Illum previous editions

ILLUM 20 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 aħbarijiet Arcidiacono jakkuża lil Delia illi ma kienx trasparenti fil-ħruġ tal-invoices fuq €86,210 Adrian Delia: 1. L-allegazzjoni ta' Yorgen Fenech: Ir-rapport jisħaq li jekk ikun ippruvat li Delia vera kellu Whatsapp chat ma' Yorgen Fenech u jekk baqa' jkellmu anke wara li sar li kien is-sid tal-kumpanija 17 Black, dan ikun ifisser "nuqqas serju ta' mġieba għaqlija" min-naħa ta' Delia. 2. Il-Kummissjoni Kandidati tisħaq li Delia huwa minnu li Delia tkellem u saħansitra mar jiekol ma' Fenech, dan se jnaqqas sewwa l-kredibbilità tiegħu u tal-PN fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. 3. Sa issa Delia dejjem ċaħad li kien hemm kommunikazzjoni "ta' relevanza" ma' Fenech. 4. Il-kont f'Jerset u l-FIAU: Din l-allegazzjoni ilha tiġri wara Delia minn qabel sar Kap. L-allegazzjonijiet li għamet Daphne Caruana Galizia jinvolvu pagament ta' £1 miljun, liema flus (li allegatament ġejjin mill-prostituzzjoni f'Soho), għaddew mill-kont ta' Adrian Delia għal kont tal-Bank f'Barclays f'Jersey. 5. Delia dejjem ċaħad li kien involut f'xi attività kriminali u insista li hu kien biss l-avukat tal-klijenti inkwistjoni, jiġifieri l-aħwa Bajada, fosthom Eucharist Bajada li ibnu kien miżżewweġ ma' oħt Simon Busuttil. 6. Skont Daphne, Delia għandu jew kellu sehem f 'kumpanija li s-sid tagħha huwa l-istess Bajada u li dan kellu appartament li allegatament jintuża għall-prostituzzjoni. Il-flus li kienu jinġabru kienu jgħaddu fil-kont f 'Jersey u minn hemm għal kontijiet oħra. 7. Ir-rapport jisħaq li Delia kien għamel kuntatt mal-bank imsemmi biex ikun magħruf jekk dan il- kont eżistix u dan qatt ma kien ikkonfermat. 8. Il-Kummissjoni Kandidati saħqet li dawn l-allegazzjonijiet qatt ma ġew ipprovati iżda jekk dan iseħħ, Delia ma ma jkunx dehen li jkun Kap tal-Oppożizzjoni. 9. Mill-banda l-oħra, jekk Delia għandu raġun, ir-reputazzjoni tiegħu tkun ġiet imtappna inġustament. 10. Il-qagħda finanzjarja: Dwar il-pożizzjoni finanzjarja ta' Delia, ir-rapport jisħaq li l-Kummissjoni investigat it-taxxa li ħallas Delia fl-aħħar tliet snin. Huwa ppreżenta ittra mill-awtoritajiet tat-taxxa, datata Mejju 2018, li turi li huwa ma għandu l-ebda ħlas b'lura. 11. Madanakollu f 'dokument ieħor li ppreżenta Delia, datat Lulju 2020, jidher li l-Kap tal-Oppożizzjoni għad għandu flus x'jagħti bħala ħlas tat- taxxa, interessi u pieni fuqhom. 12. Ir-rapport jikkonferma wkoll li Delia għandu loans li jlaħħqu madwar €600,000 iżda jisħaq ukoll li qed ilaħħaq mal-pagamenti kollha. Ir-rapport jgħid li skont Delia, jekk ibigħ proprjetà oħra li għandu, ikun jista' jaqta' ħafna mill-istess loan. 13. Mġarr Developments Limited: Delia ddikjara wkoll li (flimkien mal-eks mara tiegħu) għandu ishma (9%) fil-kumpanija Mġarr Development Limited. 14. Din kienet fiċ-ċentru ta' kontroversja lura fl-2017 minħabba li din kellha dejn ta' €7.2 miljun u li Delia u s-shareholders l-oħra huma responsabbli għalih. Bernard Grech: 1. L-evażjoni tat-taxxa: Din hija l-uniku ċanfira li qala' Bernard Grech hekk kif il-gazzetta ILLUM kienet żvelat li l-kandidat għamel snin ħlas bi ħlas tat-taxxa b'lura. 2. Ir-rapport jikkonferma li Grech ħallas kollox imma turi t-tħassib tagħha għax dan sar wara diversi snin, żball li Grech stess ammetta. 3. Sal-lum, Grech għandu ma tax ġustifikazzjoni għaliex ma kienx qed iħallas it-taxxa u kien qal biss li ħallas kollox għax uża s-savings tal-familja. 4. Ir-rapport jisħaq ukoll li Grech falla milli jipprovdi lill-Kummissjoni l-istampa kollha dwar il-kwistjoni tat-taxxa. ALBERT GAUCI CUNNINGHAM F'ittra l-avukat tal-Kumpanija Boris Arcidiacono sostna illi Adrian Delia ma kienx trasparenti meta ħareġ invoices dwar €86,210 li l-istess Delia ħa u li l-kumpanija qed tikkontesta quddiem il-Qorti. Il-kumpanija dejjem sostniet illi hi qatt ma tat lill-Bank xi forma ta' permess biex Delia jieħu dan l-a mmont hu għal "irwol limitat ħafna li ċertament ma jimmeritax €86,210" għal servizzi mogħtija lilu. Il-kumpanija nnotat illi filwaqt li l-panel tad-due diligence tal- Partit Nazzjonalista ma kellu ebda rwol statutorju u kellu riżorsi limitati biex jinvestiga, dawn il-limitazzjonijiet jistgħu jwasslu "biex tkun ippreġudikata l-pożizzjoni tal-klijent tagħna." Il-kumpanija fakkret illi inizzjalment Arcidiacono ma fetaħx każ kontra Delia iżda biss kontra l-bank li għadda dan il- pagament. Fakkret ukoll iżda li kien il-bank li talab biex Delia jwieġeb għal għemilu u l-flus li ħa u jkun parti mid-difiża f 'dan il-każ. "Huwa irrelevanti li l-HSBC (il-bank in kwistjoni) u l-Kamra tal-Avukati ikkonkludew li ma kien hemm xejn ħażin, ladarba hemm każ il-Qorti fuq din il-materja." Arcidiacono qed jiċħad l-istqarrijiet tal-Kap tal-PN Delia li hu tħallas €86,210 għal servizzi ta' negozjar ma' kredituri u ehim. "Is-servizzi lil Delia qatt ma mmeritaw €86,210," tgħid il-kumpanija. Il-kumpanija takkuża lil Delia illi filwaqt li deher illi ried ikun trasparenti fuq is-servizzi li ta lill-kumpanija, "kien inqas trasparenti meta ppubblika l-invoices għax is-servizzi li qal lill-panel tad-due diligence qabel ma ssemmewx fl-invoice." Boris Arcidiacono jtemm isostni li hu qatt ma awtorizza dan il-ħlas lil Adrian Delia. X'ħareġ fid-dokument tad-due diligence?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2020