Illum previous editions

ILLUM 8 November 2020 opt

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1307482

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 Josianne Cutajar Naħdmu għal Turiżmu sostenibbli H uwa fatt magħruf li bil-pandemi- ja tal-COVID-19, is-settur tal-iv- jaġġar u t-turiżmu ntlaqat sew. Nafu kemm it-turiżmu huwa pilastru ewlieni fil-kuntest soċjoekonomi- ku Malti u jikkontribwixxi b'mod sostanz- jali fil-ħolqien tal-ġid u l-impjiegi. Għalhekk l-għajta, speċjalment bil-ħidma tiegħi kemm fit-Task Force dwar it-Turiżmu u wkoll f 'fora oħra, fosthom il-Kumitat tat- Trasport u Turiżmu fil-Parlament Ewropew u l-Grupp SEARICA, hija biex ikun hemm ħidma kollettiva ħalli ngħinu lil dan is-settur jerġa' jirpilja – u wkoll inressqu lil dan is- settur għal wieħed sostenibbli. Ħadt gost li fil-baġit li għadda kien hemm biċ-ċar kif il-Gvern Laburista qed jara l-ħidma tiegħu f 'dan is-settur. Mhux biss biex jgħinu f 'dawn iż-żminijiet bla preċedent li għaddejjin minnu, imma wkoll biex ikun settur sostenibbli. Nafu li bl-effett tal-pandemija tista' tgħid li mil-lejl għan-nhar, is-setturi marbuta mat- turiżmu raw id-dħul tagħhom nieżel b'mod drastiku – kważi tista' tgħid li waqaf għal kollox. Imma l-baġit jaħseb biex jgħin ukoll lil dan is-settur f 'dan il-mument ta' diffikultà. Għajnuna li għas-sena d-dieħla se ssarraf f 'ħidma bla heda biex nirkupraw kemm nistgħu dak li tlifna. Dan se jsir fi sfond ta' sfidi li huma kbar. Malta se tkun f 'kompetizzjoni għal numri iżgħar ta' vjaġġaturi globali imma bil-ħidma li hemm ippjanata rridu naraw mixja lejn triq ta' riżultati aħjar mill-medja internazzjonali. Għalhekk fil-baġit hemm strateġija aġġornata għall-iżvilupp tat-turiżmu bbażata fuq il-prinċipji ta' bidu ġdid tal-industrija li huwa msejjes fuq sisien aktar sostenibbli u kompetittivi u li jimmiraw għal aktar kwalità. Strateġija li għandha twassal sas-sena 2030. Il-Gvern mhux qed jara biss li jgħin b'miżuri u b'għajnuna finanzjarja. Irid isaħħaħ lil dan is-settur b'diversi modi. Ħidma li għandha twassal lill-industrija tat-turiżmu timxi lejn 'Net Zero Carbon Neutral', fl-ambitu tal-kuxjenza tas-soċjetà li qed tiem aktar l-impatt fuq l-ambjent li ngħixu fih. Għalhekk l-għajnuna lil dan is-settur, biex kull stabbiliment turistiku żgħir jew kbir f 'pajjiżna jibda jiġġenera biżżejjed enerġija minn sorsi nodfa, filwaqt li jnaqqas il-konsum permezz ta' investimenti f 'teknoloġiji innovattivi. Miri ambizzjużi iżda importanti. Ħidma wkoll għal investiment diġitali f 'dan il-qasam, biex il-Gvern jara li anki fil- qasam tat-turiżmu, tidħol id-diġitalizzazzjoni li għandha tippreżenta opportunitajiet għan-negozji biex ikomplu jespandu l-firxa tas-swieq tagħhom, iżidu t-tkabbir, itejbu l-effiċjenzi fl-operat, u jkabbru l-vantaġġ kompetittiv tagħhom. Ħidma li tinkludi wkoll ir-riġenerazzjoni u ż-żamma fi stat tajjeb taż-żoni turistiċi billi tul is-sena d-dieħla se jitnieda 'Design Contest' bil-għan li jitfassal Pjan Ħolistiku għar-Riġenerazzjoni ta' diversi żoni turistiċi. Pjan li jinkwadra sew ma' dik li hija l-ħidma li qed issir fl-Unjoni Ewropea biex dan is-settur jerġa' jitqajjem fuq saqajh – imma wkoll biex ikun settur sostenibbli. Fil-fora Ewropej, bħala membri tat- Task Force tal-Parlament Ewropew dwar it-Turiżmu, ilna nitolbu lill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea biex twettaq dak li huwa meħtieġ u tiżgura li tressaq strateġija dwar turiżmu sostenibbli u wkoll biex ikun hemm linja baġitarja li tkun dedikata għal dan is- settur. Fi tmiem ix-xahar li għadda waqt l-Assemblea Ġenerali tal-'Conference of Peripheral Maritime Regions of Europe' kien diskuss dan is-suġġett b'enfasi mal- Mediterran. Ħadt sehem attiv f 'din il- Konferenza u stqarrejt li l-Mediterran huwa reġjun sabiħ, imfittex minn mases ta' turisti sena wara sena, b'hekk il-Mediterran jiddependi ħafna mit-turiżmu. Hemm bżonn li jittieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji biex dan is-settur ikun mgħejjun jerġa' jsib saqajh u biex naraw kif ma nibqgħux inħarsu biss lejn in-numri ta' turisti iżda wkoll lejn il-kwalità. Sħaqt li din is-sitwazzjoni tista' wkoll tkun opportunità għar-reġjun biex jieħu nota ta' dak li ma kienx jaħdem fit-turiżmu tal-massa kif konna mdorrijin, nirriflettu u mmorru bi pjan għal settur turistiku aktar sostenibbli, ħalli nibdew mill-ġdid. Għalhekk tkellimt dwar diversi punti. Li hemm bżonn sforz konġunt fit-turiżmu; li hemm bżonn aktar involviment tal- UE; il-bżonn ta' ħolqien ta' 'European Tourism Union' li tagħti politika komuni Ewropea għat-Turiżmu, bi Pjan ta' Azzjoni dwar Turiżmu sostenibbli; li jkun hemm kriterji ċari ta' sostenibbiltà li jkopru impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali b'kooperazzjoni intergovernattiva; li fil- Multiannual Financial Framework hemm bżonn allokazzjoni għall-Baġit Sostenibbli għat-Turiżmu; li l-Bank Ewropew tal- Investiment jibni fuq il-miżuri diġà mressqa indirizzati lejn l-SMEs u joħloq qafas li jippermetti aċċess għal finanzjament għal dawn in-negozji żgħar fis-settur tat-turiżmu u wkoll li l-flessibilità mogħtija fir-regoli tal-Għajnuna dwar l-Istat għandha tibqa' għat-tul tal-fażi ta' rkupru u wara dan tibqa' f 'postha għal dawk iż-żoni li l-aktar għandhom bżonnhom, inkluż żoni kostali u gżejjer. Nemmen bis-sħiħ li dan huwa l-qafas li l-Unjoni Ewropea trid taħdem fuqu għal dan is-settur, biex tgħinu jerġa' jqum fuq saqajh u tagħmlu reżiljenti għall-futur, għall- benefiċċju ta' eluf ta' negozi u ħaddiema li jiddependu minnu. Josianne Cutajar hija Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Nafu li bl-effett tal-pandemija tista' tgħid li mil-lejl għan-nhar, is-setturi marbuta mat-turiżmu raw id-dħul tagħhom nieżel b'mod drastiku – kważi tista' tgħid li waqaf għal kollox. Imma l-baġit jaħseb biex jgħin ukoll lil dan is-settur f'dan il-mument ta' diffikultà

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 November 2020 opt