Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1292557
illum • IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 IX PARTIT NAZZJONALISTA IL-MEMBRI JAGĦŻLU KAP nxtrajtx, ma ħadtx flus, irrikattat' bibien għan-nies?" Kien hawn insista li qatt ma ġara, f '140 sena tal-PN, li Kap tneħħa u ma tħallix jikkontesta l-elezzjoni. "Inbidlu l-kap għax hemm is- sondaġġi? Sa fejn naf jiena ma kienx hemm sondaġġi favorevoli fuq l-amminstrazzjoni ta' qabli u ħadd ma għamel elezzjoni kull sena," kompla. "Partit mhux hekk jaħdem ... mhux tul it-terminu kollu jkun hemm min itik minn ġewwa u mbagħad jgħidlek li mhux sejjer tajjeb." Għalhekk, appella lit-tesserati biex jibqgħu jemmnu f 'dak li vvutaw għalih tliet snin ilu. Qal li jemmen li l-PN kapaċi jmur għall-elezzjoni b'saħħtu, anke għax il-Gvern qed jonqos ħafna, speċjalment fejn tidħol il- pandemija. "Nixtieqhom jagħtuni aktar saħħa biex inwettaq dak li ma rnexxilix sal-lum. Allaħares il-PN imur lura għal dak li kien fl-2013. Hemm is-sondaġġi kienu fatti. Telquna aktar minn 36,000 elf ruħ." 'Nittama li Bernard ikun trasparenti bħali' L-ILLUM staqsietu hux qed jindika li Bernard Grech se jieħu l-partit lura għal dak li kien fl- 2013. Wieġeb li l-problema mhux Grech iżda min hemm warajh. "Ma għandi xejn kontra Grech. Nittama li jkun trasparenti bħali u jiffaċċja l-midja kif nagħmel jien. Allaħares ikollna Kap tal-PN li jaħrab mill-ġurnalisti u mid- dibattiti kif għamel Joseph Muscat u kif jagħmel Robert Abela," insista Delia waqt li akkuża lill-Maniġer tal-Kampanja ta' Grech li qed jagħmel pressjoni kbira biex ma jkunx hemm dibattitu bejniethom. 'Jiena għall-PN niġbor il-flus mhux nagħtih li jifdal' Il-gazzetta staqsiet lil Delia minn fejn qed jiffinanzja l-kampanja tiegħu. Fakkritu li Grech għamel crownfunding u se jkun qed jippubblika rapport awditjat dwar in-nefqa. "Jiena jekk se niġbor il-flus se niġborhom għall-partit u mhux nagħtih li jifdal," beda jwieġeb waqt li wiegħed li kif għamel fl- 2017 se jagħti rendikont. Anke jekk ma weġibx minn fejn qed jiffinanzja l-kampanja, assigura li ħadd ma selfu flus u li ma ħa xejn mill-Partit. "Jiena nagħti mhux nieħu. Tajt ħajti għall- PN u għal dan ma nitħallasx." 'Ma għandi l-ebda problema nirrikonoxxi l-ħidma ta' Simon' L-ILLUM tistaqsi lil Delia għaliex fir-reazzjonijiet tiegħu dwar l-arrest ta' Keith Schembri mkien ma semma jew irringrazzja lil Simon Busuttil u anke jekk wara dak li ħareġ din il-ġimgħa, iddispjaċihx li kien talbu jissospendi lilu nnifsu mill-PN. "Nirrikonoxxi bl-akbar saħħa u lealtà l-ħidma kontinwa u bla heda li wettaq Simon Busuttil fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Ma hemmx Simon Busuttil, Adrian Delia jew id-Deputati. Aħna partit wieħed li niġġieldu l-korruzzjoni," insista l-Kap Nazzjonalista. Dwar dak li ġara meta ġew ippubblikati l-konklużjonijiet tar-rapport Egrant, Delia insista li ma għandu l-ebda problema jirrikonoxxi li żbalja iżda insista li hu u Busuttil ma qablux biss fuq l-istrateġija u mhux fuq il- prinċipju, għax hu xtaq li l-ewwel jiġi ppubblikat ir-rapport sħiħ. X'jagħmel kieku jkun PM? L-ILLUM poġġiet quddiem Delia ħames sfidi u staqsietu x'jagħmel jekk hu jsir Prim Ministru. Huwa wieġeb hekk: • Kirjiet: Saħaq li jrid ikun hemm mudell ekonomiku ċar. Fi kliemu, ma nistgħux inkabbru l-ekonomija billi nżidu l-popolazzjoni għax dan il-mudell falla mal-ewwel intopp. Insista li żieda fil-popolazzjoni bla pjan tfisser jew bini bl-addoċċ jew jibqa' jogħla l-valur tal-proprjetà • Ambjent u traffiku: "Jiena nemmen li l-ambjent irid ikun fiċ- ċentru tad-deċiżjonijiet ... jiena rrid li l-popolazzjoni tikber b'mod naturali u mhux bil-barranin. Ma nifilħux aktar barranin." Insista li l-pajjiż għandu bżonn masterplan. "Irridu naraw jekk għandnix bżonn aktar toroq jew inkella neħtiġux sistema ta' trasport tal-massa. Qal li jeħtieġ ikun hemm rieda biex tiżdied l-afforestrazzjoni u anke pjan mal-kuntratturi għal proġetti infrastrutturali kbar. Fi kliem Delia, l-uniku proġett infrastrutturali tal-Gvern kien dak fuq it-toroq li sakemm ikunu lest mhux se jkunu biżżejjed għall-għadd ta' karozzi. Dwar Għawdex insista li l-ewwel għandu jkun hemm servizz ta' fast ferry u r-raba' vapur permanenti u li dwar il-mina l-ewwel isiru l-istudji kollha u l-aħħar kelma tkun tal-Għawdxin. • Pandemija: "Kollox nagħmel differenti. Ngħid il-verità u ma nigdibx. Ma nistgħux nibqgħu ngħidu li ma hawnx it-tieni mewġa. Fuq kollox nisma' milli qed jgħidu l-esperti, mhux id-Deputat tiegħi jgħid abjad u jien ngħid iswed." • Immigrazzjoni: Qal kif flimkien mal-PPE, bl-għajnuna wkoll ta' Roberta Metsola qed jaħdmu fuq dokument li jipproponi mhux biss biex min ma ħaqqux l-ażil ikun irritornat f 'pajjiżu imma biex għall-ewwel darba jiddaħħal mekkaniżmu biex ikun hemm 'meaningful responsibility' bejn il-pajjiżi kollha. "Kull pajjiż ikollu preċiż l-obbligu tiegħu." 'Wara Bernard hemm in-nies ta' qabel l-2013' Fl-aħħarnett, l-ILLUM staqsietu jekk hux lest jingħaqad wara Bernard Grech jekk ikun elett Kap u x'se jkun l-irwol tiegħu. "Trid tara jekk Grech ikunx komdu li jiena jkolli pożizzjoni prominenti għax dik tista' tintuża kontrih kif intużat kontrija meta kien hemm Simon Busuttil. Jiena se nibqa' nagħti l-appoġġ tiegħi, għax jien leali, lejn kull Kap tal-PN. Ma nittradixxi qatt Kap tiegħi," insista Delia u appella lit-tesserati kollha biex jagħmlu bħalu. Qal li jiddisjpaċih biss li l-għaqda ma seħħitx qabel. "Nixtieq dibattitu ma' Bernard Grech. Jekk trid l-għaqda għaliex ma tgħinix. Jiena poġġejtu fil- clusters, nimbuttah għall-elezzjoni ġenerali, naħdmu flimkien u nimxu 'l quddiem. Immorru għall-elezzjoni - immorru aħjar kieku ma qlajnix dan kollu - jekk jirnexxilna tajjeb, jekk le, ikollu l-opportunità tiegħu," saħaq Delia. Temm jisħaq li jħasbuh biss dawk li telqu lill-Partit u qed jindunaw li wara Bernard Grech hemm in-nies li jirrappreżentaw lill-PN ta' qabel l-2013. "Milli qaluli fid-djar, huwa ovvju li dawn ma jerġgħux jiġu mal- PN, anzi nitilfuhom għal dejjem," temm jisħaq Delia. Ara l-intervista ma' Bernard Grech fil-paġni li jmiss