Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1292557
02 aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Empire Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Fatima Pharmacy, Santa Venera The Local Dispensary, Birkirkara St. Luke Pharmacy, Pietà San Ġwann Pharmacy, San Ġwann Norman's Pharmacy, Sliema Balzan Pharmacy, Balzan Victory Pharmacy, Naxxar Brown's Village Pharmacy, Mellieħa Brown's Paola Square Pharmacy, Paola White Cross Pharmacy, Bormla St Elias Pharmacy, Xgħajra Green Cross Pharmacy, Żejtun Pasteur Pharmacy, Safi Brown's Pharmacy, Żebbuġ Ideal Pharmacy, Rabat Azzopardi Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, Luqa - MIA Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 5 li jdur Punent forza 3 għal 4 lokalment Baħar Moderat lokalment qawwi li jsir ħafif għal moderat mal-lejl L-OGĦLA: 25˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ Temp Imsaħħab li jsir bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil- buffuri tar-riħ, u lokalment bis-silġ. Billejl isir ftit imsaħħab. Viżibilità Moderata għal ħażina fix-xita Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Tinfetaħ l-ewwel triq ġdida fil-proġett tas-Central Link mill-Prim Ministru Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għat- Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg dalgħodu żaru s-sit tas-Central Link Project fejn infetħet l-ewwel triq ġdida fid-direzzjoni lejn il-Punent. It-triq fiha żewġ korsiji u għalissa testendi mill-Imrieħel sa Wied Inċita u ladarba jitlesta l-proġett se tibqa' sejra sa Ta' Qali fejn se tingħaqad mar-roundabout ta' taħt it-Telgħa tas- Saqqajja. F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru Abela qal li dan il-proġett hu parti mill-viżjoni li nieda fl-aħħar ġimgħat biex pajjiżna jkollu infrastruttura moderna li toffri kwalità ta' ħajja aħjar għall-Maltin u l-Għawdxin. Abela fakkar li dan l-investiment ta' €55 miljun mistenni jnaqqas il-konġestjoni bin-nofs u se jwassal għal titjib tanġibbli fil-kwalità tal-arja u fil-kwalità tal- ħajja tar-residenti fl-irħula li jmissu mal-proġett, dan hekk kif is-Central Link Project hu maħsub biex jiġbed il-vetturi mill-irħula lejn l-arterja ewlenija bil-bini mill- ġdid ta' 13-il ħolqa differenti u l-eliminazzjoni ta' 4 sistemi ta' traffic lights tul kuridur ta' 4.3 kilometri mill- inħawi tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji fl- Imrieħel sar-roundabout ta' taħt it-Telgħa tas-Saqqajja fl-inħawi ta' Ta' Qali. Il-Prim Ministru Abela qal li dan il-proġett se jaffettwa b'mod tajjeb madwar 30,000 sewwieq kuljum filwaqt li se jintroduċi diversi faċilitajiet bħal passaġġi pedonali u l-itwal korsija għaċ-ċiklisti f 'Malta. Il-proġett jinkludi wkoll madwar 24,000 metru kwadru ta' landscaping. Huwa rrimarka wkoll dwar l-effiċjenza li biha qed jitwettaq dan il-proġett u qal li dan ma sarx b'kumbinazzjoni iżda għax kien hemm tmexxija tajba li hija xhieda ta' gvern dinamiku u żagħżugħ li minkejja l-limitazzjonijiet li kellu fl-aħħar xhur, mhux biss baqa' għaddej iżda żied u se jkompli jintensifika ħidmietu biex jagħmel il-ġid lill-pajjiżna. Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar l-importanza tal-fondi Ewropej u fakkar kif għall-Budget Ewropew għall-perjodu 2021-2027, il-Gvern irnexxielu jikseb €2.25 biljun, jiġifieri d-doppju tal-fondi li nkisbu fl- 2012. Huwa fisser dan il-budget bħala ambizzjuż li minnu se jkompli jsir ħafna ġid lill-pajjiżna bi proġetti bħal dak tas-Central link. Il-Ministru Ian Borg qal li dan il-proġett juri l-mod ħolistiku ta' kif dan il-Gvern jippjana l-ħidma tiegħu. Huwa qal li din hija l-amministrazzjoni li ħadet deċiżjoni favur benefiċċji fit-tul għar-residenti ta' pajjiżna li jivvjaġġaw mit-toroq arterjali ta' kuljum. Il- Ministru fakkar li dan il-proġett ikompli jsolvi numru ta' bottlenecks tul rotta kruċjali u qal li l-iżvilupp tal- lum ikompli jikkonferma l-impenn tal-Gvern li jwassal il-proġetti sad-destinazzjoni tagħhom. It-triq li nfetħet illum tevita tliet traffic light junctions tul ir-rotta lejn Wied Inċita f 'Ħ'Attard. Issa li nfetħet it- triq, il-korsiji li qabel kienu jintużaw fl-istess direzzjoni fi Triq iż-Żagħfran, Triq in-Nutar Zarb u Triq l-Imdina qed jintużaw fid-direzzjoni opposta. B'hekk qed tiżdied korsija oħra fid-direzzjoni lejn il-Lvant ukoll. Dan it- tibdil qed jindirizza bottleneck fi Triq l-Imdina fl-inħawi ta' Ħal Warda. Taħt il-korsiji l-ġodda ġew imwaħħla numru ta' servizzi u fl-aħħar fażijiet tal-proġett kollu, Infrastructure Malta se ssaħħaħ it-triq il-ġdida b'saff finali ta' polymer modified asphalt. Is-Central Link Project huwa parzjalment finanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea.