Illum previous editions

ILLUM 27 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1292557

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 Is-sigurtà tiegħek...f'idejk! https://covidalert.gov.mt Il-COVID-19 jinfirex għaliex persuni infettati jgħaddu l-virus qabel ma jkunu jafu huma stess li għandhom il-virus. Jekk kont f'kuntatt ma' xi ħadd li wara jirriżulta pożittiv, l-app twissik. X'inhu l-għan tal-app COVID Alert Malta, jekk kull persuna pożittiva għall-COVID-19 suppost qiegħda fi kwarantina? C M Y CM MY CY CMY K COVID19 - Advert Eng & Mlt - 2020 (27th Sept) Final.pdf 2 25/09/2020 07:47:34 Grech b'saħħtu fid-distretti 'Nazzjonalisti' u Delia fil-Kottonera ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Minn sondaġġi interni li rat il- gazzetta ILLUM jidher illi Bernard Grech huwa b'saħħtu l-aktar fit-12 u 13-il distrett - jiġifieri id-distretti tat-tramuntana li jinkludu il- lokalitajiet ta' San Pawl il-Baħar, parti minn Naxxar u l-Mellieħa kif ukoll fid-distrett ta' Għawdex, b'mod ġenerali. Jidher li Grech għandu appoġġ pjuttost konsiderevoli f 'dawn id- distretti bin-numri jibqgħu favurih u tajbin fid-Distretti tmienja, disa' u 10 - u allura dawk il-lokalitajiet li jinkludu lil Tas-Sliema, San Ġiljan u s-Swieqi kif ukoll Ħal Għargħur u San Ġwann. Jidher li hawnhekk Grech - sa issa - qed jaqbeż b'maġġoranzi komdi lil Delia fost it-tesserati. Sa issa jidher li Grech għandu aktar appoġġ allura f 'dawk id- distretti li tradizzjonalment huma Nazzjonalisti u li fl-2017 taw maġġoranza lil Chris Said. Dawn jibqgħu wkoll l-aktar distretti problematiċi tal-PN għall-aħħar elezzjonijiet, bil-Partit Laburista saħansitra jirbaħ it-12 u t-13-il Distrett fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Adrian Delia, minn naħa l-oħra, għandu appoġġ ħafna akbar fid- distretti tan-nofsinhar, speċjalment dawk viċin il-Kottonera, milli għandu fis-seba' distretti tat- tramuntana. Skont dak li rat il-gazzetta ILLUM, Delia jirbaħ maġġoranza komda ta' tesserati fil-lokalità ta' Ħaż Żabbar, l-aktar lokalità b'saħħitha tal-Kap kurrenti. Interessanti wkoll kif - minkejja li l-appoġġ għal Delia jikber fid- distretti tan-nofsinhar - għalkemm sa issa m'għandux maġġoranza f 'kull distrett - jidher li jidħlu wkoll fatturi ta' lokalitajiet partikolari. Per eżempju, minn dak li rat din il-gazzetta jidher li Bernard Grech għandu appoġġ konsiderevoli f 'Birżebbuġa - lokalità b'maġġoranza Laburista imma fejn għex ħafna minn ħajtu u fejn huwa wkoll involut f 'għaqda mużikali lokali. Fl-istess distrett iżda Adrian Delia huwa ħafna iktar b'saħħtu fil- Qrendi. Minkejja li sa issa Grech jinsab fuq quddiem b'mod ġenerali, kull distrett u lokalità toffri sfidi u realtajiet differenti b'kumitati distrettwali li jew qed jappoġġjaw lil Delia jew lil Grech. Fuq Għawdex, per eżempju, is-sorsi qalulna li qed tkun determinanti ħafna l-preżenza ta' Chris Said, li għandu appoġġ qawwi fuq din il-gżira u li naturalment għandu kuntatti estensivi mat-tesserati. Imma mhux biss. Hemm ukoll Kevin Cutajar li ma kienx se jitla' fil-Parlament, hekk kif is-siġġu ta' David Stellini l-partit kien se jagħtih lil Jean Pierre Debono, xi ħaġa li niżlet ħażin ħafna man-Nazzjonalisti Għawdxin. F'Għawdex waħdu hemm 1,771 tesserat eliġibbli. Fil-Kottonera u l-madwar (inkluż Ħaż Żabbar) - fejn Delia hu b'saħħtu, huwa kandidat nu Deputat Carm Mifsud Bonnici, li apparti illi huwa popolari fid-distrett, huwa wkoll wieħed mid-deputati li baqgħu jappoġġjaw lill-Kap kurrenti. Naturalment il-fatt li Delia huwa aktar b'saħħtu fin-nofsinhar mhu xejn ġdid - hekk kif fil-fatt fl- 2017 hu kien rebaħ b'maġġoranza d-distretti, wieħed sa' sitta, filwaqt li Said rebaħ it-tramuntana. Minn numri li rat din il-gazzetta u bi tqabbil mal-2017 iżda ma jidhirx li Delia se jżomm l-istess livell ta' appoġġ li kellu tliet snin ilu f 'kull wieħed minn dawn id-distretti, iżda jista' jkun li jirbaħ maġġoranzi f 'xi distretti fl-aħħar jiem tal-kampanja.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 September 2020