Illum previous editions

ILLUM 27 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1292557

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

illum • IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 V PARTIT NAZZJONALISTA IL-MEMBRI JAGĦŻLU KAP l-gambetti tal-kapijiet tal-PN b'96.5% tal-voti, jiġifieri żied mhux naqqas l-appoġġ tiegħu mill-2004. F'Ġunju tal- istess sena, Gonzi rebaħ vot ta' fiduċja wara li d-Deputati kollha vvutaw favurih u dan minkejja li kien tilef voti kruċjali, fosthom mozzjoni ta' sfiduċja fil-Ministru tiegħu Carm Mifsud Bonnici. Mozzjoni ta' sfiduċja f 'Austin Gatt ma kinitx għaddiet għax salvah l-Ispeaker. Id-Deputat Franco Debono kien astjena. Minkejja l-ostakli kollha, Gonzi rnexxielu jżomm lill-partit tiegħu fil-Gvern sal-vot dwar il-Baġit, f 'Diċembru tal-2012, meta Franco Debono kien ivvota kontra, flimkien mal-Oppożizzjoni Laburista. Lawrence Gonzi kien ikkritikat ukoll bl- aħrax għax wara li l-maġġoranza tal-Maltin ivvotaw favur id-divorzju, hu kien ivvota kontra l-istess liġi fil-Parlament. Dan kollu wassal biex fl-2013, il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi jġarrab telfa elettorali enormi. Qabel sar Prim Ministru, Gonzi serva bħala Speaker u anke Segretarju Ġenerali tal- PN. Serva wkoll bħala Ministru għall-Politika Soċjali bħala Deputat Prim Ministru. Meta sar Kap tal-PN u Prim Ministru, Gonzi kien żamm taħtu l-Ministeru għall-Finanzi sal- elezzjoni tal-2008. Simon Busuttil (2013 - 2017) Diffiċli tiddefinixxi lil Simon Busuttil. Meta kien Kap tal-Partit Nazzjonalista kellu l-Partit warajh b'mod partikolari fil-ġlieda tiegħu kontra l-korruzzjoni, iżda wara l-elezzjoni tal-2017 filwaqt li baqa' maħbub jew ammirat minn bosta, ma tantx baqa' jinżel tajjeb ma' oħrajn, partikolarment ma' dawk favur il- Kap attwali Adrian Delia, fosthom minħabba l-pożizzjoni li kien ħa kontra l-istess Delia fl- elezzjoni għall-Kap li kellu jeħodlu postu. Busuttil kien ukoll l-ewwel Kap Nazzjonalista li qatt ma serva bħala Prim Ministru. Minkejja li kellu suċċess kbir bħala Ewroparlamentari, tant li sal-lum għadu jżomm ir-rekord tal-aktar kandidat li kiseb voti f 'dawn l-elezzjonijiet, it li xejn jista' jingħad għall-karriera politika lokali tiegħu. Minkejja l-isforzi tiegħu, żied flok naqqas id-distakk li kien kiseb il-Partit Laburista fl- 2013 u kien nieqes minn viżjoni politika. Tefa' l-enerġija kollha tiegħu fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li dak iż-żmien ma ħallitx frott, anke jekk ngħiduha kif inhi, illum qed tidher xorta oħra. Simon Busuttil kien ġie elett Kap tal-Partit Nazzjonalista meta kien kiseb 93% tal-voti tal-Kunsilliera Nazzjonalisti fit-tieni rawnd tal-votazzjoni. Għat-tieni rawnd, Busuttil kien ikkontesta waħdu hekk kif il-kandidati l-oħra, Mario de Marco, Francis Zammit Dimech u Raymond Bugeja kienu rtiraw il-kandidatura tagħhom wara l-ewwel rawnd ta' votazzjoni u ngħaqdu wara Busuttil. Fl-ewwel rawnd, Simon Busuttil kien kiseb 50.3% tal-voti, jew 451 vot mit-897 vot mitfugħa mill-Kunsilliera. Warajh kien ġie Mario de Marco li kien kiseb 345 vot filwaqt li Francis Zammit Dimech u Raymond Bugeja kisbu 54 u 47 vot rispettivament. Kif spjegat, fil-ħames snin li dam Kap tal- Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil iffoka l-politika tiegħu biex jiġġieled kontra l-korruzzjoni u l-governanza t-tajba, b'mod partikolari wara li kienu ġew żvelati dawk magħrufa bħala l-Panama Papers u l-involviment ta' Keith Schembri, dak iż-żmien Chief of Staff ta' Kastilja u Konrad Mizzi, dak iż-żmien Ministru. Għal darba, darbtejn, Busuttil niżżel lin-nies fit- toroq jipprotestaw kontra l-korruzzjoni. Forsi l-akbar żewġ żbalji (x'aktarx fatali għall-karriera politika lokali) ta' Busuttil kienu meta għamel tiegħu l-allegazzjonijiet dwar il-kumpanija Egrant u anke meta mal-Partit Demokratiku, tal-eks Deputati Laburisti Marlene u Godfrey Farrugia, ifforma dik li bdiet tissejjaħ bħala Forza Nazzjonali. Din (għall-ewwel dabra) bagħtet messaġġ li waħdu, il-Partit Nazzjonalista, ma kienx se jirnexxielu jirbaħ lil Joseph Muscat. Dan aktar u aktar meta l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Joseph Muscat, kien ħabbar elezzjoni sena qabel iż-żmien u xi it jew wisq, il-PN sab ruħu daru mal-ħajt. Minkejja li s-sondaġġi kienu dejjem qed juru li l-Partit Laburista kien se jerġa' jirbaħ bil-kbir, id-dikjarazzjonijiet ta' Busuttil u anke l-kampanja tal-PN, kienet qawwiet qalb ħafna Nazzjonalisti. Anke jekk bil-mass meetings mhux se tirbaħ elezzjoni, jibqa' l-fatt li Busuttil kien irnexxielu jiġbor eluf ta' Nazzjonalisti warajh, partikolarment fl- aħħar mass meeting fuq il-Fosos tal-Furjana. Immaġina kieku l-PN kellu jorganizza mass meeting illum! Minkejja dan, it-tama jew "il-amma" (kif kien iħobb isejħilha) taret mar-riħ malli reġa' rebaħ bil-kbir il-Partit Laburista u sal-lum baqgħet qatt ma reġgħet xegħlet fost ħafna Nazzjonalisti diżżilużi. Adrian Delia (2017 - ) Bla dubju li Adrian Delia huwa l-aktar Kap kontroversjali tal-Partit Nazzjonalista u l-aktar wieħed li sab mhux biss ostakli iżda saħansitra reżistenza fil-partit stess. Delia bl- għajta ta' "Mod Ġdid" u anke bil-wiegħda li "jeħles" lill-Partit Nazzjonalista "mill- establishment" sar Kap Nazzjonalista fl-2017. Huwa kkontesta l-elezzjoni kontra Chris Said, Frank Portelli u Alex Perici Calascione. Portelli u Perici Calascione waqgħu fil- votazzjoni li saret fil-Kunsill Ġenerali biex jintagħżlu ż-żewġ kandidati li kellhom imorru quddiem it-tesserati. Fil-fatt, Delia kien l-ewwel Kap tal-PN li għażluh it-tesserati. Minn total ta' 14,742 tesserat li vvota, Delia kiseb 7,734 vot filwaqt li Chris Said ġab 6,932. Kien ċar li l-Partit Nazzjonalista kien maqsum dwar Delia, fatt li baqa' jinħass sal- lum il-ġurnata. Iżda l-ewwel tumbati Delia qalagħhom qabel din l-elezzjoni meta Daphne Caruana Galizia ħarġet bir-rapport dwar il-kont bankarju ta' Delia f 'Jersey u li minnu, allegatament kienu jidħlu flus mill- prostituzzjoni. Anke jekk Delia dejjem ċaħad dawn l-allegazzjonijiet, fl-eqqel tal-kampanja kien tlaqqa' l-Kumitat tal-Etika u wara laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv, Simon Busuttil (dak iż-żmien il-Kap uxxenti) kien insista illi li kieku kien flok Delia kien jirrikonsidra l-kandidatura tiegħu. Madanakollu, kontra kull ostaklu, Delia ġie elett u ħa l-ġurament bħala Kap tal- Oppożizzjoni. Iżda l-allegazzjonijiet dwaru ma waqfux. Feġġew ir-rapporti dwar il-ħlas tat-taxxa, il-qagħda finanzjarja ta' Delia, ġew ippubblikati filmati personali fi żmien li hu kien qed jissepara minn ma' martu u l-akbar daqqa tiegħu kienet iċ-Chat li allegatament kellu ma' Yorgen Fenech is-sid tal-kumpanija 17 Black u l-allegat mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Żball kbir, li xellef darba għal dejjem ir-rabta li setgħet bdiet tinbet bejn Delia u Deputati li mill-bidu deher li mhux jappoġġjawh, kien meta talab lill-eks Kap Simon Busuttil biex jissospendi lilu nnifsu mill-PN. Dan meta ħarġu l-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant li ma sabet l-ebda rabta bejn din il-kumpanija fil-Panama u l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Joseph Muscat. Delia nduna bl-iżball u dawwar ir-rotta u beda l-ġlieda tiegħu biex ikun ippubblikat ir-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant. Żgur li l-akbar kisba ta' Delia sa issa kienet il-ġlieda li kellu fil-Qorti kontra l-Avukat Ġenerali. Delia rnexxielu jikseb kopja tar-rapport li ppubblika minnufih. Daqqa oħra kbira għal Delia kienu l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali tas-sena li għaddiet. Il-Partit Nazzjonalista tilef bi kbir. Il-PN tilef it-tielet siġġu u ma ġie elett ħadd mill-kandidati 'favoriti' ta' Delia. Dan wassal għal mewġa ta' riżenji fil-Partit Nazzjonalista u anke biex esponenti tal-PN jiġbru l-firem biex jissejjaħ vot dwar il-Kap. Il-vot sar u 67% tal-Kunsilliera vvutaw favur Adrian Delia. Iżda l-fiduċja f 'Delia baqgħet titnaqqar u aktar kmieni din is-sena, Delia tilef tliet voti ta' fiduċja, kemm wara sondaġġi diżastrużi għalih u l-PN u anke wara l-allegazzjoni li kellu kommunikazzjoni ma' Yorgen Fenech. L-ewwel ma tilef kien vot fil-Grupp Parlamentari meta 17-il Deputat ivvutaw kontrih. Delia tilef ukoll vot ta' fiduċja fl- Eżekuttiv u aktar tard, f 'votazzjoni li saret fil-Kunsill Ġenerali, 839 kunsillier ivvotaw (kontra 659) biex it-tesserati tal-PN jivvotaw f 'elezzjoni għal Kap, kontra dak li xtaq Delia li kien qed jipproponi li t-tesserati jivvotaw biss dwar il-futur tiegħu. Wieħed jistenna u jara x'se jkun il-futur ta' Delia wara t-3 ta' Ottubru...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 September 2020