Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1307482
23 rakkont illum • Il-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 Sharon Calleja Maren (It-tieni parti minn Erbgħa) F etħet għajnejha bilmod. Fil-bidu bdiet taħseb li kienet ħalliet din id-dinja u forsi kienet tinsab il-ġenna! Żgur f 'post aħjar minn hawn. Għax kienet qiegħda tħossha tajba. Tajba ħafna! Iżjed minn tajba! Għalkemm ġisimha kien mitluq u bla saħħa bid-daqqiet li kienet ġarrbet xħin kien ċeda parti mis-saqaf tat-torri u kienet sabet ruħha f 'gorboġ ġebel, Maren kienet ħasset par idejn joħorġuha 'l barra. Kienet ħassitha tintrefa' 'l fuq minn xi ħadd li donnu kien jimpurtah. Kienet semgħet leħnu. U rat wiċċu. Għalkemm imnifsejha kienu mimlijin trab u bilkemm setgħet tieħu nifs sew, xagħarha kien mimli għabra u ħmieġ, wiċċha magħqud u ma setgħetx iċċaqalqu sew lanqas biex titkellem, kienet qiegħda sserraħ rasha ma' sidru. "Int min inti?" kienet ippruvat tistaqsih, imma beżgħet li kull ma ħareġ minn fommha kienet ħanqa baxxa li ma tantx kienet tiniehem. Kien qed iħares 'l isfel lejha Ġuvni. Ġuvni sabiħ. Sabiħ iżżejjed Xagħru qastni. Għajnejh kbar kaħlanin. Xuejh imdaqqsin u magħmulin b'mod perfett. Wiċċ ta' anġlu. "Kif inti?" staqsieha u xħin semgħet leħnu, ħasset idejha jaqbdu mal-qmis li kellu fuqu hekk kif bdiet tiġġieled magħha nnifisha biex tkompli miegħu. Iżda ma setgħetx. Ġisimha kien dgħajjef wisq! Kienet għadha kemm soffriet trawma kbira! Kienet ħadet xi daqqa f 'rasha! U anke hekk kif beda miexi biha, bilkemm felħet iżżomm għajnejha miuħin. U kien propju dak il-ħin li tbissmitlu kemmkemm u ħalliet rasha terġa' tintelaq fuq sidru. Kai kien qiegħed f 'dilemma! Ma kienx jaf x'kellu jaqbad jagħmel biha! Xi it ħin qabel, kien għaddej passiġġata qalb il-kampanja, qabditu ħalba xita ġmielha u kien ħaseb biex imur jistkenn f 'dak it- torri li kien sab qalb l-għelieqi. Peress illi huwa kien joqgħod lejn in-naħa l-oħra tar-raħal, Kai qatt ma kien jiġi dawn in-naħat. U llum! Illum kien fettillu jmur passiġġata twila! "Ara vera kollox bil-kontra tagħmel! Għallum ħallejtha dik il-passiġġata? Ajru griż u temp ikraħ!" seta' kważi jisma' leħen ommu tgħidlu. U kien ikollha raġun kieku qaltlu hekk! Imma issa x'kien ser jagħmel? Kien inħasad! Anzi, kien ħa l-akbar qatgħa ta' ħajtu, hekk kif eżatt malli wasal faċċata ta' dak it-torri majestuż, ra parti minnu tikkollassa quddiemu, toħloq buffura trab qawwija li mliet l-akkwati! U dik it-twerżiqa! Kien għadu qed jismagħha ddamdam f 'widnejh! "Ajjut!" kien sema' hekk kif ra dik ix-xena quddiemu. U għalkemm kien jaf li kien hemm periklu kbir, ma setax ma jmurx jipprova jara x'kien ġara eżatt u min kien weġġa'! Kien niżel kokka, qabad jiggranfa l-ġebel b'idejh u jarmihom warajh! Mingħajr ma kien jaf, kien beda jisma' lilu nnifsu jingħi, bejn bil-qatgħa li kienet għadha fuqu u anke minħabba l-fatt li l-ġebel kienu bdew jisolħulu idejh! Imma kien qed jibża' mhux it! Hemm taħt kien hemm persuna! Kien semagħha tgħajjat! "Oj! Oj!" beda jgedwed kważi waħdu, jipprova jara jismax xi risposta. U kien propju dak il-ħin li raha! Kien hemm biċċa njama kbira li donnha kienet qiegħda tipproteġiha mill-kumplament tal-ġebel li kien niżel għal fuqha. Donnu mill-bambin li kien ġara hekk! Kieku dik it-tfajla kienet mejta! Imma nduna. Induna li għalkemm kienet għadha qiegħda tieħu nifs, kienet mitlufa minn sensiha. U daħal hemm ġew u bi tbatija liema bħalha minħabba l-istat fraġli li kienet tinsab fih, beda jipprova jerfagħha bilmod. U ġiet f 'tagħha. Kemm kienet sabiħa! Kienet l-isbaħ tfajla li għajnejh qatt kienu raw! "X'jismek?" beda jipprova jċaqlaqha it, iżda ma kinitx weġbitu. Imbagħad fetħet għajnejha. U ħass l-art iddur bih. Dawk l-għajnejn! Qatt ma kien ser jinsihom! Qatt ma kienu ser joħorġu minn moħħu! Imma għalkemm bdiet tingħi xi it, ma tantx kienet tagħtu dettalji tagħha nnifisha! Kienet reġgħet intelqet għal kollox. X'seta' jagħmel biha? U kien propju dak il-ħin li Kai ddeċieda li jeħodha d-dar tiegħu. Għalkemm bi it tbatija minħabba l-fatt li l-ħamrija kienet imxarrba u bdiet teħillu mal-qiegħ taż-żarbun, Kai għaġġel kemm felaħ biha lejn id-dar. Daħal ġewwa. Ħadha fejn ommu, li ħadet ħsieb tpoġġiha fuq il-kanupew li kellhom fil-kċina. "Din Maren!" bdiet tgħidlu ommu, hekk kif bdew ixarrbulha wiċċha malajr ħalli jaraw tiġix f 'tagħha. "It-tifla ta' Żarenu!" U eżatt malli Kai kien sejjer ħalli jsejjaħ lit-tabib, bdew jisimgħuha tokrob! "Ajma rasi!" bdiet tgerwel u tmiss moħħha. "Maren?" qalilha Kai, iħaffef lura lejha ħalli jkellimha. Qamet bilqegħda fuq il-kanupew u bdiet tħares lejhom b'għajnejn kbar. Kellha wiċċha mimli trab u xi ġrieħi fuq idejha li kienu ħadu ħsieb inaddfulha kif setgħu. "Salvajtli ħajti!" qalet lil Kai, hekk kif ippruvat titbissimlu bilmod. "Għandek xorti!" qaltilha ommu, hekk kif resqet lejha u bdiet tifraħ biha għax rat li kienet ġiet f 'tagħha. "Nibqa' nafulek," qaltlu Maren. U dakinhar kienet l-ewwel ġurnata li kienu ltaqgħu. Kai u Maren. Għalkemm kienet damet xi sagħtejn biex ġiet aktar f 'tagħha, kien ħadha lejn darha bil-karettun tiegħu, kienu għamlu triq sħiħa jparlaw. Kienet ħarset f 'għajnejh u tbissmitlu bil-qalb. U hu. Hu kien għamel l-istess. U dakinhar, Maren kienet ħasset qalbha tħabbat b'mod aktar qawwi f 'sidirha. U xħin kienet qagħdet tkellmu, Kai kien ħaseb li qatt ma kien ra xbejba sabiħa daqsha. Kienet tagħtu idha u biesha. Eżatt malli niżlet mill-karettun, daħlet tħaffef fid-dar, għalqet il-bieb warajha u qagħdet għal it isserraħ daharha mal-bieb, tħoss li kienet iltaqgħet mal-isbaħ ġuvni ta' ħajjitha! "Nixtieq nerġa' narak," baqgħet tisma' l-kliem jidwu f 'widnejha hekk kif daħlet id-dar ħdejn missierha, tħoss qalbha tfur bl- imħabba. U l-għada kienet reġgħet ratu. U anke l-pitgħada. U l-ġurnata ta' wara. Kai u Maren kienu saru jinħabbu. U l-imħabba tagħhom kienet qisha ura sabiħa f 'nofs għalqa ħaxix ħażin u mitbiel. "Ma rridx nerġa' narak miegħu!" kien qalilha missierha xħin induna bir-relazzjoni ta' bintu ma' dak il-ġuvni tal-ħabbagozz li kien jgħix f 'tarf ir-raħal. "Ma rridekx toħroġ ma' dak, imt!" "Imma jien lilu nħobb u lilu rrid!" kienet tgħidlu Maren, b'wiċċha aħmar nar. Tisfidah! Dak li kienet tagħmel! "Issa nsib mod li nifridkom jien!" kien ħaseb dakinhar missierha. Dakinhar li kienet reġgħet ħarġet ma' dak l-għafrid! Żarenu kien tbissem waħdu. Kien ġieh ħsieb. Ħsieb għal pjan biex jifridhom. U tbissem. Tbissem waħdu fil-kċina hekk kif mar jitfi l-lampa u daħal jorqod.