien wera' li mhux kapaċi jmexxi b'suċċess jew jattira persuni lejn il-PN. Dawk li jirraġunaw b'dan il-mod iħossuhom mweġġgħin u forsi anke traduti li Delia "ma tħallhiex jaħdem." Il-problema b'dan l-argument huwa li rebħa mill-ġdid ta' Delia se tbiddel it jew xejn mis-sitwazzjoni tal-preżent, jekk mhux fil-fatt tiggrava s-sitwazzjoni hekk kif eluf ta' votanti li mhumiex kuntenti bih (mhux neċessarjament kontrih - hemm differenza kbira bejn dawk li huma kontrih u dawk li mhumiex kuntenti bir-riżultati li kiseb - jew ma kisibx) probabbilment iktar jikkonvinċu ruħhom li jibqgħu d-dar f 'elezzjoni ġenerali. Dan apparti li - kif għidna l-Ħadd li għadda - dan ir-raġunament kompletament jinsa' illi Delia għandu kontrih allegazzjonijiet potenzjalment splussivi li jistgħu faċilment jisplodu it qabel elezzjoni ġenerali. Dan l-argument huwa wkoll emottiv ħafna u jinvesti fis- sens ta' tradiment u rabja li hemm fost firxa ta' tesserati għall-fatt li Adrian Delia "ma tħallhiex jaħdem". Huwa ġustifikat imma bbażat fuq il-passat u mhux it-triq 'il quddiem għall-PN - jekk Delia jirbaħ, l-iskop ta' dan ir- raġunament ikun intlaħaq u l-partit jzappap għall-kriżi li jkun imiss. Il-gazzetta ILLUM tanalizza r-raġunijiet prinċipali li qed jinġiebu minn għeruq u tesserati tal-PN dwar l-intenzjonijiet tagħhom għal vot lil Adrian Delia jew Bernard Grech ... Jiena tesserat u se nivvota lil 'Se nivvota lil Adrian Delia għax aħna tellajnieh tliet snin ilu' 'Se nivvota lil Delia biex jitneħħew nies bħal Jason Azzopardi u Beppe Fenech Adami' 'Jiena se nivvota lil Delia għax nemmen li jista' jikseb riżultat tajjeb f'elezzjoni ġenerali'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 August 2020