Illum previous editions

ILLUM 13 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1287824

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 analiżi IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2020 • illum YENDRICK CIOFFI Il-Covid-19 għadu qed jiġri madwar id- dinja u fl-aħħar ġimgħat reġa' għolla rasu mhux f 'Malta biss iżda f 'diversi pajjiżi oħra madwar l-Ewropa, inkluż Spanja u Franza u għalhekk kibret ix-xewqa li jkun żviluppat vaċċin malajr kemm jista' jkun, għax diversi kienu dawk li issa rrealizzaw li qabel ma jkun hawn tilqima, il-ħajja ma tistax tirritorna għan-normalità. It-testijiet qed isiru u hemm uħud mill-vaċċini li waslu fl-aħħar stadji tal- iżvilupp tagħhom iżda l-aħbar li ħarġet din il-ġimgħa dwar il-vaċċin żviluppat minn AstraZeneca bi sħab mal-Università ta' Oxford, uriet li t-triq mhijiex waħda sempliċi. Ta' min ifakkar li Malta ħallset il- kapparra għal dan il-vaċċin. Dan il-vaċċin kien meqjus bħala wieħed mill-aktar li qed jipprometti u li x'aktarx joħroġ minn tal-ewwel fis-suq iżda t-testijiet fuqu kellhom jieqfu temporanjament hekk kif wieħed mill-parteċipanti, li qed jieħu sehem fl-esperimentazzjoni, ħassu ma jiflaħx wara li tlaqqam u kellu jiddaħħal l-isptar. L-ewwel żewġ fażijiet tat-testijiet fuq dan il-vaċċin kienu suċċess. Fil-fatt, dan il-vaċċin jinsab fit-tielet u l-aħħar stadju tiegħu, liema stadju jinvolvi l-parteċipazzjoni ta' 30,000 persuna mill-Istati Uniti, ir-Renju Unit, il-Brażil u l-Afrika ta' Isfel. Normalment, din il-fażi tieħu snin iżda l-ġirja biex tkun ikkontrollata l-pandemija taf ittemm din il- fażi fi żmien xhur. Għalkemm ma ngħatawx dettalji tas- sintomi jew ir-reazzjoni li żviluppa dan il-parteċipant, kelliema għall-Università ta' Oxford u anke għall-kumpanija tal- farmaċewtika AstraZeneca, insistew li din hija xi ħaġa normali li tiġri f 'din il-fażi li tinvolvi l-parteċipazzjoni ta' eluf. Insistew li l-proċedura titlob li l-każ ikun investigat indipendentament u bir-reqqa biex ikun stabbilit minn xiex qed ibati dan il-parteċipant qabel ma jkunu jistgħu jkomplu t-testijiet skont id-deċiżjoni tar- regolatur mediku. It-tim saħaq li dan il-proċess juri kemm huma kommessi li l-vaċċin żviluppat ikun wieħed sigur għal kulħadd. Dan kien l-istess vaċċin li l-Virologu Malti Chris Barbara kien ottimist dwaru. Nhar it-Tlieta li għadda, ma' TVM, Barbara saħaq li jekk dan il-vaċċin jgħaddi mit- testijiet kliniċi kollha, jaf ikun lest biex jibda jingħata f 'Diċembru. Huwa kien fiduċjuż li dan il-vaċċin ma jikkaġunax ħsara għax huwa bbażat fuq tilqima li diġà tiġi amminstrata għall-ħafna infezzjonijiet u viruses oħra. Kemm dan huwa minnu rridu nistennew u naraw x'se jiġri minn dan il-pazjent fil- jiem li ġejjin, anke jekk kollox jindika li dan se jirkupra fi żmien qasir. Għaliex huwa importanti l-vaċċin ta' Oxford? Il-vaċċin ta' AstraZeneca u Oxford huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar importanti għax kif spjegat aktar 'il fuq, jinsab fl-aħħar stadju tat-testijiet tiegħu. L-ewwel testijiet li saru fl-ewwel u fit- tieni fażi wrew li dan il-vaċċin jista' joħloq rispons immunitarju b'saħħtu biex jiġġieled il-virus. Fil-fatt, f 'Ġunju, l-Università ppubblikat ir-riżultati tat-testijiet tal-ewwel u t-tieni stadji. Il-vaċċin, imlaqqam ChAdOx1 nCoV-19 huwa magħmul minn virus immodifikat ġenetikament u li jikkawża l-irjiħat komuni fix-xadini. Fi kliem sempliċi, dan il-virus kien immodifikat (jiġifieri kellu l-istruttura ġenetika tiegħu mibdula) biex ma jkunx ta' ħsara għall-umani u biex dan "jidher" aktar bħall-Coronavirus. Il-vaċċin pprovoka dik li tissejjaħ Ċellola T f '14-il jum minn meta ttieħed u ħoloq rispons ta' antibody fi 28 jum. Din hija tip ta' ċellola bajda (White Blood Cell) li hija parti mis-sistema ta' immunità f 'ġisimna. Din tattakka iċ-ċelloli infettati bil-Coronavirus. L-Unjoni Ewropea laħqet ehim ma' AstraZeneca biex tipprovdi 400 miljun doża jekk it-testijiet jagħtu riżultati pożittivi. Il- kumpanija qalet li kapaċi tipprovdi sa żewġ biljun doża. Ta' min ifakkar ukoll li AstraZeneca kienet waħda minn disa' kumpaniji li qed jistudjaw l-iżvilupp ta' vaċċin li nhar it-Tlieta ffirmaw "wiegħda storika" li japplikaw biss għall-approvazzjoni tal- vaċċin wara li jkunu konklużi għal kollox it-tliet fażijiet ta' studji kliniċi u li jpoġġu l-ewwel u qabel kollox is-saħħa u s-sigurtà ta' kull min jirċievi t-tilqima. Il-kumpaniji ġganti Johnson & Johnson, BioNTech, GlaxoSmithKline, Pfizer, Merk, Moderna, Sanofi u Navavax ukoll iffirmaw din id-dikjarazzjoni. X'qed jingħad dwar l-iżvilupp tal-vaċċin? Din id-dikjarazzjoni "storika" saret wara l-kummenti tal-President Amerikan Donald Trump li fl-aħħar jiem iddikkjara li x-xewqa tiegħu hija li l-vaċċin ikun disponibbli qabel Novembru, jiġifieri qabel l-elezzjoni presidenzjali. Dawn il-kummenti żiedu t-tħassib ta' bosta li l-interessi politiċi se jirbħu fuq is- saħħa u s-sigurtà tal-persuna u l-effettività tal-vaċċin Il-ġimgħa li għaddiet sar magħruf ukoll li ċ-Ċentru tal-Istati Uniti għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard ħeġġeġ lill-istati biex jikkunsidraw tnaqqis jew tneħħija ta' ċertu rekwiżiti bil-għan li l-vaċċin ikun jista' joħroġ sal-1 ta' Novembru, jiġifieri jumejn biss qabel l-elezzjoni presidenzjali tat-3 ta' Novembru. Min-naħa tagħha, l-Għaqda Dinjija għas- Saħħa (WHO) spjegat kif b'kollox hemm madwar 180 vaċċin differenti li dwarhom qed isiru t-testijiet madwar id-dinja. L-ebda wieħed minnhom għadu ma għadda mit-testijiet kollha kliniċi meħtieġa, bil-WHO tisħaq li mhux qed tistenna li l-vaċċin ikun approvat din is-sena għax il-proċess biex ikun assigurat li dan huwa sigur u effettiv jieħu ż-żmien. Liema vaċċini oħra jinsabu fistadju avvanzat? Apparti dak ta' Oxford, hemm vaċċini oħra li temmew b'suċċess l-ewwel żewġ fażijiet u jinsabu bħalissa fit-tielet u l-aħħar fażi tat-testijiet. • Moderna. Din il-kumpanija daħlet fi sħab mal-Istitut Nazzjonali għas- Saħħa tar-Renju Unit. Fl-ewwel testijiet irriżulta li l-vaċċin li qed jiżviluppaw jipproteġi x-xadini mill-coronavirus. F'Marzu, il- kumpanija bdiet it-testijiet fuq l-umani u dawn ukoll ħallew riżultati pożittivi hekk kif anke hawn il-parteċipanti żviluppaw antibodies li nstabu f 'ħafna mill-pazjenti li kellhom il-Covid-19 u fiequ. Hekk fl-aħħar ta' Lulju, Moderna għaddiet għat-tielet u l-aħħar fażi li tinkludi l-parteċipazzjoni ta' 30,000 persuna. Fil-11 ta' Awwissu, il-Gvern Amerikan wiegħed lil din il-kumpanija biljuni ta' dollari jekk tipprovdi 100 miljun doża tal-vaċċin li jkun sigur u effettiv. • BioNTech. Il-kumpanija Ġermaniża BioNTech daħlet f 'kollaborazzjoni ma' Pfizer, ibbażata fi New York u anke mal-kumpanija Ċiniża Fosum Pharma. F'Mejju, dawn bdew l-ewwel testijit fuq żewġ verżjonijiet tal-vaċċin. Fiż-żewġ każi, il-voluntiera li ħadu sehem żviluppaw Ċelloli T, li kif spjegat aktar qabel, huma importanti biex jiġġieldu l-virus. Wieħed minn dawn il-verżjonijiet ipproduċa ħafna inqas effetti sekondarji, inqas deni u inqas għejja fost il-pazjenti u għalhekk għadda għall-aktar fażi kruċjali ta' testijiet. Anke f 'dan il-każ, it-tielet fażi tinkludi l-parteċipazzjoni ta' 30,000 voluntier mill-Istati Uniti u pajjiżi oħra, fosthom l-Arġentina, il-Brażil u l-Ġermanja. Għal dan il- vaċċin, l-Istati Uniti ffirmat kuntratt ta' $1.9 biljun jekk din tipprovdi 100 miljun doża sa Diċembru u 500 miljun doża oħra wara. Anke l-Ġappun daħal f 'kuntratt ma' din il-kumpanija. Fl-aħħar jiem, il-Kap Eżekuttiv ta' Pfizer qal li stampa aktar Il-virus jerġa' jgħolli rasu fl-Ewropa u tikber L-ILLUM b'ħarsa lejn l-iżvilupp tal-vaċċin kontra l-Covid-19 hekk kif il-virus reġa' għolla rasu fl-Ewropa. Fadlilna biex insibu vaċċin? Liema kumpaniji jinsabu fi stadju avvanzat? Għaliex il- vaċċin huwa importanti?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 September 2020