Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1292557
05 aħbarjiiet illum • IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 Parnis taħt pressjoni ... kollegi jgħidu li qata' lura ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-anzjani Silvio Parnis jinsab taħt pressjoni kbira minn djar tal-anzjani, qraba u anke fuq livell ta' Kabinett b'kollegi jisħqu illi qata' lura ħafna mill-ħidma tiegħu u li l-isfida kurrenti hija waħda li jaf qed isib diffiċli mmens. Iffaċċjat bis-sitwazzjoni ta' 11-il mewt, kollha ta' anzjani, minn nhar il-Ħadd li għadda - sitwazzjoni li qed tinkwieta lil ħafna - kif ukoll tal-imxija tal-Covid-19 fi Djar tal-Anzjani partikolari, Parnis qed ikun ġeneralment nieqes. "Jiena qed narah qata' lura, lanqas fil-Grupp Parlamentari ma kien preżenti ilbieraħ. Vera, qalilna li kellu x'jagħmel. Naħseb illi qed iħoss li din l-isfida hija kbira għalih u ma tantx naħseb li qiegħed kuntent," sostna wieħed mis- sorsi ta' din il-gazzetta. Sorsi oħrajn li jaħdmu viċin tas-Segretarju Parlmentari ikkonfermaw ukoll li Parnis qata' lura mill-ħidma u li jidher illi jinsab taħt pressjoni kbira. Mistoqsijiet li bagħtet din il-gazzetta lil Parnis baqgħu ma tweġbux għall-ġimgħa sħiħa, minkejja diversi tfakkiriet. Is-sorsi ta' din il-gazzetta sostnew illi hemm skuntentizza dwar il-fatt li Parnis assolutament ma huwa qed jidher imkien biex joffri serħan il- moħħ u li l-għotja ta' ħelu lill-anzjani, filwaqt li kienet ġest sabiħ, spiċċat ġiet redikolata fuq il-midja soċjali għaliex hija it wisq meta wieħed iqis il-mewġa ta' mwiet fost l-anzjani u l-inkwiet li dan qed joħloq. Matul din il-ġimgħa mietu 11-il anzjan, uħud minnhom fi djar tal-anzjani, li wassal biex ir-rata ta' mwiet ikkawżati mill-Covid-19 f 'Malta huma fost l-ogħla fl-UE. Dan kien ikkonfermat miċ-Ċentru Ewropew għall- Prevenzjoni u Kontroll (ECDC) li poġġa l il Malta fil-lista ta' pajjiżi ta' 'Tħassib qawwi' flimkien ma' sitt pajjiżi oħrajn. Fl-aħħar ġimagħtejn Spanja kienet qed tirreġistra tliet imwiet għal kull 100,000 persuna, ir-Rumanija 2.7 u Malta 2.2. Dan apparti rapporti fuq diversi gazzetti, fosthom fgil-gazzetta ILLUM, dwar is- sitwazzjoni f 'San Vinċenz De Paule u Dar San Ġużepp fil-Fgura. F'din tal-aħħar it-tmexxija kkonfermat din il-ġimgħa illi hemm b'kollox 113-il anzjan pożittivi għall-Covid-19 minn 278 u magħhom kien hemm ukoll 29 membru tal-istaff. Dan apparti li hemm cluster sostanzjali f 'Casa Antonia u lbieraħ irriżultaw l-ewwel tliet każi f 'Casa San Paolo. Parnis ma weġibx il-mistoqsijiet li bagħtet din il-gazzetta li trattew informazzjoni ġenerali u numeriċi dwar dawn id-djar u s-sitwazzjoni in ġenerali. Is-Segretarju Parlamentari bagħat biss stqarrija tal-Gvern u status ta' Facebook ta' Dar San Ġużepp. Dak li staqsiet il- gazzetta ILLUM ... Il-gazzetta ILLUM staqsiet dawn il-mistoqsijiet: • Tista' tipprovdili lista, dar b'dar ta' kemm hemm anzjani pożittivi bil-Covid-19? • Kemm hemm carers fid- djar tal-anzjani li jinsabu fi kwarantina? • Huma minnu li din is- sitwazzjoni wasslet biex diversi djar jinsabu understaffed? X'qed isir biex l-anzjani jibqgħu jirċievu l-kura? • L-anzjani huma l-aktar vulnerabbli. Se jkunu qed jittieħdu miżuri ulterjuri fid- djar tal-anzjani? X'se jkunu? • Anzjani li jkunu negattivi, se jibqgħu jinżammu fl-istess djar ma' dawk li jinsabu pożittivi?