Illum previous editions

ILLUM 20 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 • illum 'Nieħdu qatgħa kif tagħmel ix-xita ... l-ilma jasal sal-għaksa' Soqfa neżlin, konsenturi mal-ħitan u l-ilma tax-xita dieħel bis-saħħa. Il- gazzetta ILLUM iżżur il-kunvent tal- Patrijiet Franġiskani tal-Belt Valletta li qed jgħajjat għall-għajnuna. YENDRICK CIOFFI Ħafna jkunu qed jistennew l-ewwel maltempata bħalma kellna din il-ġimgħa iżda mhux il-komunità tal-Patrijiet Franġiskani tal-Belt Valletta li ma' kull ħalba xita qed jieħdu battikkata jixxuttaw l-ilmijiet li qed jidħlu minn soqfa tal- kunvent li għandhom bżonn jinbidlu llum qabel għada. Il-gazzetta ILLUM żaret dan il-kunvent storiku, biswit waħda mill-knejjes l-aktar għall-qalb il-Beltin, jiġifieri dik magħrufa bħala Ta' Ġieżu, li fiha wieħed isib żewġ xbiehat li jgawdu minn devozzjoni kbira, jiġifieri l-Kurċifiss li wkoll tlaqqam Ta' Ġieżu u dik tad-Duluri. Il-Gwardjan il-ġdid, Patri Ramon Farrugia dawwarna l-kunvent u uriena l-ħsara li għandhom diversi soqfa. Apparti li qed jidħol l-ilma tax- xita f 'kmamar taħt il-bejt, hemm soqfa oħra li jridu jinbiddlu u li ġew iddikjarati "perikolużi" minn perit. Malli tidħol il-kunvent u tidħol fl-ewwel kurituri, isib mill-ewwel saqaf nieżel biċċiet, bix-xibka tidher. Anke fejn ix-xibka ma tidhirx, spjegalna l-Gwardjan, il-ħsara hemm qiegħda u jeħtieġ jinbidel malajr kemm jista' jkun. Iżda impressjonanti waħda mill-kmamar fis-sular ta' fuq fejn meta tagħmel ix-xita, mhux sempliċiment jidħol qtar, iżda l-ilma kważi kważi jibqa' għaddej, daqslikieku ma hemm l-ebda saqaf jilqgħu. "Meta tagħmel xita bil-qliel, l-ilma f 'din il-kamra jasal sal-għaksa. Tista' timmaġina, lan- qas inlaħħqu miegħu l-il- ma. In- n e ħ ħ u h b i l - p a l a ," q a l i l n a Patri Ra- mon. Ma kienx qed jesaġera. Raj- na wkoll filma- ti u dawn se nip- pubblikawhom fuq is-sit illum.com.mt. Fil-fatt, il-Patrijiet saru jieħdu qatgħa meta jisimgħuh iberraq. "Din il-ġimgħa ħriġna nimxu ftit. Kif rajnih qed iberraq dorna lura u mnalla," kompla jirrakkonta. "Mill-ewwel jibda nieżel l-ilma." Komplejna nduru l-kunvent u stajna ninnutaw konsenturi fis- soqfa u l-ħsara kbira li għandu l-membrane ta' fuq il-bjut. Kważi kważi qiegħed hemm għalxejn għax kien mimli għadajjar u fi bnadi maqlugħ, bl-ilma dieħel taħtu. Il-Gwardjan spjegalna kif l-ispiża mistennija tkun kbira. "Għadna qed niskopru l-ħsara. L-istimi għadhom deħlin. Sa issa biex jitneħħa l-membrane, isir liquid membrane, isir il- kisi tax-xafts u l-btieħi u bdil ta' saqaf wieħed, l-ispiża ġa taqbeż is-€70,000," spjega Patri Ramon. Kompla jirrakkontalna kif il-komunità li tgħix madwar il- kunvent u li tiffrekwenta l-knisja tagħhom hija waħda żgħira anke jekk dejjem tgħin kif tista'. "Għamilna kważi xahrejn magħluqa, bla dħul ta' xejn, minħabba l-pandemija," kompla Patri Ramon. Ta' min isemmi kif anke jekk huma fil-bżonn, il-Patrijiet Franġiskani qatt ma waqqfu milli jgħinu lil ħaddieħor. Fil-fatt, il-komunità tat konċessjoni lil NGO biex tagħmel użu mir-reffitorju l-antik biex fih tkun tista' ssir soup kitchen biex kuljum tkun tista' tipprovdi platt sħun lil min ma għandux. "Fondi li ssemmew fuq il- mezzi tax-xandir li huma relatati mas-soup kitchen ma għandhomx x'jaqsmu mal- komunità għax huma ta' NGO li hija indipendenti mill-Provinċja Franġiskana u l-kunvent," kompla jispjega Patri Ramon. Temm jappella lil kull min jista' biex jgħin lill-Patrijiet biex malajr kemm jista' jkun ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet fuq dan il-kunvent storiku fil-qalba tal-Belt Valletta. Kif tista' tgħin? BOV PAY – 99246768 REVOLUT – 99246768 Kont BOV: 40020877477 IBAN: MT56VALL22013000000040020877477. Ċekk: indirizzat lil Patri Ramon Farrugia fuq l-indirizz: 291, Triq San Pawl, il-Belt Valletta. Patri Ramon Farrugia Wieħed mis-soqfa l-aktar perikolużi tal-kunvent Is-saqaf minn fejn jgħaddi ħafna ilma tax-xita L-art tal-kamra fejn jidħol l-ilma tax-xita l-għada ta' maltempata u wara li l-Patrijiet għamlu lejl jixxuttaw Il-konsenturi f 'wieħed mis-saqaf li juri ħsarat strutturali kbar

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2020