Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272
24 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 • illum Villa tas-seklu 18, li hija proprjetà tal- familja Testaferrata Bonici f 'żona magħrufa bħala Ta' Tavlin, fil-lokalità taż- Żejtun, ingħatat protezzjoni ta' Grad 2 mill-Awtorità tal-Ippjanar. L-iskedar ta' din il-binja, li sar b'kollaborazzjoni mas-Sovrintendenza tal- Wirt Kulturali, ikopri mhux biss ir-residenza, iżda wkoll il-ġnien formali, numru ta' strutturi rurali, bitħa u l-buffer zone. Il-propjetà, qed tiġi skedata minħabba l-istorja u l-valur arkitettoniku u soċjali tagħha, fejn kienet tintuża bħala post fejn il- familja Testaferrata Bonici kienet tqatta' it ħin ta' mistrieħ. Hekk kif din il-proprjetà issa hija skedata bħala bini ta' Grad 2, l-estensjoni ta' Triq John Borg li tgħaddi min-nofs l-ġnien tal-villa, skont il-linja tat-triq uffiċjali, m'għandhiex tingħata permess. Fi ħdan l-buffer zone magħżul, kwalunkwe żvilupp propost ma jistax jaqbeż l-għoli massimu tal-bini ta' 12.3 'l metru. Għalkemm il-bieb prinċipali m'għandux ħafna dekorazzjonijiet, apparti l-arma tal- familja, l-proprjetà għandha xi karatteristiċi uniċi, speċjalment fil-ġnien formali, li mhuwiex konness mar-residenza. Il-ġnien għandu xatba mżejnna b'stijl neoklassiku li hija konformi mal-passaġġ formali li jwassal għan-'nymphaeum', li jinsab fit-tarf tal- ġnien. Dan kien jifforma parti mill-passaġġ prinċipali li jkompli lejn il-bieb prinċipali tal- villa. Hemm ukoll żona mdaqqas t li tissepara l-villa mill-ġnien. Ir-residenza għandha bitħa ċentrali b'ħajt tradizzjonali ta' parapett bil- balavostri u bir bi stil barokk. Kemm il-familja Testaferrata kif ukoll ta' Bonici kellhom rabtiet qawwija mal-istorja taż-Żejtun. Tant hu hekk li l-familja Bonici kienet tat l-art li fuqha llum tinsab il-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun, iddedikata lil Santa Katerina. Għal aktar informazzjoni dwar l-Awtorità tal-Ippjanar żur is-sit www.pa.org.mt. L-Awtorità tal-Ippjanar skedat bħala Grad 2 villa tas-seklu 18 fiż-Żejtun