Illum previous editions

ILLUM 20 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 Is-sigurtà tiegħek... f'idejk! Niżżel COVID Alert Malta minn C M Y CM MY CY CMY K COVID19 - Advert Eng & Mlt - 2020 (20th Sept) Final.pdf 2 16/09/2020 13:51:31 65 każ ġdid u tliet imwiet f'24 siegħa... isiru 2,922 swab test ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Ministeru għas-Saħħa lbieraħ ħabbar li tliet anzjani ta' 72, 85 u 86 sena rispettivament mietu waqt li kienu għadhom każijiet attivi bil-Covid-19. L-ewwel każ huwa ta' mara ta' 72 sena, li ddaħħlet l-isptar Mater Dei fil-11 ta' Awwissu u ttestjat pożittiva għall-Covid-19 fit-12 ta' Awwissu. Hija ġiet trasferita fit-taqsima tal- Kura Intensiva fil-15 ta' Awwissu, fejn kienet baqgħet rikoverata. L-anzjana mietet matul dan il-lejl. Anzjana oħra ta' 86 sena wkoll mietet dal-lejl fit-taqsima tal-Kura Intensiva f 'Mater Dei. Fit-tieni każ, l-anzjana ittestjat pożittiva fit- 8 ta' Settembru u ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fis-16 ta' Settembru. L-aħħar każ huwa ta' anzjan li kien ikkonfermat pożittiv għall- Covid19 fit-12 ta' Settembru meta ddaħħal l-Isptar Mater Dei. Huwa miet fl-Infectious Diseases Unit, fl- Isptar Mater Dei, illum. Huwa kellu kundizzjonijiet ta' saħħa ulterjuri. Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal- anzjani, appella biex il-poplu jibqa' jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta' spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra. Ilbieraħ ukoll tħabbar illi bejn il-Ġimgħa u s-Sibt kien hemm 65 każ ġdid ta' Covid-19 li minnhom erba' każi kienu fi Djar tal-Anzjani filwaqt li 10 kienu ta' membri tal-familja ta' persuni li rriżultaw fil-pożittiv għall-virus. Dawn il- 65 persuna rriżultaw minn total ta' 2,922 swab test, li fil-fatt huwa numru pjuttost għoli ta' testijiet. Il-każi attivi għalhekk, sal-bieraħ, kienu ta' 663, b'21 ka' ieħor ta' persuna li fieqet. Sa issa kien hemm 20 persuna li kellha l-Covid-19 u tilfet ħajjitha. L-MUT tiftaħ il-kanuni fuq il-Ministru Owen Bonnici dwar il-Covid-19 Intant matul il-jum tal-bieraħ l-MUT rreferiet għall-kummenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni fejn saħaq li l-edukaturi għandhom iħarsu lejn ħaddiema oħra u jagħmlu kuraġġ sabiex jirritornaw fl-iskejjel. "Jidher b'mod ċar li minflok il-Ministeru ma jipponta subgħajh lejn l-edukaturi, għandu joħroġ mill-bubble li tant qiegħed jagħti assigurazzjoni dwarha u jħares lejn il-pandemija u r-riskji fuq l-edukaturi, l-istudenti u l-familji meta jiaħ l-iskejjel f 'ċirkustanzi fejn għaddejjin minn mewġa kiefra tal-pandemija." L-MUT qalet illi l-Ministeru ma jistax jipponta subgħajh lejn l-edukaturi meta kienu huma stess li mingħajr direzzjoni u preparazzjoni mill-istess Ministeru, biddlu b'mod drastiku l-mod kif kienu jaħdmu. "Dan filwaqt li huma lesti li jkomplu jbiddlu dak li jagħmlu f 'dawn iċ- ċirkostanzi straordinarji iżda mhux f 'kuntest fejn il-pandemija ma tkunx imrażżna." Kien hawn li l-MUT fetħet il- kanuni fuq il-Ministru u sostniet li mhi wed issir ebda preparazzjoni. "Dwar il-preparazzjoni, jekk il-Ministeru jaħseb li skejjel ippanikjati tfisser preparazzjoni, jew il-fatt li ma jafux x'ser jagħmlu jew kif ser jirrispondu l-mistoqsijiet li l-Ministeru mhux iwieġeb tfisser preparazzjoni, mela l-MUT issostni li vera l-Ministeru huwa distakkat minn dak li qiegħed jiġri fl-iskejjel."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2020