Illum previous editions

ILLUM 27 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1292557

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

illum • IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 VII PARTIT NAZZJONALISTA IL-MEMBRI JAGĦŻLU KAP żgħir? Elezzjoni kmieni jew le? Yorgen? Jekk Delia jirbaħ b'aktar minn 55% tal- voti tat-tesserati, apparti li jkun rebaħ, ikun rebaħ ukoll b'mod li jissorprendi bil-kbir. Minkejja li ma għandu garanzija ta' xejn, dan ir-riżultat jaf iservi ta' loppju għallinqas sal-elezzjoni ġenerali li jmiss. Dan ma jgħoddx eżattament u ugwalment għal Grech. Kieku Grech jikseb 51% biex nagħtu eżempju - xorta jkun Kap leġittimu, imma dan ikun ferm 'il bogħod minn dak li ilhom juru s-sondaġġi tal-Mediatoday u oħrajn minn Diċembru u iktar u iktar fl-aħħar ġimgħat, meta kien ċar illi fost it-tesserati Grech jaqbeż lil Delia b'kumdità filwaqt illi fost l-elettorat Nazzjonalista tal-2017 jaqbeż lil Delia b'mod assolut (70% u aktar). Dan ikun ifisser illi waqt l-aħħar ġimgħat Grech ikun tilef porzjon sostanzjali tal- appoġġ, probabbilment minħabba nuqqas ta' entużjażmu u l-kwistjoni tat-taxxa . Riżultat bħal dan jagħti lil dawk ta' favur Delia issa l-impetu li jirritaljaw u li ma jikkoperawx fl-għarfien illi Delia - minkejja kollox - xorta kiseb vot tajjeb ħafna, anke jekk tilef. Ikun ifisser li 45% - 47% tat- tesserati jappoġġjawh. Dan mhuwiex it għal Kap li kien jidher illi jinsab fi triqtu 'l barra. Għalhekk riżultat ċar u inekwivoku mhuwiex persentaġġ ugwali għat-tnejn għalkemm naslu għal konklużjoni illi jekk Delia jikseb 55% jew aktar ikun għamel rebħa kbira, filwaqt li jekk Grech jaqbeż is- 60% ikun b'saħħtu u riżultat ċar, rebħa kbira imma xi it jew wisq mistennija, filwaqt li jekk jaqbeż il-65% ikollu rebħa kbira u ċara u fl-istess ħin b'xi it ta' sorpriża wkoll. L-agħar għal Bernard: Elezzjoni Ġenerali kmieni Jekk ikun elett Bernard Grech, l-agħar xenarju għalih - u mhux neċessarjament l-istess għal Delia - ikun illi l-PM Robert Abela jsejjaħ elezzjoni ġenerali fix-xhur ta' wara, ejja ngħidu fl-ewwel erba' xhur tal- 2021. Dan huwa l-agħar xenarju għaliex jekk ikun elett Grech, probabbilment illi dan iseħħ minħabba l-għatx fil-Partit Nazzjonalista għall-għaqda u għall-voti. Il-probabbilità li Grech ikun irnexxielu jsib saqajh u beda jfejjaq xi it mill-ġrieħi fi it xhur, ma jidhirx li tista' tkun daqstant kbira. Iktar u iktar jekk Grech ma jieħux passi fid- direzzjoni ta' rikonċiljazzjoni ma' Adrian Delia u dawk li jappoġġjawh, letteralment fl-ewwel jiem tiegħu. Jekk elezzjoni ssir - ejja ngħidu f 'Marzu li ġej - Grech ikollu biss erba' xhur biex jorganizza lill-PN għal kampanja li jingħad illi m'hemmx flus għaliha, u fl-istess ħin inaqqas id-distakk f 'livelli taħt il-35,000 vot. Avolja xejn ma hu impossibbli u minkejja li l-fortuni politiċi tal-Partit Laburista m'għadhomx li kienu taħt l-eks PM u Mexxej tal-PL Joseph Muscat, xorta jibqa' fatt li din l-isfida tkun waħda kważi impossibbli. B'riżultat elettorali ipotetiku b'distakk ta' 35,000+ voti l-effett "Bernard" jieħu daqqa li tista' tkun mortali u naturalment dawk li se jivvutaw lil Delia imbagħad jgħidu illi minkejja li Grech kien elett biex inaqqas dan id-distakk grazzi għall-għaqda - sal- elezzjoni, dan ma għamlux. Rebħa għal Grech din il-ġimgħa taf tirriżulta f 'inbid qares għalih, jekk il-Prim Ministru jagħmel kalkolu politiku u jsejjaħ elezzjoni kmieni. L-agħar għal Delia: Jitla' - jiġu żvelati xi fatti dannużi - u terġa tqum tromba kontrih L-agħar xenarju li jitratta lil Adrian Delia huwa li jitla' u jirriżulta li waħda minn dawk il-'jekk, jekk u jekk' li ssemmew diversi drabi minn diversi persuni - inkluż taħt ġurament - u fid-due diligence hija verità. Naturalment Delia, kif qed jagħmel f 'din il-gazzetta jiċħad bil-qawwa li qatt kellu xi chats ta' konsegwenza u jiċħad b'aktar qawwa l-allegazzjonijiet li hu jew Pierre Portelli f 'ismu ngħata €50,000 - biex fost oħrajn David Casa ma jkunx elett. Minkejja li ċ-ċaħdiet huma konsistenti u wieħed jiem li Delia mhuwiex daqstant irresponsabbli li se jidħol f 'elezzjoni bħal din konxju illi fil-fatt hemm xi veraċità fl- akkużi fir-rigward ta' Yorgen Fenech, jekk jirriżulta li hemm dan tinħoloq kriżi bla preċedent fil-PN. Il-Partit Nazzjonalista li jkun għadu kif għadda minn proċess - agonjuż - ta' elezzjoni interna (u jekk elett Delia) f 'daqqa waħda l-pożizzjoni tal-Kap tiegħu terġa ssir "mhux tenibbli". "Mhux tenibbli" speċjalment għaliex jekk jirriżulta veru - u vera għalissa huwa biss "jekk" - dan ikun ifisser illi l-pożizzjoni tal-Kap tkun intrebħet fuq gidba. Dan ikun diżastru elettorali ta' proporzjonijiet kbar li jagħti lill-Partit Laburista, rebħa akbar milli qed ikun previst u pproġettat li jkollu jekk it-tiġrija tkun bejn Robert Abela u Adrian Delia. Rebħa għal Grech din il-ġimgħa taf tirriżulta f 'inbid qares għalih, jekk il-Prim Ministru jagħmel kalkolu politiku u jsejjaħ elezzjoni kmieni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 September 2020