Illum previous editions

ILLUM 8 November 2020 opt

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1307482

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Huwa allarmanti li l-biċċa l-kbi- ra tad-dinja mhijiex ipprepara- ta u saħansita mhux lesta biex tiġġieled it-tibdil fil-klima. Iżda dan ma jfissirx li ma nist- għux nfasslu triq 'il quddiem. Michelle Borg, mill-Awtorità tal-Ippjanar taqsam xi għarfien dwar kif il-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp (SPED) jipproponi miżuri li jappoġġjaw l-azzjonijiet ta' Malta biex itaffu u jippreparaw għat-tibdil fil-klima permezz ta' ippjanar spazjali effettiv. Għall-biċċa l-kbira tal-2020, it-tibdil fil-klima ġie eskluż mill-aħbarijiet madwar id-dinja minħabba l-pandemija tal-coro- navirus. Madankollu l-impat- ti negattivi tagħha huma reali ħafna, minħabba li x-xjenza tibqa' l-istess: id-dinja kollha qed tisħon b'rata allarmanti u perikoluża. Hekk kif il-pandem- ija hija terribbli, l-effetti tat-tibdil fil-klima se jkunu agħar – illum qabel għada. "Huwa diffiċli li wieħed jaħseb dwar it-tibdil fil-klima bħala kwistjoni urġenti għaliex, speċ- jalment f 'Malta, ma nistgħux ngħidu li aħna nħossu l-impatt tiegħu fuq bażi ta' kuljum," tisp- jega Michelle Borg, Green and Blue Development Unit Manag- er fl-Awtorità tal-Ippjanar (PA). Wara li ħadmet fil-PA sa mill- bidu tagħha, is-Sinjura Borg issa tmexxi l-integrazzjoni tal-iżvi- lupp sostenibbli fl-ippjanar spaz- jali ta' Malta. "Meta eventwalment inħos- su l-ħtieġa li naġixxu, jista' jkun diġà tard wisq, u huwa għalhekk li għandna bżonn nippjanaw. L-ippjanar effettiv huwa kruċ- jali għaliex jipprovdi direzzjoni strateġika li għandha tiġi segwi- ta. L-ippjanar spazjali oriġinar- jament kien għodda li jgħinna nippjanaw b'mod effiċjenti l-ib- liet u l-irħula tagħna. Minn dak iż-żmien 'l hawn tħaddan ukoll bħala strument biex jappoġġa s-sostenibbiltà. Madankollu, ħaf- na drabi dan jintesa u prijoritajiet oħra jegħlbu il-proċess tal-ippja- nar. Din hija problema serja meta nitkellmu dwar t-tibdil fil-klima." Ħames snin ilu, l-PA għamlet progress sinifikanti lejn l-istab- biliment ta' viżjoni strateġika dwar kif Malta tista' tnaqqas l-im- patt tagħha fuq it-tibdil fil-kli- ma, kif ukoll tadatta għaliha. Il- Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp (SPED) tal-2015 huwa pjan ħolistiku biex jinsab bilanċ bejn l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-pajjiż, u l-protezzjoni taż-żo- ni naturali tal-pajjiż. "Bl-iSPED, ridna noffru viżjo- ni strateġika għall-iżvilupp sos- tenibbli ta' Malta. Aħna bnejna fuq policies u dokumenti tal-ip- pjanar preċedenti – inkluż il- Pjan Strutturali tal-1992, pjani- jiet lokali tal-2006, ir-Rapport dwar il-Politika Ambjentali Naz- zjonali u ir-Rapport dwar l-Istat tal-Ambjent – b'policies ġodda marbuta ma' ekonomiji b'livell baxx ta' karbonju li joħolqu filo- sofija li tista' tiġi adottata b'mod aktar dettaljat mill-proċessi tal-iżvilupp, policies u leġiżlazz- joni sussidjarji li huma aktar speċifiċi" tkompli s-Sinjura Borg. "Aħna identifikajna t-tib- dil fil-klima bħala wieħed mis-suġġetti ewlenin tal-iSPED għaliex, minħabba d-daqs u l-post żgħir tagħna, il-Gżejj- er Maltin huma vulnerabbli għall-impatt previst tat-tib- dil fil-klima u se jsawru l-futur tagħna. Il-vulnerabbiltà tagħ- na għandha x'taqsam mal-post tagħna fin-Nofsinhar tal-Ewropa u l-fatt li aħna arċipelagu żgħir urbanizzat ħafna bi it li xejn spazju biex nimmanuvraw." "Qed niffaċċjaw tnaqqis fix-xi- ta li tista' twassal għal nixfa, jew maltempati li jistgħu jikkawżaw għargħar f 'daqqa. Għalhekk, jeħtieġ li nipproteġu r-riżorsi tal-ilma ħelu tagħna, li jinkludu l-iċċarġjar mill-ġdid tal-akwiferi tagħna. Madankollu, il-bidliet fil-livell tal-baħar se jaffettwaw iż-żoni kostali u l-ilma ta' taħt l-art, li se jkollhom impatt fuq il-proċessi ekoloġiċi u agrikoli li l-attivitajiet soċjoekonomiċi tagħna ta' kuljum jiddependu fuqhom, apparti l-attivitajiet ekonomiċi ta' max-xtut." It-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' greenhouse gases huwa vitali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-kli- ma, għalhekk l-objettiv primarju tal-iSPED f 'dan ir-rigward huwa li jappoġġa l-azzjonijiet ta' Mal- ta biex tnaqqas l-emissjonijiet. "F'Malta, il-ġenerazzjoni tal-en- erġija hija kruċjali. Il-bidla tagħ- na mill-heavy fuel oil għall-gass naturali għenet, iżda għadna lura fil-miri marbuta mal-użu tal- art, it-trasport u l-iskart. Jekk nagħmlu sforz biex nappoġġjaw l-iżvilupp effiċjenti fl-użu tal-en- erġija, aħna nkunu qed ngħinu lil Malta tnaqqas l-emissjonijiet." L-iSPED tidentifika wkoll l-in- tegrazzjoni tal-infrastruttura u l-materjali tal-enerġija rinnov- abbli fid-disinn, il-kostruzzjo- ni u t-tħaddim tal-bini, b'mod partikolari fis-setturi pubbliċi, industrijali u kummerċjali ta' Malta. Jirreferi wkoll għall-ħtieġa li jittejjeb it-tranżitu pubbliku u jiġu promossi sorsi ta' uwil rin- novabbli u modi ta' trasport min- għajr emissjonijiet tal-karbonju. "Issa li l-pjan ilu ħames snin, ir-reviżjoni tiegħu ser tiżgura li jibqa' pjan strateġiku avvanzat. Huwa wkoll żmien għall-pub- bliku biex jinvolvi ruħu billi jip- parteċipa b'mod attiv fid-diversi fażijiet ta' konsultazzjoni pubbli- ka li se jiġu adottati fix-xhur li ġejjin. "Ilkoll kemm aħna – kolletti- vament – nistgħu nnaqqsu l-ef- fetti tagħna fuq l-ambjent, kif ukoll intejbu l-kapaċità ta' Malta li tadatta għat-tibdil fil-klima," tispjega s-Sinjura Borg. "It-tib- dil fil-klima se jkollu impatt fuq is-saħħa, l-ambjent u l-ekonomija tagħna. Aktar minn qatt qa- bel, jeħtieġ li nip- pjanaw b'mod strateġiku u dan huwa fejn doku- ment bħall- i S P E D jista' jser- vi l-iskop tiegħu, bħa- la referen- za għall-awtoritajiet ta' Malta u r-residenti tagħha. Madankollu, ir-rispons komprensiv jiddepen- di fuq din il-viżjoni strateġika li qed tiġi applikata b'mod re- sponsabbli fil-ħajja ta' kuljum." Il-Pjan Strateġiku ta' Mal- ta għall-Ambjent u l-Iżvilupp jinsab fuq il-websajt tal-Aw- torità: https://www.pa.org.mt/ strategic-plan Kif nistgħu nippjanaw għat-tibdil fil-klima f'Malta? Michelle Borg, Green and Blue Development Unit Manager fl-Awtorità tal-Ippjanar

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 November 2020 opt