Illum previous editions

ILLUM 27 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1292557

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

illum • IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 XI PARTIT NAZZJONALISTA IL-MEMBRI JAGĦŻLU KAP ... hekk biss ikollna Hu mill-ewwel qal iżda li wieħed irid iħares lejn kwistjoni fit-totalità tagħha u li wieħed ma jistax iqabbel "sħaba sewda" ma' dawk li skont hu, huma "reati xokkanti li ħerġin mill- Qorti tagħna ta' istituzzjonijiet li jinsabu maħtufin. Ta' nies fil-Gvern li għamlu affarijiet deplorabbli u mhux talli telqu, talli baqgħu fil- kontroll tal-assi tal-pajjiż u tal- kuntratti." Huwa kompla jgħid illi minkejja li dawn kellhom jissospendu ruħhom baqgħu fil-poter, "jiffirmaw il- kuntratti." Imma mhuwiex iwieġeb. Jekk ikollok Deputat li fetaħ kont f 'ġurisdizzjoni bħall-Panama jew l-Iżvizzera, tkeċċihom jew le? "Nibda minn dan il-proċess li semmejt u nżomm id-dritt u l-jedd li nieħu kull deċiżjoni li hemm bżonn. skont iċ-ċirkostanzi," iwieġeb Grech. 'Ma jistax ikollna liġi li tillimita t-tħaddim tar-reliġjon fl-iskejjel tal-Knisja' Induru fuq l-att dwar l-ugwaljanza. Bernard Grech jaqbel mal-proposta illi permezz tagħha skola tal-Knisja ma tkunx tista' tagħżel ħaddiem skont il-fidi, ħlief għat-tagħlim tal-fidi? Huwa jgħid li ma jistax ikun ikollna liġi li tillimita t-tħaddim u t-tħaddin tar-reliġjon fi skejjel tal- Knisja. "Il-formazzjoni ma ssirx biss waqt t-tagħlim tar-reliġjon. Kull skola għandha l-ethos tagħha. Inti immaġina li jiena mmexxi skola tal-isports u nħaddem għalliem li ma jgħix ħajja sana jew għandu xi vizzji ...ma tagħmilx sens." Grech jgħid illi għandu jkun hemm ukoll id-diskussjoni biex tinżamm il-possibilità li jkun hemm l-oġġezzjoni ta' dak li wieħed jemmen u l-kuxjenza tiegħu. 'L-għaqda li qed inwiegħed mhix utopja' Kif jista' qatt jgħaqqad lill-partit meta minn issa diġa' hemm nies fil-partit li mhux biss ma jriduhx, imma li saħansitra qegħdin jaħdmu biex jagħmlulu l-ħsara? Kif qatt jista' jikseb din l-għaqda utopjana tiegħu? "M'hijiex utopjana. Għalkemm ma niħux pjaċir bl-attakki għax ikomplu jagħmlu l-ħsara lill-partit u fost l-għeruq - f 'dan iż-żmien mort f 'ħafna djar u ltqajt ma' ħafna tesserati li kollha jgħiduli li jridu l-għaqda fil-Partit u l-għaqda fost l-attivisti." "In-Nazzjonalisti jridu jaraw l-għaqda. Irridu nfiequ mill-attakki fuq xulxin u fuq il-midja soċjali, bl- edukazzjoni u fejn hemm bżonn, bid-dixxiplina wkoll." Huwa qal li jekk ikun Kap Nazzjonalista jrid li jikkonvinċi lil min ma jaqbilx miegħu, jaħdem f 'tim u joħloq il-fora kollha possibbli biex id-diskussjoni tkun waħda ħajja "ġewwa l-partit". "L-għaqda biss tista' twassal biex nimxu 'l quddiem. L-għaqda fil-partit u l-għaqda ideoloġika, bi Grupp Parlamentari li jkollu pożizzjoni ċara u magħquda." Taxxa: 'Kollox huwa regolari' Naturalment qed jiġi intervistat mill-gazzetta li kixfet il-fatt li ma ħallasx taxxa, u allura kellha ssir mistoqsija mill-ġdid dwar it-taxxa. Ma jaħsibx li ma mmaniġġjax din l-istorja b'mod tajjeb meta ma ħariġx l-informazzjoni kollha, per eżempju? U xi kredenzjali jista' jkollu Grech jekk ma qediex dmiru fuq xi ħaġa daqstant bażika, bħal ħlas ta' taxxa? Għadu lanqas huwa Kap tal-Oppożizzjoni u diġa' għandu dan id-dell fuqu ... ma jħossx li din kienet materja mill-aktar serja - saħansitra li jiġi akkużat illi evada t-taxxa? "Dawn huma kollha akkużi u nassigurak li kollox huwa regolari u nerġa' nirreferi għaċ-ċertifikat - li l-ILLUM ippubblikat imma li ħaddieħor - inkluż il-midja tal-Partit Laburista - ma jridx jippubblika, li juri illi kollox huwa mħallas u lest." Huwa qal li allura, minkejja li t-Tax Compliance Unit, għamlu dak li jsejjaħlu 'review' mhuwiex vera li kien investigat. "Jiena ħallast kollox ħafna qabel ma tfajt in-nomina tiegħi u ġranet - u mhux sigħat - qabel ma tfajt in-nomina rtirajt kontestazzjoni ta' ħlasijiet u imgħax fuq VAT, li jiena kelli kull dritt nikkontesta. Imma ħallast biex ma jkolli xejn pendenti." ElectroGas: Imma xi jrid Grech? Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Grech dwar proposta li għamel din il-ġimgħa hu stess, illi jekk elett jibda proċeduri sabiex jinħall il-kuntratt tal-ElectroGas. Imma x'se jagħmel minflok? Irid jinnazzjonalizza? Irid li jibda proċess ġdid ta' privatizzazzjoni? Huwa qal illi fuq dan il-proġett, l-ewwel u l-aktar ħaġa importanti hija l-verità u li l-poplu jkun jaf x'inhi din. "Dan huwa kuntratt skandaluż u huwa ċar illi minħabba fih inqatlet persuna u nsellem, iva, lil Daphne Caruana Galizia u lill- ġurnalisti kollha ta' ħidmiethom. Nemmen fil-ġurnaliżmu bħala pilastru ewlieni f 'demokrazija moderna." Huwa imbagħad qal li ma jeskludi ebda azzjoni fuq il-kuntratt tal-ElectroGas - inkluż inkjesta pubblika jew inkella każ il-Qorti. "Huwa proprju għalhekk, li għandna bżonn Oppożizzjoni b'saħħitha u magħquda. Kellna lil Mizzi, Schembri u Muscat li ħatfu waħedhom u għamlu rebus mill- pajjiż. Huwa għalhekk li jeħtieġ ikollna Oppożizzjoni b'saħħitha." 'In-nazzjonalisti jridu l-għaqda' Is-sondaġġi ilhom juru lil Grech fuq quddiem - għalkemm x'se jiġri ma nafux. Jaħseb li jekk jirbaħ ikun għamel dan by default, għax forsi ħafna tesserati qatgħu qalbhom minn Delia? Jiena s-sondaġġi xjentifiċi nagħti kashom, pero dawn huma ritratt ta' mument. "Jiena se naħdem sal-aħħar mument, biex in-nies joħorġu jivvutaw u jafdaw fija." Huwa qal illi ma jaqbilx illi n-nies jagħżlu by default imma sostna li t-tesserati nazzjonalisti "osservaw, jiakru u raw ... lili nitkellem fl- aħħar snin. Meta mmur għand it-tesserati, għall-inqas f 'wiċċi, jgħiduli li se jivvutawli għax jemmnu fija. U din għalija hija responsabilità kbira." "Jiena nħossni obbligat lejn dawk kollha li huma Nazzjonalisti u dawk li mhumiex u jixtiequ jersqu lejn il- PN - u jekk inkun elett se naħdem biex ikollna partit viżjonarju u Gvern alternattiv." 'Ma rrid nitlef lil ħadd' Finalment, jekk jirbaħ Grech jikkunsidra li jpoġġi lil Delia Viċi Kap tal-PN? "Kif diġa' għidt, jekk inkun elett jiena Delia jeħtieġ ikun parti mis- soluzzjoni - filwaqt li l-prerogattiva ta' min ikun Viċi Kap jew Kap trid tkun l-għażla tan-nies." "Jiena irrid li ma jintilef ħadd. Adrian Delia, Robert Arrigo ... dawk kollha li ħadmu u kkampanjaw għal Delia ... hekk biss jista' jkollna partit b'saħħtu u Gvern alternattiv."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 September 2020