Illum previous editions

ILLUM 20 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 • illum 'Sa issa l-pjan għaż-Żonqor għadu ma nbidilx ... nippreferi kieku Sadeen jibnu post ieħor' Mal-gazzetta ILLUM il-Ministru Aaron Farrugia jgħid li ma ltaqax ma' Sadeen u jwieġeb dwar il-Politika Rurali, il-Politika tal-Pompi tal-Petrol u aktar ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Is-sitwazzjoni dwar l-art fiż- Żonqor hija kif kienet, status quo. Qatt ma kelli laqgħat ma' Sadeen u niem li l-iżvilupp ta' dormitorju għadu fil-pjanijiet tagħhom ... jiena jekk nistgħu nevitaw iż-Żonqor, nippreferi li kieku jsir ximkien ieħor. Imma hemm kuntratt legali." Hekk sostna l-Ministru tal- Ambjent, Tibdil fil-Klima u Ippjanar Aaron Farrugia meta mistoqsi iex wasal il-proċess tal-proġett kontroversjali li inizzjalment kellu jara l-Università Amerikana ta' Malta mibnija kollha f 'Wied il-Għajn. Eventwalment u wara protesti biex l-art u l-ponta mill-isbaħ taż-Żonqor tkun salvata, l-proġett inqasam b'nofsu jmur Bormla. Il-proġett sa issa ma jidhirx li qabad, bi it li xejn studenti u bi kwistjonijiet u kontroversji bejn l-għalliema u l-maniġment, bil- kumpanija tibda topera taħt it- toqol ta' telf qawwi u bis-sitwazzjoni miuma li marret għall-agħar minħabba l-pandemija. Il-Ministru jfakkar x'jgħid il- kuntratt għalkemm jgħid li kif sejrin l-affarijiet anke hu għandu numru ta' mistoqsijiet dwaru u dwar il-pjani għall-futur. 'Irridu ngħinu lill-bdiewa ġenwini' Il-gazzetta ILLUM tistaqsi lill- Ministru Farrugia dwar il-politika rurali ġdida. Tfakkru li matul is- snin politika simili ġiet abbużata jew inkella saret apposta b'loopholes, biex - per eżempju - għorfa tal- baqar issir villa. Kif se jaċċerta l-Gvern li l-pajjiż jkollu politika serja li vera tħares l-ambjent u ma tħallix lok għal interpretazzjonijiet? Farrugia jfakkar li huwa fatt li pajjiżna huwa fost l-aktar li għandu bini u allura li jeħtieġ jipproteġi fejn huwa rurali. "Qed naħdmu biex ngħinu lill- bidwi ġenwin, ukoll biex insostnu l-prodott lokali. Allura ddeċidejna li l-bini f 'żoni rurali ma jistax isir għajr għall-każ fejn ikun bidwi ġenwin." Mitlub jispjega t-terminu "bidwi ġenwin" il-Ministru Farrugia spjega kif dan ifisser li jkun ilu fix- xogħol għal numru ta' snin u li jkollu annimali tar-razzett li jkunu f 'rekord; jiġifieri persuna jkollha 100 baqra, 40 mogħża .. u aktar. Farrugia jispjega kif allura l-permessi li se jingħataw huma ta' bdiewa li jkunu jeħtieġu jgħixu viċin l-annimali tar-razzett. Kompla jgħid illi l-Gvern b'din il-Politika qed jara kif se jagħlaq it-toqob li ħalliet il-bidla fl-2014. "Qabel kont tista' turi gorboġ ġebel u jekk turi li 500 sena qabel kienet tgħix anzjana tista' tibni. Illum qed ngħidu li post mġarraf, per eżempju li għandu nofs is-saqaf mwaqqa' jew fejn nofs il-proprjetà hija mġarrfa, hekk se tibqa'." Huwa jagħmel referenza għall- kwistjoni tal-Qala, fejn kamra mitluqa kienet se ssir villa u qal li bħal dan il-permess kien hemm ħafna u li tal-Qala qajmet ħafna kontroversja minħabba l-identità tal-applikant (kuntrattur Għawdxi). Farrugia jispjega wkoll kif il- Gvern qed iħares li jirregola dak li jirrigwarda l-kmamar agrikoli u qal li dawn issa se jingħataw permess skont diversi fatturi, fosthom kemm qed jipproduċi l-bidwi. Qal ukoll li l-liġi qed tagħti ċans lil min irid ikollu kamra, huwa bidwi u jixtieq jikkummerċjalizzaha biex ikun jista' jagħmel dan, sakemm il-kummerċ ikun relatat ma' dak li irabbi jew ikabbar hu. Bħal, per eżempju, jispjega Farrugia xi ħadd li jrabbi l-fniek u li mbagħad ibiegħhom. Il-gazzetta tirrimarka li ħafna drabi l-abbuż hekk jibda, suppost biex ibiegħ il-fniek u jispiċċa jiaħ super market! "Il-kunċett huwa tajjeb. Huwa jekk ikun abbużat li huwa ħażin." Finalment huwa jgħid li din il- Politika Rurali qed iddaħħal l-idea li razzett li mhux qed jintuża jista' jitbiddel f 'boutique hotel jew agri- turiżmu b'trasportazzjoni li jkun miċ-ċentri urbani, biex ma jkunx hemm traffiku fiż-żoni rurali. 'Daqshekk pompi. Li hemm, hemm' Induru għall-it fuq il-pompi tal- petrol u nistaqsu jekk il-bidliet fil- pompi tal-petrol fil-fatt japplikawx għall-applikazzjonijiet preżenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar jew għal applikazzjonijiet ġodda biss. Farrugia jibda billi jispjega li din kienet wegħda li għamel fil-bidu tat-terminu tiegħu bħala Ministru meta kien qal illi din il-Politika trid tkun lesta fl-ewwel 100 jum tiegħu. Hu jgħid illi minn issa 'l quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar daqshekk laqgħet applikazzjonijiet għal pompi ġodda, għajr f 'każ ta' rilokazzjoni. Fakkar illi Malta hija l-aktar pajjiż b'pompi tal-petrol kull kilometru kwadru u kien għalhekk li din il- poitika qed tistabbilixxi minimu f 'dak li jirrigwarda daqs u anke bogħod minn pompa għall-oħra. Fakkar ukoll lil din il-gazzetta illi din il-politika intlaqgħet b'mod pożittiv mill-għaqdiet ambjentali. Għall-mistoqsija oriġinali tal- ILLUM il-Ministru Farrugia saħaq illi l-politika hija retorattiva u tgħodd għal kull applikazzjoni li hemm quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, għajr għal dawk l-applikazzjonijiet li jinsabu fi stadju ta' appell. Miljun ewro investiment fil-Park tal-Majjistral Il-gazzetta ILLUM tistaqsi lil Farrugia dwar proġetti ta' konservazzjoni ta' wirt ekoloġiku u ssemmi l-Park tal-Majjistral. Qed isir ċerta abbuż, bħal per eżempju off roading, fuq żona protetta bil- liġi u dan għaliex il-grada titħalla miuħa għall-karozzi. Ma jaħsibx li dan mhuwiex sew? "L-offroading fil-Park tal- Majjistral huwa llegali," jibda jispjega l-Ministru. Hu jisħaq iżda li l-grada ma tistax tingħalaq għalkemm jindika li fost il-bidliet fl-investiment li se jkun qed isir fil-Park tal-Majjistral il-Gvern qed iħares lejn teknoloġija li permez tiegħu turi card biex tkun tista' tidħol. "Investejna fil-park billi fost oħrajn żrajna siġar u saru studji. Fil-fatt għandi f 'idejja abbozz ta' masterplan għaż-żona biex dan il-park jittejjeb u jintużaw ċerta faċilitajiet li hemm u li bħalissa m'għandhomx użu, bħal barracks xħin tidħol. Hemm pjan ċar u se nkunu qed ninvestu mal-miljun ewro fil-Park tal-Majjistral," spjega l-Ministru Aaron Farrugia. Mistoqsi kemm għadhom isibu żibel li jintrema' fil-kampanja, il- Ministru Aaron Farrugia qal illi hemm żewġ tipi ta' żibel li jintrema': L-ewwelnett hemm oġġetti bħal għamajjar u saqqijiet, pero' mbagħad hemm ukoll skart tal- kostruzzjoni - li l-Ministru jindika li kienet problema akbar. Ifakkar li l-akbar problema kienet meta kien hemm il-kwistjoni tal-barrieri it żmien ilu, kwistjoni li kif kienet żvelat il-gazzetta ILLUM wasslet biex il-kuntratturi tal-proġetti kollha tat-toroq heddew li jwaqqfu l-proġetti sakemm jintlaħaq qbil dwar il-prezz li bih jistgħu jarmu l-iskart fil-barrieri. "Din il-problema dħalt fiha u solvejtha," qal Farrugia. Mistoqsi x'sar minnhom il- Green Wardens, il-Ministru qal illi dak kien esperiment li ma ħadimx u li l-Gvern preżenti beda l-idea ta' Green Rangers. "Fil-Park tal-Majjistral per eżempju diġa' għandna dawn ir-rangers li qed joperaw u xogħolhom mhuwiex sempliċiment li jservu ta' uffiċjali ta' sigurtà imma li jkunu edukattivi - fis-sens li jafu l-post, fejn trid timxi u għandhom għarfien dwar il-flora u fawna." Nhar il-Ħadd li għadda l-gazzetta ILLUM żvelat kif il-Gvern, fix-xhur li ġejjin se jkun qed jaħdem fuq tliet impjanti li jitrattaw l-iskart b'investiment ta' nofs biljun ewro. (It-tielet u l-aħħar parti tal- intervista tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej) Il-Ministru Aaron Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2020