Illum previous editions

ILLUM 20 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 fl-arja u assurditajiet: Nazzjonalista ġdid snin ta' ħidma" u fil-fatt qed iwiegħed, kif għamel din il-ġimgħa li se jkompli l-pjan illi kien qed jaħdem fuqu. Minkejja li s-simpatija hija emozzjoni b'saħħitha, kif inhi r-rabja - dawn mhumiex biżżejjed biex il-partit jinqala' mill-qiegħ elettorali li jinsab fih u li ilu fih għal dawn l-aħħar 10 snin. Delia għandu raġun meta jgħid li t-telf elettorali mhuwiex kollu it-tort tiegħu, imma huwa fatt numeriku rifless f 'żewġ elezzjonijiet fl-2019 (Parlament Ewropew u anke Kunsilli Lokali), kif ukoll rifless mis-sondaġġi tal-aħħar sena/sena u nofs li s-sitwazzjoni elettorali tal-PN iggravat mhux tjiebet taħtu. Riċentement iggravat sal-punt li l-fiduċja li qed jirreġistra l-Kap Nazzjonalista huwa (u ilu hekk iktar minn sena) inqas minn 20%. Is-simpatija għas-sitwazzjoni li fiha jinsab Delia mhix se trebbaħ lill-PN jew iċaqalqu. Delia qed jagħfas ħafna fuq il-bżonn ta' "lealtà". Huwa naturali li Delia jappella għal-lealtà ladarba it-tliet snin ta' tmexxija tiegħu kienu kkaraterizzati minn partit li deher illi kontinwament jinsab maqbud fi gwerra ta' skieken fid-dahar. Il-mistoqsija kardinali hawnhekk hija din: Adrian Delia jista' jerġa jikseb il- lealtà mhux biss tal-maġġoranza tal-Grupp Parlamentari, il-maġġoranza tal-Eżekuttiv u l-maġġoranza tal-Kunsill Ġenerali, imma wkoll ta' settur konsiderevoli u kruċjali ta' votanti li ma jridux jafu bih? Jew le? Jekk ir-risposta tat-tesserati se tkun fin- negattiv, anke jekk it-tesserati jistgħu jħossu li dak li ġara lil Delia ma kienx aċċettabbli, se jkun diffiċli li l-karta tal-lealtà tkun waħda rebbieħa. Kampanja fqira, proposti vagi u kliem fl-arja Sa issa l-kampanja tal-Partit Nazzjonalista kienet nieqsa mill-immaġinazzjoni u mill- fervur li tant meħtieġ fil-PN bħalissa u donnu illi l-kampanja baqgħet xi it jew wisq tirrepeti l-istess argumenti ad nauseam u xi it jew wisq ukoll maqtugħha mill- kwistjonijiet li jagħmlu differenza lin-nies. Il-proposti kemm ta' Delia kif ukoll ta' Grech baqgħu wisq fl-arja u f 'dak li huwa vag. Adrian Delia - sakemm kienet qed tinkiteb din l-analiżi lanqas biss kien għadu għamel stqarrija ċara u inekwivoka li jekk jitla' hu Kap nies bħal Jason Azzopardi jitkeċċew mill-partit. Ħafna kliem li jista' jfisser hekk mhuwiex biżżejjed, huwa tidwir mal-lewża li jagħti l-impressjoni li Delia ma jridx jew ma jistax ikeċċi lil persuni bħal Jason Azzopardi. L-istqarrija tal-Kap kurrenti "inkomplu fejn ħallejna" ukoll hija vaga. Fejn ħalla l-partit f 'termini ta' telf kbir ta' appoġġ? Fejn ħalla l-partit f 'termini ta' djun? Fejn ħalla l-partit, f 'termini ta' ġlied intern? Delia jeħtieġ jispeċifika aktar x'irid u fejn se jasal meta jgħid li se joffri l-kontrinwità. Il-Partit Laburista, Joseph Muscat u warajh Robert Abela, setgħu jwiegħdu l-kontinwità għaliex kien hemm suċċessi elettorali enormi, track record u partit perċeput li huwa magħqud u ponn wieħed. Il-kontinwità ta' Delia x'inhi? Sentejn oħra bħall-aħħar tlieta? Minn naħa l-oħra Bernard Grech - minkejja l-kapaċità fil-komunikattiva xorta it nafu dwar x'pożizzjoni jieħu fuq diversi kwistjonijiet kieku jkun Kap tal- Oppożizzjoni. Lilhinn mill-kliem sabiħ u dommatiku, x'inhuma l-ideat tiegħu dwar il-kirjiet, l-immigrazzjoni, il-prezzijiet u l-ekonomija? Fuq l-Att dwar l-ugwaljanza, il-Knisja ...? Il-programm ta' ħidma li ħareġ din il- ġimgħa iktar jista' jissejjaħ dokument mimli xewqat li jitrattaw strettament lil dawk li huma fil-PN. Wieħed jiem għaliex, ladarba din hija elezzjoni fost it-tesserati. Pero wieħed jiem ukoll allura għalfejn il-ħeġġa fost dawk li mhumiex tesserati u lanqas għeruq tal-partit mhijiex kbira. L-unika punt li fuqu xi ħadd minn dawn deher illi qed jieħu pożizzjoni aktar b'saħħitha, fuq xi ħaġa li qed tagħmel differenza lin-nies, kien Adrian Delia dwar l-immigrazzjoni. Mill-ġdid iżda, Delia tkellem dwar il- ferita iżda kif se jsolvi dik il-ferita ma qalx, anzi kien wieħed minn 69 avukat li ffirmaw kontra attentat ta' pushback u fl-istess ħin ikkritika lill-Gvern għax żamm madwar 400 immigrant fuq dgħajjes tal-Captain Morgan. Delia fil-fatt appella biex dawn jiddaħħlu. Jiġifieri kif eżatt se jsolvi din il-problema, anke jekk jista' jkun li qed jamplifikaha f 'xi punti u għandu raġun f 'oħrajn, mhux qed jgħid. Il-battibekki dwar programm fuq ir- radju u dik li Delia sejjaħ 'ġurnata sewda' komplew jikxfu l-kampanja bħala waħda fqira, aljenata f 'battibekki li għal min ma jinsabx fil-qalba tal-PN jidhru infantili, pwerili u assurdi! Min se jirbaħ? Naturalment bħal kull elezzjoni xejn mhu ċert u daqs kemm għandu ċans jirbaħ Grech, għandu Delia. Fin-nuqqas ta' diskussjoni dwar kwistjonijiet li qed ibiddlu ħajjet in-nies jidher li t-tesserati se jiddeċiedu hux wieħed jew l-ieħor fuq premessa waħda: Min jista' jrebbaħ lill-PN il-voti biex jitnaqqas id- distakk bejn il-PN u l-PL? Adrian Delia jew Bernard Grech? Lilhinn mill-kliem sabiħ u dommatiku, x'inhuma l-ideat tiegħu (Grech) dwar il-kirjiet, l-immigrazzjoni, il-prezzijiet u l-ekonomija? Fuq l-Att dwar l-ugwaljanza, il- Knisja ...?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2020