Illum previous editions

ILLUM 6 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1315438

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum 44 miljun impjieg f'riskju u telf ta' €98 biljun ... id-daqqa Ir-rapport jispjega wkoll il-miżuri li ħadet l-IATA u li kkomunikat mal-membri tagħha bil-għan li jonqos ir-riskju tat-tixrid tal-Covid-19 fuq l-ajruplani u biex ikunu protetti s-saħħa u s-sigurtà tal-passiġġieri. Mill-informazzjoni miġbura, sal-aħħar ta' Ottubru tal-2020 kien hemm biss 44 każi ta' trasmissjoni tal- virus minn fost 1.2 biljun passiġġier li qabdu l-ajruplan fil-qalba tal-pandemija. Dan ifisser każ wieħed biss għal kull 27.3 miljun passiġġier. Fil-fatt, u dan kien ikkonfermat ukoll minn uffiċjali tal-Air Malta li kienu tkellmu mal-gazzetta ILLUM, ir-riskju li persuna tieħu l-virus minn fuq ajruplan sakemm tkun liebsa maskra huwa baxx ħafna. Skont l-IATA ir-riskju huwa baxx għal diversi raġunijiet u fost dawn issemmi l-fatt li s-seats qed iħarsu kollha 'l quddiem, fl-istess direzzjoni fejn it li xejn ikun hemm interazzjoni wiċċ imb' wiċċ bejn il-passiġġieri, bl-istess seats iservu ta' barriera bejn passiġġier u ieħor. Iżda forsi l-aktar ħaġa effettiva huma l-HEPA filters li l-effiċjenza tagħhom hija ta' 99.9%. Apparti minn hekk, l-arja fil-kabina tal-ajruplan tinbidel kull żewġ jew tliet minuti. L-arja tkun assorbita minn fuq għal isfef u għalhekk mhux tgħaddi tul il-kabina kollha. Dan ikompli jnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-virus. Dan apparti li kuljum l-ajruplani qed jiġu ssanitizzati. Ir-rapport jagħmel ukoll referenza għal studju ppubblikat fuq il-Journal of Travel Medicine li jħares lejn it-titjiriet tal-Emirates minn Dubaj għal Ħong Kong bejn is-16 ta' Ġunju u l-5 ta' Lulju. Fil-fatt kien hemm ħames ajruplani li fuqhom irriżulta li kien hemm għadd ta' passiġġieri bil- Covid-19. Fuq dawn it-titjiriet, ta' tmien sigħat- il waħda kien hemm 58 passiġġier bil-Covid-19. Minkejja dan, ma kien hemm l-ebda każ ta' trasmissjoni tal-virus, jiġifieri l-ebda passiġġier ieħor ma ġie nfettat bil-virus. Ir-rapport jagħmel ukoll referenza għall-fatt li minħabba l-fatt li l-linji tal-ajru kellhom inqas flus f 'idejhom, bdew jagħtu vouchers minflok flus lura lill-passiġġieri li kellhom titjiriet ibbukkjati u li ma sarux minħabba l-pandemija. L-IATA tisħaq li dawn il-vouchers jagħtu ċans lil-linji tal-ajru biex jippreservaw il-flus biex ikunu jistgħu jgħaddu mill-kriżi filwaqt li l-klijenti tagħhom jingħataw iċ-ċans li jipposponu u mhux iħassru t-titjira tagħhom. Fl-Ewropa, l-IATA kellha titlob emenda għall-EU261, liġi Ewropea għad-drittijiet tal-passiġġieri biex il-klijenti tal-linji tal-ajru jkunu jistgħu jingħataw vouchers flok flus lura. Fil-fatt, l-IATA tiġbed l-attenzjoni li l-EU261 mhijiex indirizzata biex tittrata każi ta' eluf kbar ta' kanċellazzjonijiet. "16-il Stat Membru, li jirrappreżentaw kważi 70% tal-popolazzjoni tal- UE jaqblu ma' dan għax appoġġjaw it-talba tal-IATA," saħaq ir-rapport. Fil-fatt, l-IATA tikkonkludi li din il-liġi mhijiex adegwata u għandha tkun emendata biex tkun aktar flessibbli. VOUCHERS FLOK FLUS LURA ... IR-RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-IATA GĦAL-LIĠI TAL-UE 1.2 BILJUN PASSIĠĠIER ... 44 BISS ĦADU L-VIRUS MINN FUQ L-AJRUPLAN YENDRICK CIOFFI Il-Covid-19 ħalla impatt fuq kollox. Biżżejjed tqalleb il-gazzetta ILLUM minn Marzu li għadda u taqra l-esperjenzi ta' nies u sidien ta' negozji. Bla dubju li l-akbar daqqa ta' ħarta ħadha s-settur tat-turiżmu u l-industrija tal-avjazzjoni. Dan joħroġ ċar fir-rapport annwali tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali għat-Trasport bl-Ajru (IATA) li tiġbor fiha ħafna linji tal-ajru, inkluż l-Air Malta. Ir-rapport jiddeskrivi l-Covid-19 u l-2020 bħala l-akbar xokk għat-titjiriet kummerċjali u l-avjazzjoni mit-Tieni Gwerra Dinjija. L-IATA saħansitra tisħaq li l-effetti li kellhom l-attakki fuq it-Twin Towers u l-kriżi finanzjarja tal-2008, li sa it xhur ilu kienu meqjusa drammatiċi, lanqas biss jibdew mal- Covid-19. L-IATA tibda r-rapport tagħha tispjega kif l-impatt tal-Covid-19 fuq l-avjazzjoni beda jinħass fi Frar sakemm laħaq il-qofol tiegħu f 'April meta diversi pajjiżi għalqu l-fruntieri tagħhom. F'April, iċ-ċaqlieq tal-passiġġieri naqas b'94% mis-sena ta' qabel. Minn dakinhar, l-irkupru kien minimu. Madwar 44 miljun impjieg f'riskju Iżda dawn huma biss statistiċi. L-aktar problema tibqa' li mill-industrija tat-turiżmu jiddependu miljuni ta' impjiegi. Huwa smat li mill-industrija tal-avjazzjoni jiddependi l-impjieg ta' kważi 88 miljun persuna. Ir- rapport jistma li madwar nofs dawn l-impjiegi huma f 'riskju. Dan biex ma nsemmux impjiegi oħra, f 'setturi varji, li wkoll intlaqtlu. Insemmu biss lil dawk li jaħdmu fil-lukandi u fis-setturi tad-divertiment u l-ospitalità. Ir-rapport jispjega wkoll kif it-titjiriet internazzjonali, jiġifieri bejn pajjiż u ieħor, intlaqtu ħafna aktar minn dawk domestiċi, jiġifieri titjiriet minn ajruport għal ieħor fl-istess pajjiż. Ovvjament dan minħabba restrizzjonijiet imposti fuq l-ivjaġġar, partikolarment fl-ewwel xhur tal-pandemija, biex pajjiżi jnaqqsu r-riskju tal-importazzjoni tal-Covid-19. Iż-żieda fit-titjiriet domestiċi turi rieda għall- ivjaġġar Iżda mhux kollox mitluf. Fil-fatt, skont l-IATA minn April, iż-żieda fl-ivjaġġar domestiku (anke jekk għal Malta ma jgħoddx) huwa xi it jew wisq aktar inkoraġġanti minn dak internazzjonali, anke jekk xorta waħda huwa 87% inqas mis-sena li għaddiet. Fi kliem l-Assoċjazzjoni dan juri li għad hemm u qed tiżdied mill-ġdid id-domanda biex persuni jivjaġġaw, kemm għal btala u anke biex iżuru qraba u ħbieb. It-tieni u t-tielet mewġa ... reġgħu tefgħu kollox il-baħar partikolarment fl-Ewropa Il-it sinjali ta' rkupru li s-settur tal- avjazzjoni beda juri mas-sajf malajr taru mar-riħ hekk kif it-tieni mewġa tal-Covid-19 refgħet rasha, partikolarment fl-Ewropa. Fil-fatt, l-IATA tisħaq li l-fatt li l-pajjiżi Ewropej ma rnexxilhomx jikkontrollaw biżżejjed il-virus biex jevitaw it-tieni mewġa, ma jawgurax tajjeb biex l-ivjaġġar jibda juri sinjali ta' rkupru fil-futur qrib. F'Mejju, ikompli jgħid ir-rapport, meta diversi pajjiżi Ewropej bdew jerħu r-restrizzjonijiet u anke jifħtu l-fruntieri tagħhom, partikolarment għal pajjiżi Ewropej b'riskju baxx ta' Covid-19, inħoloq it ottimiżmu bl-iżvilupp ta' dawk li bdew jissejħu bħala kurituri siguri għall-ivjaġġar. Fil-fatt, ir-rapport jispjega kif lejn tmiem is-sajf, kien hemm żieda "sostanzjali" fl- ivjaġġar fl-Ewropa iżda kollox sfaxxa fix-xejn meta l-Covid-19 reġa' għolla rasu u l-pajjiżi kellhom jerġgħu jimponu r-restrizzjonijiet. Skont ir-rapport l-uniku swieq li qed jirrapportaw sinjali ta' rkupru huma dawk tal-Amerika Ċentrali u l-Amerika ta' Fuq u x'aktarx li dan minħabba l-introduzzjoni tat-testijiet, anke rapid testing, minflok il- kwarantina. Testijiet minflok kwarantina jafu jgħinu u jħaffu l-irkupru Fil-fatt, ir-rapport tal-IATA jikkonferma li hemm sinjali ta' żieda fid-domanda għall- ivjaġġar anke għall-btajjel. Isemmi kif, pereżempju meta l-Gvern Ingliż neħħa l-kwarantina mandatorja għall- passiġġieri li jaslu mill-Gżejjer Kanarji, kien hemm żieda immedjata fil-bookings għall- ivjaġġar kemm minn u lejn dawn il-gżejjer. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn ir-rapport annwali tal- Assoċjazzjoni Internazzjonali għat-Trasport bl-Ajru (IATA) li jagħti ħarsa lejn id-daqqa ta' ħarta li ħadet l-industrija tal-avjazzjoni fl-aħħar sena u t-triq 'il quddiem għall-irkupru

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 December 2020