aħbarijiet
IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 • illum
Sitt kumpaniji ta'
Schembri jitolbu biex
titneħħa temporanjament
l-ordni ta' iffriżar
Sitt kumpaniji li sidhom huwa
Keith Schembri fetħu rikors fil-
Qorti biex jingħataw permess biex
b'mod temporanju jreġġgħu lura
l-friża tal-assi imposta mill-Qorti
sabiex ikunu jistgħu jitħallsu 100
impjegat.
Ir-rikors tressaq quddiem il-
Maġistrat Aaron Bugeja, bil-Qorti
tintalab tikkunsidra din it-talba
bħala waħda urġenti.
Kumpaniji li huma ta' Keith
Schembri kellhom l-assi ffriżati
nhar it-Tnejn - sigħat wara li kienet
konkluża inkjesta maġisterjali
bbażata fuq l-akkużi tal-eks Kap
tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.
Hu kien akkuża lil Shembri b'tixħim
mill-Programm ta' Ċittadinanza.
Din il-ġimgħa kienu arrestati
Keith Schembri, eks Chief of
Staff f 'Kastilja, u Brian Tonna u
Karl Cini minn Nexia BT, li din
il-ġimgħa tteħdilha l-liċenzja eli
permezz tagħha setgħet tbigħ iċ-
ċittadinanza.
Il-Qorti kienet ordnat li jkunu ffriżati
l-assi kollha ta' Schembri u ta' familtu
din il-ġimgħa