Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1307482
16 letteratura IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-Ħitan neżlin, ħitan telgħin Iżjed dwar Salman Rushdie u Alfred Sant Il-ġimgħa li għaddiet qsamt magħkom diversi riflessjonijiet dwar il-koverżazzjoni — li ser tittella' nhar l-Erbgħa li ġej mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bħala parti mill- edizzjoni virtwali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta' din is-sena — bejn l-ex-Prim Ministru u kittieb Alfred Sant u l-kittieb Brittaniku Indjan Salman Rushide. Wara li deher l-artiklu f 'dan il-ġurnal u iżjed tard fil-midja soċjali ddiskutejt ma' xi wħud is-suġġerimenti li għamilt rigward il-mistoqsijiiet possibbli li jistgħu jsiru liż-żewġ mistiedna, b'mod partikulari lil Rushdie. Bi tħejjija għal din l-attività fettilli, fil-it ħin li seħħli nsib f 'dawn l-aħħar jiem tant movimentati, immur inqalleb f 'bosta artikli u kotba miktuba minn Alfred Sant, l-iżjed f 'dawk illi jittrattaw temi relevanti bħas- sekulariżmu, il-libertà tal-kelma u l-multikulturaliżmu fl-Ewropa. Fost il-ħafna materjal illi ġie f 'idi spikkat qatigħ, kif kont diġà bħal bsart, ġabra ta' artikli bil- Malti u bl-Ingliż — ippubblikata bl-isem Perspettivi/Perspectives (2012) minn Horizons — li tiġbor fiha bosta artikli, studji ta' analiżi, kummentarji u taħditiet illi ta u kiteb Alfred Sant mill- 1986 sal-2012. L-għamla ta' din il-pubblikazzjoni hija simili ħafna għall-ġabra L-Impenn għall-Bidla li l-ex mexxej Laburista kien ippubblika fl- 1986 mal-pubblikatur Pragma Publishing Limited bi tħejjija għall-kandidatura tiegħu għall- elezzjoni ġenerali tal-1987. Kien permezz ta' din il-ġabra li kmieni fis-snin disgħin bdejt insegwi mill-qrib l-attività politika u letterarja ta' Alfred Sant. Għax tgħid, jidhirli li wħud mill-kitbiet illi dehru tant snin ilu f 'din il- ġabra għadhom xi it jew wisq relevanti għal żmienna; oħrajn imbagħad xi it inqas, l-iżjed meta nqisu li Malta ta' żmienna żgur mhix Malta ta' nofs is-snin tmenin. Il-ġabra Perspettivi/Perspectives reġgħet ġibdet l-attenzjoni tiegħi minħabba żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, din is-sensiela ta' artikli tagħti prova oħra ċara li Sant tabilħaqq għadu intellettwali Malti validu ħafna għal Malta tas-seklu 21. It-tieni, is-sensiela tinkludi fiha tal-inqas żewġ artikli li jorbtu tajjeb mad-diskussjoni li mistenni jieħu sehem fiha din il-ġimgħa ma' Salman Rushdie. L-ewwel wieħed, Reliġjon Organizzata u Soċjetà Ċivili, jista' jitqies punt ta' referiment tajjeb għad-diskussjoni dwar il-kwistjonijiet ferm perikolużi li qamu bejn Rushdie u diversi għaqdiet estremisti Islamiċi wara l-pubblikazzjoni tar-rumanz Il- Versi Sataniċi (e Satanic Verses, 1988). Kif irrimarkajt ġimgħa ilu, f 'dan ir-rigward ma jistax jonqos illi ssir referenza għall- attakki terroristiċi li twettqu x-xahar li għadda fi Franza u fl- Awstrija. Ngħid għalija ngħoddu b'relevanti wkoll għal inċident pjuttost inkwetanti li osservajt it tal-jiem ilu f 'pubblikazzjoni partikulari fuq il-midja soċjali. Niġi għal dan dalwaqt. It-tieni kontribut, Is a World Without Walls Compatible with Cultural Diversity?, jorbot tajjeb mhux biss ma' dan kollu iżda wkoll — ġaladarba qed nittrattaw il-ħitan u d-diversitajiet kulturali — ma' bosta kwistjonijiet ewlenin illi fuqhom ġiet missielta l-elezzjoni Presidenzjali tal- Istati Uniti. Dan il-kontribut huwa paper illi Alfred Sant ippreżenta fil-kungress 'A World Without Walls - An International Congress on So Power, Cultural Diplomacy and Interdependence' organizzat mill-Academy for Cultural Diplomacy lejn tmiem l-2009 f 'Berlin. Lejn tmiem din il-paper, illi fost ħwejjeġ u avvenimenti oħra tittratta wkoll il-waqgħa tal-Ħajt ta' Berlin, Sant jiaħ parenteżi rigward it-tensjonijiet kontradittorji u xejn mixtieqa li spiss iġib miegħu t-tkissir tal-ħitan — kemm ta' dawk fiżiċi u kemm ta' dawk metaforiċi — b'referenza għall-fenomenu tat-theddid terroristiku. F'dan ir-rigward dan il-paragrafu partikulari jistħoqqlu ċitazzjoni sħiħa: "e paradox then would be that in turn, in order to protect our world without walls, new measures must be devised, as they have been devised, to establish adequate Alfred Sant