Illum previous editions

ILLUM 8 November 2020 opt

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1307482

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 analiżi IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 • illum "ĦUTI MALTIN" – META L-POPOLARI JSIR POPULISTA Il-populiżmu x'inhu ? Imma l-populiżmu dejjem ħażin ? Minn fejn beda ? F'Malta kif żviluppa ? L-ILLUM tanalizza CARMEL BORG U JOE GRAVINA Il-kliem 'populista' u 'populiżmu' sikwit jitfaċċaw fid-diskors politiku u fir-riċerka tax-xjenzati soċjali u politiċi. Ħafna drabi, f 'kuntest ta' pika bejn partiti, il-kliem imsemmija jintużaw biex joskuraw lir-rival politiku; ġest li jindika li l-kelma populiżmu, jew il-varjazzjonijiet tagħha, għandhom konnotazzjonijiet negattivi, u meta tissemma' x'aktarx li tkun qiegħda tintuża biex twaqqa', tbaxxi jew tiddipprezza lin-naħa l-oħra. Ġeneralment, il-populiżmu jdur madwar figura politika, x'aktarx kariżmatika u verbuża, li għandha l-qawwa li tappella l-aktar lill- 'poplu' komuni, li jħossu mġenneb mill-politiċi 'komdi' u minn dawk li dejjem gawdew mill-mejjilla tal- ġid. L-għaġna ta' min hu 'għadu tagħna' hija waħda, u ġeneralment tissejjaħ 'establishment', terminu mċajpar li jiġbor lil kull min jitqies bħala kwalifikat għat-tisliba politika. F'kuntest ta' uġigħ ta' din il-massa, il-populist jappella għax jippożizzjona ruħu bħala l-barrani f 'sistema mnawra, u allura jidħol fil-kolossew politiku bħala l-gladjatur messjaniku u fejjiedi f 'isem din il-massa oppressa. Fl-uġigħ tagħha, il- massa qajla tinduna bil-falzità tal-messaġġ populista li jwiegħed kollox lil kulħadd, inkluż qawmien immedjat mill-mewt soċjali u ekonomiku, u trażżin mhux biss tal-wikkiela tal-poter imma wkoll tal-'mostru barrani'. Dan tal-aħħar, f 'moħħ il-ġemgħa rrabjata, ħafna drabi jitqies bħala l-impreżarju ewlieni tar-rovina personali tagħhom. Ħafna huma dawk li għandhom l-impressjoni li l-populiżmu huwa fenomenu riċenti u marbut intimament mal-lemin estrem. Filfatt, il-populiżmu m'huwiex fenomenu ġdid fil-politika. Biex ma mmorrux daqshekk 'il bogħod, fl-Istati Uniti tas- seklu dsatax u fir-Russja pre- rivoluzzjonarja, diġà kien hemm movimenti/partiti populisti. Fir- Russja pre-rivoluzzjonarja, kienu bosta l-intellettwali li aġitaw lill-massa tal-bdiewa, u fl-Istati Uniti tas-seklu dsatax inħoloq il- moviment tal-bdiewa li fi it snin żviluppa fil-Partit tal-Poplu. Fis- seklu għoxrin, id-dinja rat diversi movimenti u individwi li daħlu f 'relazzjoni populista mal-massa, mill-Peroniżmu fl-Arġentina għan-Nasseriżmu fl-Eġittu. Aktar riċenti, f 'dawn l-aħħar snin, il- populiżmu xxettel, kemm fuq in- naħa tax-xellug politiku kif ukoll fuq dak lemini – Donald Trump, Viktor Orbán, Rodrigo Duterte, Marine Le Pen, Matteo Salvini u Jair Bolsonaro fuq ix-xaqliba leminija, u Evo Morales, Hugo Chavez, Andrės Manuel López Obrador fuq in-naħa xellugija, biex insemmu it eżempji. Il-populiżmu tkattar hekk kif il-moviment Soċjal Demokratiku, ix-xellug meqjus bħala palatabbli mill-massa tal-Punent, daħal fi kriżi eżistenzjali fis-snin Sebgħin, fl-istess żmien meta l-globaliżazzjoni saret kelma fuq fomm kulħadd. Aspetti mill- 'welfare' bdew jitqiesu bħala ħela ta' flus jew spiża mhux affordabbli. L-għajta tal-politika soċjali li taħseb fil-batut inbidlet f 'dik li timbotta sabiex il-baġit jiffinanzja lil min għandu u, marbuta ma' dan, tipprepara lill- batut ħa jaħdem. Il-ħolma kienet li l-batut jaqla' lilu nnifsu mill- miżerja, u mhux li jħalli f 'idejn il- gvern. Il-privat, fejn jista', jagħtih l-opportunità li jaħdem. B'hekk, karattru prim tal-globalizazzjoni – l-investiment barrani - jirnexxi. Dan fetaħ xenarji oħra fil-politika, b'anqas gvern, b'emfasi akbar fuq il-ġid privat, ir-rappreżentazzjoni tal-fqir bħala potenzjalment abbużiv u parassita tas-soċjetà, it-tnaqqir tax-xibka soċjali u l-komodifikazzjoni ta' servizzi pubbliċi. Iċ-ċentru politiku, aċċellerat bil-waqa' tal-ħajt ta' Berlin, u mill-verżjoni estrema tal-ekonomiżmu lemini, fis- sura tal-esperiment neo-liberali fiċ-Ċile, fl-era Pinochet, u l-imperjaliżmu u l-universaliżmu ideoloġiku-militari aggressiv ta' żmien Reagan u atcher, waslet għal politika li tinnormalizza l-kultura tal-profitt l-ewwel, ta' kollox suq, inkluż il-bniedem, u tal-illużjoni li l-era tal-ideoloġiji spiċċat u li l-Istorja ntemmet. Dan il-kuntest, ikkaratterizzat minn tnaqqir sistematiku tal- alternattivi ideoloġiċi u viżjonarji ċari, mifruxin u normalizzati, Dom Mintoff

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 November 2020 opt