Illum previous editions

ILLUM 15 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1309489

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

23 rakkont illum • Il-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2020 Sharon Calleja Maren (It-tielet parti minn erbgħa) K emm kienet għal qalbha miegħu! Kai kien dak kollu li dejjem xtaqet. Kien iħobbha. U ħafna. Anke hi. Kull min kien jarahom flimkien, kien jinduna li dak li kien hemm bejniethom kien kważi maġiku. Pero, bħal ma kienu jgħidu l-antenati tagħna; fid-dinja qatt ma tista' tkun kuntenta minn kollox. U hekk ġara wkoll f 'dan il-każ. Żarenu. Missierha. Missierha kien inkwetat ferm. Kien qed jibża' li jitlef lill-unika wild li kellu. Dik it-tifla li kien rabba' b'tant għożża u mħabba kienet ser titlaqlu ma' dak il-ġuvni li huwa qatt ma kellu grazzja miegħu. "Għandi bżonn inkellmek," qalilha darba fost l-oħrajn hekk kif kienu għadhom kemm kielu l-ikla ta' filgħaxija fid-dawl tal-lampa. Ħarset lejn missierha b'għajnejn kbar u sbieħ li anke f 'dak id-dlam, kienu qegħdin ileqqu u setgħa kważi jara d-dellijiet tal-amma tal-lampa tilgħab ġo fihom. Fetħet ħalqha biex twieġbu iżda lanqas biss taha ċans titkellem. "Ser ikollok titlaq," qalilha bis- serjeta. Hekk kif kienet qiegħda żżomm it-tazza bl-ilma f 'idejha, bil-qatgħa li taha, kienet kważi żelqitilha minn idejha u għal it ma xxarbitx kollha! "X'inti tgħidli, missier?" staqsietu, ħalqha miuħ beraħ, tħoss ir-rieq tielgħa f 'ħalqha minn ġo griżmejha. Inħasdet. Qatt ma stenniet dawn il- kelmiet! "Għandek bżonn tmur tagħmel it ġranet Għawdex għand iz-ziju Karmnu. Dak issa qed jixjieħ u għandu bżonn xbejba bħalek ħalli tieħu ħsieb issajjarlu it u tieħu ħsiebu. M'għadux ta' waħdu." L-ewwel it mumenti, ma weġbitux. Baqgħet hemm iċċassata tħares lejh, iżżomm dik l-imbierka tazza f 'idha! "Le, kif nista' mmur Għawdex! Missier!" weġbitu, tħoss ix-xfar t'għajnejha jtektku bid-dmugħ li kellu bżonn jinżel minn ġo fihom iżda li ma setax, bil-ħasda li kienet għadha kemm ħadet! Dak missierha kif kien qed jgħidilha hekk? U Kai? Lanqas ġurnata waħda ma kienet tissaporti ma tarahx, aħsebuara xi ġranet! "Imma missier...................!" "Din hija ordni, Maren!" "Le!" għajtet waħda kbira, li dwiet mar-razzett kollu. "Maren, diġa rranġajt kollox! Il- ġimgħa d-dieħla................" "Nirriuta!" Kienet taf. Fil-fond ta' qalbha kienet taf għalfejn kien ser jibgħatha 'l bogħod. Kienet tarah kif kien iħares lejh. Kienet tara l-ħarsa tiegħu xħin kien jaraha flimkien mal-maħbub tagħha. Mela hi kienet xi belha jew! "Ma rridx! Fhimt!" weġbitu, tigdem xoffitha, tpoġġi t-tazza fuq il-mejda bil-herra u titlaq 'l barra mill-kamra ħalli ma jarahiex tibki. "Hekk iddeċidejt. U hekk ser isir!" qalilha kważi jitbissem waħdu. Tiegħu kienet ser tgħaddi. U kien deċiż. Dakinhar li qalet lil Kai, kienet ħasset qalbha ser tinqasam. Rat wiċċu. Ratu jħares lejha bil-ħniena, rat ir-rogħda f 'idejh, xuejh jixxuttaw hekk kif qabad jagħfasha miegħu donnu ma ried jitlaqha b'xejn. "Jien inħobbok, Kai," qaltlu. "Imma missieri baqa' jinsisti.................." "Għal it ġranet biss, ħanini. Ftit ġranet jgħaddu," qalilha Kai, donnu jaċċerta ruħu li kien ser jaraha ma jdumx. Kienet bisitu bil-qalb, ħasset ruħha trid toħroġ minn ġo ġisimha sabiex tibqa' miegħu. U dakinhar li kellha tmur lejn Għawdex bil-bastiment, kienet ħassitha rrabjata. Irrabjata għal missierha. Għal zijuha talli kien parti mill- pjan. Irrabjata għal Għawdex. Għal Malta. Għal Kai. Għal kollox u għal kulħadd. Kienet tefgħet it ilbiesi f 'bagalja mdaqqsa u kienet telqet. L-aħħar ħarsa tal-maħbub tagħha Kai hekk kif kien qalilha ċaw ma setgħetx tneħħiha minn quddiem għajnejha. Kemm kienet tħobbu! Kif kienet ser tgħaddi mingħajru? Imma it ġranet kienu jgħaddu................. Ftit biss.................. Ftit. Imma mhux hekk kien. Xħin kienet marret Għawdex fir- razzett taz-ziju, kienet sabet ħafna xogħol jistennieha. Riedet issajjarlu. Taħsel l-art. Tnaddaf l-istalel. Tmur tagħmillu x-xirja. Billi kien bil-bastun, kien ikollha tgħinu jimxi sas-sodda. Tgħattih bil-gverta. Tqajmu filgħodu. Tiġbor il-bajd. Tagħlef il-bhejjem. U l-ġranet bdew għaddejjin. U bdiet tirċievi l-ittri. L-ewwel waħda kienet mingħand Kai. U anke t-tieni. U t-tielet. Kuljum kien jibgħatilha. Kien jgħidilha li jħobbha u jaġġornaha fuq kif kien għaddej. Imbagħad meta kienet waslet l-aħħar ġimgħa li suppost kellha tkun hemm, irċeviet ittra oħra. Ittra li kienet għamlitilha ħafna dwejjaq. Ħafna nervi. Kienet qabdet tgħaffiġha u telqet tiġri lejn l-għelieqi, tibki kemm tiflaħ. "Binti, ser ikollok toqgħod hemm għal it ġranet oħra. Iz-ziju kitibli li qed jieħu gost bik u li għandu bżonnok hemm," kien kitbilha missierha. "Imma zi, jiena għandi maħbub u nixtieq narah," kienet karbet lil zijuha. "Imma Maren, jien kif ser ngħaddi mingħajrek? Tarani ngħix waħdi hawn? Mingħajr ħadd ma jieħu ħsiebi? Issa m'għadnix żgħir u ninkwieta li jiġrili xi ħaġa u nkun hawn waħdi." "Imma jien ma nistax nibqa' hawn!" "Jekk jogħġbok, Maren!" U ġimgħa wara l-oħra. Ġimgħa wara l-oħra. L-ittri li kien qed jibgħatilha Kai, waqfu. U bdiet tinkwieta. Kif ma kienx għadu jiktbilha? Tgħid kien insiha? U kitbitlu hi. Kitbitlu ittra oħra. U oħra. U oħra. Imma qatt ma reġa' weġibha. U issa kienu għaddew xahrejn minn dakinhar. Mill-aħħar ittra li kienet irċeviet u li kienet iżżomm flimkien mal- ittri l-oħra li kien bagħtilha qabel. U kienet tmur mixja qalb il-kampanja kuljum taħseb fih u fl-imħabba sabiħa li kien hemm bejniethom. "Jien inħobbok, Maren!" kienet tisma' leħnu jidwi qalb l-għelieqi ħodor, jintilef maż-żiffa ħelwa tal- madwar. "Anke jien!" kienet tgħid lill- baħħ. Lix-xejn. Lilha nnifisha. U kienet tisħet il-mument li kienet telqet mid-dar. Li kienet tbiegħdet minnu. Minn Kai. Il-maħbub tagħha. U dakinhar, kienet qiegħda hemm, mixħuta fuq il-ħaxix ħażin, tħoss qalbha maqsuma, tħares lejn xi siġar kbar u sbieħ li kienu qegħdin jagħmlulha d-dell mix- xemx qawwija. Għalfejn kienet ħalliet lil missierha jikkundizzjonalha ħajjitha? U semgħetu. Il-ħoss tan-nagħal ta' żiemel jaħbat mal-ħamrija niexfa li kien hemm f 'dawk l-inħawi, riesaq lejha. Ġej minn x'imkien warajha. U ratu ġej mill-bogħod. Raġel liebes mantar fuq żiemel sabiħ. Qamet bilwieqfa. Hekk malli beda riesaq eqreb lejha, donnha għarfitu. Dak kien.................... Dak kien hu................ Hu! Rat lill-maħbub tagħha Kai ġej jiġri lejha fuq żiemel! "Kai?" semgħet leħinha stess isejjaħlu b'mod eċċitat. "Maren! Maren!" qalilha, hekk kif kien wasal ħdejha. "Ejja miegħi! Ejja miegħi, Maren!" qalilha b'mod urġenti. "Missierek qiegħed fil-periklu! Missierek għandu bżonnok issa! Ejja! M'hemmx ħin x'naħlu!" "X'ġara?" staqsietu b'ħalqha miuħ. "Ejja," Kai ġibiha fuq iż-żiemel u telqu flimkien lejn Malta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 November 2020