Illum previous editions

ILLUM 27 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1292557

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

13 letteratura illum • IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jiftaħ djalogu mal-kittieb John Portelli rigward l-aħħar ġabra ta' poeżiji tiegħu Imkien għall-Kenn. Mill-fehma tal-filosofu Żvizzeru Henri-Frédéric Amiel dwar x'inhi t-tama u x'post jagħtiha Portelli f'din il-ġabra, Saliba jissokta d-diskussjoni billi jistaqsi – bħas-soltu xi ftit bħall-avukat tax-xitan – bosta mistoqsijiet pjuttost sikkanti. Kellhom raġun l-Istoċji jkunu xettiċi dwar il-benefiċċji tal-ivjaġġar? Minnu li l-inċertezza hija l-unika ċertezza? Jeżisti tassew il-progress uman? Jekk iva, x'fatta għandu? Tgħid veru għad xi darba jasal dak il-lejl? jasal qatt – allura x'fejda qatt jista' jkollhom il-vjaġġi bil-pass? Kellhom raġun l-Istojċi? Iżjed minn hekk, jekk tassew vi jew va kważi kollox xorta xikubriku, x'serħan il- moħħ tawk – jekk qatt tabilħaqq tawk – dawn il-vjaġġi bil-vers? Qatt ħsibt illi forsi dan tiegħek mhux għajr klixè letterarju? Sewwa qed tgħid: l-element tal-vjaġġ huwa ċentrali f 'din il-ġabra. Hawn ġbart it mill- ħsus u mir-riflessjonijiet li kelli jien u nivjaġġa. Ommi, Alla jaħfrilha, dejjem kienet tfakkarni li fil-quċċija fettilli naqbad vapur. Forsi l-vjaġġ huwa parti mill-essri tiegħi! Ivvjaġġajt sa minn età żgħira. Tweildt il-Mosta. Ta' seba' snin morna Ħad-Dingli imma kont inqatta' ħafna ħin maz-zijiet in-Nadur jew man-nanna. Kienet mill-Isla imma wara l-gwerra marret toqgħod Tas-Sliema. Ta' tlieta u għoxrin ħrabt lejn Montréal fejn għext disa' snin. Imbagħad 14-il sena Halifax u fl-aħħar tnejn u għoxrin sena Toronto. Iżda għax tgħid, f 'dawn l-aħħar ħdax-il sena kampajt biss billi mmur u niġi lura bejn il-Kanada u Malta. Żort ukoll artijiet oħra fejn ħadni x-xogħol tiegħi. Biex tara kemm il-vjaġġ hu tassew parti minni. Din hija l-esperjenza eżistenzjali tiegħi iżjed milli sempliċement klixè. Fl-istess ħin il- vjaġġi għallmuni l-importanza tad-dijalettika li tissawwar, bħalma rrimarkat Galea, "minn dikotomija ta' opposti li jitimgħu lil xulxin". Il-vjaġġi m'humiex biss esperjenza fiżika, iżda wkoll esperjenzi relazzjonali. Għaldaqstant dawn jinkludu wkoll elementi spiritwali, mentali u senswali. Fl-esperjenza tiegħi dawn l-elementi jkunu dejjem f 'taqbida. U din it-taqbida tatini l-kuraġġ inkompli nfittex xi kenn, anke jekk naf illi qatt mhu ser insib wieħed ċert jew assolut. F'kummentarju qasir illi offra għal din il-ġabra l-poeta Immanuel Mifsud irrimarka li "mill-gost tat-togħma tal- kafè u l-ħummus, f 'tebqa t'għajn, nafu nispiċċaw b'wiċċna mal-ħajt, niakru (għax il-poeta jaf kif għandu jfakkarna) li filwaqt illi x-xemx titla' għal kulħadd hemm min xorta waħda jterter bil-bard". Jidhirli li dan il-kumment jorbot tajjeb ħafna mad-diskors, illi kif għedt dan l-aħħar reġa' qabad qatigħ, dwar id- dinamiċi dijalettiċi tal-progress uman. Fuq naħa għadna ħassieba bħal John Gray illi jiċħdu bil-qawwi l-idea tal-progress lineari u minn daqqiet saħansitra kull argument favur il-miljoraliżmu; fuq in-naħa l-oħra mbagħad hemm oħrajn bħall-psikologu Steven Pinker illi jemmnu bis-sod illi minkejja kollox illum ninsabu fil-quċċata tal-Illuminiżmu. It-tnejn ċerti minn kliemhom: minn daqshekk il-lejl tagħhom għalihom diġà wasal u għaldaqshekk ħtieġa urġenti li jsibu xi mkien għall-kenn forsi m'għandhomx. Hu x'inhu ngħid għalija kultant jagħtini li nħabbathom ras ma' ras it-tnejn. Diparti tiegħek, bħala kittieb u kummentatur soċjali b'tendenzi xellugin, sewwasew fejn tpoġġi ruħek bejn dat-tnejn? Barra dan, x'dawl ċert jew inċert jistgħu jixħtu l-vjaġġi fiżiċi u poetiċi tiegħek fuq dad-dibattitu? Mistoqsija bomba din! Grazzi! Kif diġà alludejt qabel, jiena nemmen fid-dijalettika. Iżda tiegħi mhix dijalettika lineari u determinista (à la Marx) jew ċiklika. Għalija d-dijalettika hija parti mill-qafas ontoloġiku tagħna l-bnedmin. Hija don u fl-istess waqt ġlieda. Id-djalettika hija ikkumplikata ħafna. Importanti li d-dijalettika ma narawhiex bħala xi ħaġa li tmur lil hinn mill-esperjenzi eżistenzjali tagħna. Din mhix xi prinċipju li jeżisti fih innifsu, iżda realtà li toħroġ mid-taqbid tal-ħajja bit-tajjeb u bil-ħażin kollu tagħha, bid-daħk u bit-traġedji kollha li fiha. Ma ninsewx ukoll illi d-daħk u t-traġedja huma perspettivi differenti tal- istess avveniment! Dan kollu għalija jorbot ħafna mal-ħsieb xellugi li fuqu tant ktibt tul il-karriera tiegħi. Rigward iż-żewġ intellettwali li semmejt int, almenu fil-fehma umli tiegħi, għandna mmorru lil hinn mill-fehma tat-tnejn li huma. Din mhix kwistjoni ta' fehma waħda jew oħra. Id-dijalettika tmur lil hinn minn dawn il-fehmiet imwaħħla fil-konkrit tal- pożitiviżmu u anke tal-ħsieb liberali klassiku. Jidhirli li dan tal-aħħar baqa' jirriproduċi aspetti kolonjali sal-lum stess. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħek nixtieq ngħid illi ma naħsibx illi l-poeżija u l-filosofija huma sewwasew l-istess ħaġa. Għalija l-filosofija hija l-poeżiji flimkien mal-kritika letterarja. L-esperjenzi tal- vjaġġi fil-ħsus u fil-ħsibijiet tal-poeżija jistgħu joffru okkażjoni ta' riflessjoni dwar kuntesti partikulari, sintendi dejjem skont kif ġarrabthom jien. Jien ippruvajt nikteb b'mod li noħloq xi forma ta' djalogu mal-qarrejja. Nemmen illi dan it-tip ta' djalogu jista' jgħinna nimu aħjar ir-realtà tad-dijalettika. Hawnhekk ma nistax ma nżidx illi l-esperjenzi tal-vjaġġi tiegħi huma msawra mill-istorja personali tiegħi, inkluż mill-fatt illi ta' ħmistax-il sena diġà ridt nitlaq minn Malta. Ħassejtha tifgani. Ix-xorti tagħtni li rnexxieli nemigra lejn il-Kanada. Iżda ma rridx immut hemmhekk għax m'għandi ebda rabta ma' dak il-pajjiż. Tajjeb jew ħażin, jiena Malti bqajt! Fil-kummenti tiegħu dwar din il- ġabra, Adrian Grima ddeskriviek bħala "l-bniedem li fassal l-eżilju tiegħu u donnu kullimkien ifittex ħjiel ta' dar li tilqgħu". Tassew osservazzjoni f 'waqtha. Jekk dan huwa tassew minnu, għaldaqstant għandna għax naħsbu li f 'kulma nagħmlu u kull fejn immorru dejjem infittxu – għad illi żgur mhux dejjem biss – lilna nfusna. Allura għandu mnejn ukoll li l-vjaġġattur li jdur id-dinja, bħalma għamilt int f 'Imkien għall- Kenn, minbarra lilu nnifsu fl-aħħar mill- aħħar ma jkun qiegħed ifittex xejn iktar u mkien iżjed għajr daru. Lura għad-diskors tagħna: iżjed minn hekk – aktarx ukoll sforz l-inċertezza u f 'ġieħ it-tama – minn dit-tiixa ma nieqfu qatt, u mbagħad, kif jgħid T.S. Eliot, fi tmiem it-tiixa nerġgħu nsibu ruħna fil-punt tat-tluq u nsiru nafuh għall-ewwel darba. Fis-sew, qatt sibt xi mkien għall-kenn? Jekk le, biħsiebek tieqaf minn dit-tiixa? Temmen illi f 'xi jum għad tabilħaqq – kemm għalik u kemm għalina – iseħħlu jasal dak il-lejl? X'tagħmel kieku kellek forsi alla-ħares-qatt tintebaħ illi dak il-lejl tant mistenni – voldieri mkien il- kenn – kien fis-sew il-punt tat-tluq illi qatt m'għara tiem? Kieku ma jkunx kollu ħela ta' żmien dan? Ngħid is-sew ma naħsibx illi qiegħed infittex xi post għall-kenn. Pjuttost qiegħed ngħaddi minn vjaġġi u nirrifletti fuq l-esperjenzi li jagħtuni mill-perspettiva tal-kenn jew tan- nuqqas tiegħu. Filwaqt illi ovvjament hemm postijiet jew kuntesti li fihom inħossni aktar komdu minn oħrajn, ma nemminx illi hemm xi post ideali fih innifsu. Il-kenn jew in- nuqqas tiegħu jiddependi mill-kuntest u mir- relazzjoni li jkollna miegħu kif ukoll minn dak illi nkunu għaddejjin minnu. M'hemmx xi ngħidu, il-kuntest u r-relazzjonijiet jistgħu jinbidlu maż-żmien. Nieħu l-eżempju tiegħi stess. Tlaqt minn Malta għax ma sibtx il-kenn li xtaqt. Issa Malta nbidlet u jien xejn inqas. Ir-relazzjoni tiegħi ma' Malta m'għadhiex l-istess lanqas. Illum ta' sitta u sittin sena għandi rapport iktar pożittiv. Dan ma jfissirx illi sibt il-kenn ideali. Biss f 'ċertu sens Malta llum toffrili aktar kenn mill-Kanada. Mill-banda l-oħra forsi it xhur oħra nħossni mod ieħor. Wisq nemmen illi dan il-proċess ma jieqaf qatt. Dan mhux proċess ta' tiixa għall-kenn ideali u perfett. Mill-perspettiva tagħna l-bnedmin kenn bħal dan ma jeżistix. Dak il-lejl ferm mistenni mhu ser jasal qatt, iżda jaqbel li nibqgħu nixxenquh u nittamawh. Hu x'inhu, anke kieku stess għandi żball: li qatt kellu jasal dak il-lejl ma nimmaġinax illi tassew ikun l-istess kenn illi nkun tlaqna minnu mill-bidu nett.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 September 2020