Illum previous editions

ILLUM 20 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 • illum 'Sirt naf li ommi għandha l-Covid-19 għax ċempilt jien nistaqsi għaliha' YENDRICK CIOFFI "Sirt naf li ommi għandha l-Covid għax ċempilt jien biex nistaqsi għaliha." Hekk qalet bint waħda mill-anzjani pożittivi f 'Residenza San Ġużepp fil- Fgura, id-dar tal-anzjani li fiha, f 'ġimgħa tħabbru 83 każ pożittiv. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, din il-bint saħqet li s-sitwazzjoni tal-pandemija f 'din ir-residenza ħarbet minn taħt idejn il-carers u t-tmexxija tagħha anke jekk insistiet li mhux tagħtihom tort għax għamlu u għadhom qed jippruvaw jagħmlu l-almu kollu tagħhom. "Mhux nagħti tort lir-residenza imma qed insiru nafu l-affarijiet għax inċemplu aħna," spjegat din il-persuna. Fi kliemha, anke meta faqqgħu l-każi, saret taf għax qrat minn fuq il-midja soċjali. Kompliet tisħaq li l-carers mhux qed ilaħħqu anke għax ħafna mill- ħaddiema ta' din ir-residenza, li hija tal-Privat, ukoll instabu pożittivi, filwaqt li oħrajn, li kellhom kuntatt magħhom u ma' anzjani pożittivi, jinsabu fi kwarantina. "Hemm carers li qed jaħdmu ġranet sħaħ wara xulxin biex ilaħħqu," kompliet tispjega din il- bint. Kien hawn li spjegat kif it tal- jiem ilu ċemplet biex tistaqsi għal ommha, għax ovvjament ma tistax tmur taraha u qalulha li kienet irriżultat pożittiv. "Ħadt qatgħa. Għamilt lejl nibki," kompliet tirrakkonta mal-ILLUM. "Ma nafx x'ġara. Id-dar għada ġdida, vera sabiħa, vera nadifa u vera sigura." Spjegat kif madwar ġimgħa ilu, lil ommha kienu għamlulha test u rriżultat negattiv. Anke hawn saret taf għax ċemplet hi. Il-Covid-19 ħarġilha ġimgħa wara l-ewwel test. L-akbar inkwiet għal din il-bint hija li ommha tbati bid-dimensja. "Nibża' għax għandha d-dimensja. Nibża' li tinsina," spjegat il-bint anke għax kienet diġà ilha ġimgħat ma taraha u min jaf kemm fadlilha. Fil-fatt, il-gazzetta ILLUM staqsieta x'qed tagħmel biex tkun tista' żżomm kuntatt ma' ommha. "Trid tagħmel appuntament anke biex tkellimha fuq it-telephone. Issa mhux la kemm jidħlu ħdejha u jtuha t-telephone. Kull darba li jidħlu ħdejha jridu jilbsu l-ilbies protettiv," kompliet tispjega. Mill-informazzjoni li tawha meta ċemplet, jidher li ż-żewġ sulari ta' fuq bħalissa qed jintużaw eskussivament biex fihom jitpoġġew ir-residenti li nstabu pożittivi għall-Covid-19. Apparti minn hekk, f 'kull sular ieħor, hemm parti apposta għall- iżolament tal-pazjenti bil-virus. Mhux faċli għal diversi ulied li l-ġenituri anzjani tagħhom jinsabu fi djar residenzjali fejn fl-aħħar jiem il-Covid-19 għolla rasu. Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' bint anzjana bid-dimensja li fl-aħħar jiem irriżultat pożittiva. Tistaqsi wkoll lis-Segretarju Parlamentari x'se jkun qed isir biex ikun protetti l-anzjani li huma l-aktar vulnerabbli għall-virus... Il-protokolli l-ġodda għad-djar tal- anzjani Wara li f'ġimgħa, il-każi fid-djar tal-anzjani żdiedu b'117-il każ, -Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali, flimkien mal-Gvern nediet sett ta' protokolli biex kemm jista' jkun tiġi kkontrollata l-firxa. Il-protokolli huma: • L-istaff u r-residenti għandhom jiġu swabbed b'mod frekwenti, filwaqt li darbtejn kuljum għandha tittieħed it- temperatura lil kull membru tal-istaff. • Il-ħaddiema f'dawn id-djar qed jintalbu jkunu responsabbli fil-ħajja privata tagħhom. • Kull membru tal-istaff irid jilbes il-maskra l-ħin kollu u għandu jsir il-ħasil tal-idejn neċessarju. • Se tiġi offruta wkoll it-tilqima tal-influwenza kemm lill-anzjani kif ukoll lill-ħaddiema. • L-anzjani għandhom iżommu l-grupp tagħhom u ma jitħalltux ma' residenti f'sulari jew fi swali differenti. Dan biex jinżamm il-kunċett tal-bubble. • Meta r-residenti fid-djar tal-anzjani jiġu swabbed, id-djar tal- anzjani jridu jżommu lill-qraba infurmati waqt il-proċess kollu. • Residenti li se jidħlu f'dar tal-anzjani mill-komunità, għandhom jinżammu 14-il ġurnata kwarantina filwaqt li r-residenti li jirritornaw id-dar tal-anzjani wara li ngħataw kura l-isptar għandhom jinżammu ħamest ijiem kwarantina. • Anzjani li jkollhom xi appuntament outpatient, jistgħu jirritornaw id-dar tal-anzjani iżda d-dar trid tagħmel il- kontrolli neċessarji biex tinduna mal-ewwel b'xi sintomi li jista' jkollu r-resident. • Waqt iż-żjarat, importanti li jintlibsu l-maskri jew il-visors filwaqt li m'għandux isir kuntatt fiżiku fl-ebda ħin. Għandha tinżamm dejjem id-distanza filwaqt li l-persuni jibqgħu jikkomunikaw minn wara l-perspex. • Qabel u wara li ssir iż-żjara, il-viżitaturi jridu wkoll jissanitizzaw idejhom. Iż-żona trid dejjem tiġi diżinfettata bejn żjara u oħra. • Id-djar tal-anzjani jridu jkunu mgħammra bit-teknoloġija neċessarja biex issir komunikazzjoni virtwali bejn l-anzjani u qrabathom. Flimkien mat-teknoloġija, irid ikun hemm ukoll persuni mħarrġa li jgħinu lill-anzjani fl-użu ta' din it- teknoloġija. • Jekk ikun hemm xi anzjani li jġibulhom l-ikel il-qraba, dan allura jsir f'kontenitur li jkun jista' jew jintmesaħ inkella li jkun issiġillat jew li jista' jintrema. L-ikel m'għandux jingħata direttament lill-anzjani iżda lill-persuni responsabbli fid-djar tal-anzjani. • Attivitajiet fid-djar tal-anzjani, jistgħu jibqgħu jsiru b'mod frekwenti iżda b'mod sigur. Kull membru tal-istaff irid jilbes il- maskra matul il-ħin kollu filwaqt li għandu jsir ukoll il-ħasil tal- idejn neċessarju. F'każ li jintuża l-visor, dan irid jiġi sanitizzat ta' sikwit. • Id-djar tal-anzjani jridu wkoll jidentifikaw żona għall- hairdresser li tkun tirrispetta d-distanza soċjali u l-iġjene. Il-hairdresser għandu/għandha j/tagħmel użu minn personal protective equipment biex j/tiżgura s-sigurtà tar-resident. Biex dan ikun żgurat, diġà qed isir l-infurzar meħtieġ. Apparti minn hekk, l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali ħarġet ukoll ċirkulari li tgħid li kull kap ta' dar tal-anzjani għandu jiżgura li r-residenti joħorġu mid-dar biss għal appuntamenti mediċi jew meta jkollhom bżonn kura medika. Intant, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-General Manager tar- Residenza San Ġużepp, Emmanuel Saliba, li spjega kif b'kollox hemm 97 anzjan pożittiv f 'din id-dar filwaqt li hemm ukoll 27 carer. Minkejja dan Saliba insista li anke jekk is-sitwazzjoni qed tinbidel kuljum u magħha ġabet ħafna sfidi, iddeskriviha bħala "waħda taħt kontroll." Mistoqsi x'passi qed jittieħdu biex tkun ikkontrollata l-imxija, Saliba saħaq li r-residenti misjuba pożittivi qed jinżammu kollha fi kmamar apposta. Mill-banda l-oħra, il-carers qed jinżammu fi kwarantina fid-dar tagħhom. Dwar ilmenti li fid-dar ma kienx qed ikun hemm tabib preżenti, speċjalment meta faqqgħet il- pandemija fid-dar, Saliba saħaq li b'kollaborazzjoni mill-Awtorità għall-Istandards Soċjali, id- Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità u anke diversi Ministeri, saru l-arranġamenti kollha biex is-servizz tat-tobba "qed jingħata kif għandu jkun u skont l-eżiġenzi." 97 resident bil- Covid-19 f'Dar San Ġużepp ... Il-General Manager jisħaq li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2020