Illum previous editions

ILLUM 20 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 opinjoni IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 • illum Dun Anġ Seychell Mid-dinja tal-Coronavirus Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth G rupp ta' 83 miljunarju mid-dinja kollha għamlu sejħa lill-gverni- jiet biex jgħollu b'mod per- manenti t-taxxi fuqhom u fuq membri oħra tal-għonja ħalli b'hekk jagħtu sehemhom għall-fejqan ekonomi- ku mill-kriżi li ġabet magħha l-pandemija tal-Coronavirus. Dan il-grupp għamel sejħa "lill- gvernijiet tagħna biex igħollu t-taxxi fuq nies bħalna minnufiħ, b'mod sostanzjali u b'mod permanenti". "Waqt li Covid-19 qed tolqot id-dinja, miljunarji bħalna għandhom sehem kritiku x'jagħmlu għall-fejqan tad-dinja tagħna. "Aħna m'aħniex dawk li jieħdu ħsieb il-morda fl-isptarijiet. Aħna m'aħniex insuqu l-ambulanzi li jwasslu l-morda fl-isptarijiet. Aħna m'aħniex nimlew l-ixkafef tal-ħwienet tal-grocers jew inqassmu l-ikel minn bieb għal ieħor "Imma ahna għandna l-flus, ħafna flus. Huma flus li b'mod disperat huma meħtieġa fis-snin li ġejjin biex nirkupraw minn din il-kriżi." Fost dawk li ffirmaw hemm Ben u Jerry's ice cream, ko-fundatur Jerry Greenfield, il-werrieta ta' Disney, Abigail Disney, l-awtur tal-films u direttur Richard Curtis u l-kapitalist Irlandiż John O'farrell, li tgħidx kemm daħħal miljuni meta investa fil-kumpaniji tech ta' Silicon Valley. Meta l-infezzjoni tal-Covid-19 issir gravi Bejn 15 u 20 fil-mija tal-infezzjonijiet li ġġib magħha l-Coronavirus isiru gravi, ħafna drabi jwasslu għal pulmonite li tista' twassal saħansitra għall-mewt. Is-sintomi komuni ta' l-infezzjoni tal-coronavirus huma d-deni, il-għajja u s-sogħla. Fil-maġġuranza tal-każijiet s-sintomi ikunu ħfief u l-marda tfiq spontanjament Iżda fil-15 u fl-20% tal-każijiet, il- marda tibqa tikber u twassal għal pulmonite, li tolqot in-nifs u twassal għal komplikazzjonijiet f 'diversi organi tal- ġisem u b'hekk jistgħu jwasslu għall-mewt tal-marid. Sejħa għall-Maħfra tad-dejn tal-pajjiżi foqra Il-Papa Franġisku qed jagħmel sejħa biex fl-okkażjoni tal-pandemija tal- Coronavirus jinħafer id-dejn li jagħmlu l-pajjiżi fqar, għax dan jagħmilha bi tqila biex dawn il-pajjiżi jipprovdu għajnuna meħtieġa liċ-ċittadini tagħhom: "Jalla n-nazzjonijiet kollha jkunu f 'pożizzjoni li jieħdu ħsieb ta' l-akbar ħtiġijiet tal- mument bit-tnaqqis jekk mhux ukoll tal- maħfra tad-dejn li qed itaqqal il-kontijiet ta' l-ifqar nazzjonijiet." Il-Papa Franġisku tkellem ċar: "Ejjew ma nitilfux l-opportunità li nagħtu prova akbar ta' solidarjetà billi nfittxu soluzzjonijiet innovattivi. L-unika alternattiva hija l-egoiżmu ta' interessi partikulari, bil-periklu li nagħmlu ħsara lill-ko-eżistenza paċifika u l-iżvilupp tal-ġenerazzjonijiet ġejjiena". Il-Papa żied jgħid li żmien il-pandemija mhux żmien biex il-pajjiżi jinqasmu bejniethom imma jingħaqdu flimkien. Dan mhux iż-żmien li fiħ nibqgħu nipproduċu u nikkummerċjaw fl- armamenti u nonfqu ammonti enormi ta' flus li jmisshom jintużaw fil-kura u s-salvazzjoni tal-ħajja ta' ħafna nies. Qed tinħoloq pandemija oħra: dik tal-ġuh u tal-ilma nadif B'riżultat tal-pandemija tal- coronavirus, qed tinħoloq pandemija oħra li tista' tisfa kkurata. Hawn nies fid-dinja li qed jispiċċaw bla xogħol. Hawn nies fid-dinja li qed jispiċċaw bla ilma nadif fi djarhom u jinsabu saħansitra fil-periklu li jispiċċaw bla dar. Hawn nies fid-dinja li qed jispiċċaw ma għandhomx flus biex iħallsu l-kontijiet ta' l-ilma u qed jispiċċaw jitilfu darhom. Dan qed jiġri saħansitra fil-pajjiż l-aktar għani fid-dinja fl-Amerika, Din il-kriżi qed tolqot b'mod speċjali lil dawk ta ġilda sewda. L-ilma nadif sar bħallikieku kien ta' lussu li jistgħu jaffordjawh biss dawk li għandhom dħul ġmielu ta' flus. L-imxija tal-Coronavirus ġiebet magħha taqliba mad-dinja kollha fi żmien meta għadu ma nstabx il-vaċċin jew titqiba li tista' twassal għall-fejqan. Hawn nies fid-dinja li qed jispiċċaw bla xogħol. Hawn nies fid-dinja li qed jispiċċaw bla ilma nadif fi djarhom u jinsabu saħansitra fil-periklu li jispiċċaw bla dar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2020