Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1307482
15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 kkulurit... u filli Patri Kapuċċin "Il-problema li nara hija li r-reliġjon iġġorr magħha ħafna konnotazzjonajiet negattivi. Ħafna nies iħarsu lejn ir- reliġjon bħala dik li ma tħallinix nagħmel li rrid," jisħaq mal- gazzetta. Hu jgħid li huwa vera, il-liġi hemm qegħda, "imma jekk naħsbu ftit, il-liġi qegħda hemm għall-ġid tagħna." "Problema oħra li nara, hija li l-bniedem la jrid sfidi u wisq anqas jiċċaħħad. U l-fidi titlob propju dan minna. Imma kif nafu, se nikbru u nimmaturaw biss jekk nagħmlu l-isforzi tagħna u niddixxiplinaw lilna nfusna. Għalhekk, kull sfida li tagħmlilna r-reliġjon hija hemm biex aħna niskopru potenzjal dejjem akbar fina nfusna, li huwa l-ispirtu tal-Mulej li irid jagħtina l-ħajja vera," jgħid il- patri żagħżugħ. Kif tara li Ġesù huwa u għadu importanti llum f 'ħajjitna? Il-Patri jgħid illi Ġesù ukoll jibqa dejjem relevanti, għall- istess raġuni li r-reliġjon tibqa dejjem relevanti; "il- bniedem jixtieq l-imħabba u s-salvazzjoni. Li jeħtieġ il- bniedem huwa li jiftaħ qalbu għall-Ġesù u jħallih idewqu mħabbtu li hija bil-wisq akbar minn dak kollu li doqna jew li nistgħu nimmaġinaw." Huwa jispjega kif il-fidi f 'Ġesù hija relazzjoni. "Bħalma nirrelata ma' ħabib li jħobbni u li jixtieqli l-ġid, l-istess ma' Ġesù. Kif ħabib jisfidani (għax iridli t-tajjeb kollu tad-dinja) l-istess Ġesù. Jeħtieġ biss li jkun hemm fiduċja fih kif ikollna f 'ħabib tad-demm u l-laħam." 'Huduh il-pass 'il quddiem anke jekk fid-dlam' Finalment il-gazzetta tistaqsi lill-patri żagħżugħ biex jgħaddi messaġġ - tipiku ta' ħidmietu fil-komunità - lil dawk li forsi qed jaqtgħu qalbhom. Huwa sostna li kull pass huwa sfida, għax ma' kull pass ġdid irridu naffaċċjaw dak li jfakkar illi bl-ingliż insejħulu l-fear of the unknown, il-biża' ta' dak li ma nafux biżżejjed dwaru. "Għaldaqstant, inħeġġeġ lil tant persuni li jinsabu quddiem sfida ġdida jew quddiem xi pass importanti f 'ħajjithom biex iħarsu dejjem 'il quddiem u jagħmlu l-pass anke jekk fid- dlam," jisħaq Jethro Bajada. "U jittamaw! Ta' għajnuna kbira tkun jekk isibu lil xi ħadd li jista' jimxi magħhom u jgħinhom jaraw xi ftit aktar ċara s-sitwazzjoni tagħhom. Fil-każ ta' vokazzjoni, għandhom ifittxu li jitkellmu ma' xi patri, soru jew qassis biex jgħinhom jifhmu dejjem aħjar dak li għaddejjin minnu." Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Patri Jethro biex ikompli jkun ta' ispirazzjoni u għajnuna għal dawk kollha li jsegwuh u jaqraw din l-istorja. Fejn hemm ir- rieda, tasal! Ritratt: Pix by P Jethro Bajada meta kien għadu iżgħar Kont niżfen il-breakdance u kont inħobb id-drama. Kont imdawwar bi ħbieb bis-sens