Illum previous editions

ILLUM 27 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1322764

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 27 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum Il-karozzi iddominaw ħajjitna H i sfortuna li tul is-snin ħallejna ħajjitna tkun iddominata mill-karoz- zi. Għaddejna minn kontroversja wara l-oħra dwar l-infrastruttura tat-toroq. Sfortunatament jidher li minn dan kollu l-awtoritajiet għadhom ma tgħallmu xejn. L-aħħar każ hu dwar il-proposta għal fly-over ġdida għall-Imrieħel: flyover oħra li mhiex meħtiega. Il-proposta tal-Imrieħel għadha qed tkun imfassla. Ma hemmx wisq dettalji li huma magħrufa, s'issa, ħlief li probabbilment ser ikun hemm impatt sostanzjali fuq madwar 20 tomna ta' raba' saqwi. Minn dak li hu magħruf s'issa Infrastruttura Malta bdiet tiltaqa' mal-bdiewa dwar dak li eventwalment ser ikun propost. Mhux meħtieġ li nkunu nafu d-dettalji ta' dak li hu ppjanat, kif qed jgħid il-Ministru għat-Transport Ian Borg, biex nikkritikaw il-programm tal-Gvern dwar l-infrastruttura tat-toroq għax dan hu oġġezzjonabbli fil- prinċipju. M'għandiex bżonn iktar toroq. Imma għandna bżonn inqas karozzi fit-toroq li għandna. Tnaqqis ta' karozzi mit-toroq jwassal għal tnaqqis fil-kongestjojni tat-traffiku u titjib fil-kwalità tal- ħajja, inkluż iktar sigurtà fit-toroq tagħna għal kulħadd. It-toroq tagħna mballati bil- karozzi. Għal din ir-raġuni l-Gvern qabbad esperti bex jistudjaw il-problema. Bħala riżultat ta' dan, bl-għajnuna ta' fondi għall- iżvilupp reġjonali tal-Unjoni Ewropea tfassal Pjan Nazzjonali għat-Trasport (Masterplan) minn konsulenti barranin. Il-Kabinett approva dan il-pjan fl-2016, imma kontinwament qiegħed jonqos milli jassigura li dan ikun implimentat. Waħda mill-osservazzjonijiet bażiċi ta' dan il-Pjan Nazzjonali għat-trasport hi li nofs il-vjaġġi bil- karozzi privati jdumu inqas minn 15-il minuta, jiġifieri huma vjaġġi għal distanzi qosra. Bla ebda dubju hemm bosta mezzi sostenibbli li jservu għal mobilità alternattiva: il-karozzi privati bla ebda dubju nistgħu ngħaddu mingħajrhom għal dawn id-distanzi qosra, fil- parti l-kbira tal-każi. Il-Pjan Nazzjonali għat-Trasport iwissina dwar in-nuqqas f 'Malta tal-ippjanar għat-trasport: ippjanar li jħares sal-ponta ta' mnieħru għax ma jħarisx fit-tul. Bħala konsegwenza ta' dan it li xejn jeżistu miri ċari, hemm nuqqas ta' direzzjoni strateġika kif ukoll nuqqas ta' kapaċità li jkunu ndirizzati materji diffiċli bħat-tnaqqis ta' karozzi mit-toroq. Il-Maltin huma konservattivi wisq, jgħid il-pjan (ere is a strong reluctance for Maltese society to change) u dan f 'kuntrast mal- ħtieġa għal azzjoni fil-komunità biex tkun indirizzata l-problema tat-traffiku, kemm kif inhi illum kif ukoll kif għadtista'tiżviluppa. Dan, ikompli jgħid il-pjan tat-trasport approvat mill-Kabinett, iwassal biex is-sewwieq Malti jippretendi li kulħadd għandu jaddatta l-mod kif jivvjaġġa biex hu jkun jista' jibqa' jsuq il-karozza tiegħu! (is results in the Maltese traveller expecting that everyone else will change their travel habits so that they can continue to drive their car.) Il-politika dwar it-trasport ma jistax ikun li tibqa' ippjanat biċċa biċċa, mil-lum għal għada. Jeħtieġ ippjanjar olistiku. Dan hu l-iskop li sar dan il-Masterplan: biex ikollna pjan olistiku u nibdew inħarsu fit-tul. Biex pjan bħal dan ikun implimentat, imma, hemm bżonn deċiżjonijiet iebsin li għandhom iwasslu għal tnaqqis fin-numru esaġerat ta' karozzi private li hawn fit-toroq tagħna. Il-problema reali li qed iżżomm l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan hi li l-Gvern m'għandux il-kuraġġ li jieħu dawn id-deċiżjonijiet. Ma jridx jirfes kallijiet! Irridu nimu darba għal dejjem li ċ-ċokon ta' pajjiżna jagħmilha possibli li permezz ta' transport pubbliku organizzat sewwa nilħqu kull rokna tal-pajjiż f 'ħin qasir. It-trasport pubbliku f 'Malta għamel progress kbir f 'dawn l-aħħar snin, imma dan mhux biżżejjed. Għax it-trasport pubbliku ma jistax jikkompeti ma' Gvern li kontinwament jinkoraġixxi l-użu tal-karozza privata b'toroq ġodda u flyovers li flok jirrestrinġu iż-żieda tat- traffiku fit-toroq tagħna jagħmluh iktar faċli. Għal żmien twil, Gvern wara l-ieħor kien skjav tal-karozza. Il-politika tat-trasport kienet u għada politika favur il-karozzi li jikkundizzjonawlna ħajjitna. Hu dan li għandu jinbidel. Jeħtieġ li l-politika tat-trasport tpoġġi lin-nies l-ewwel, qabel il- karozzi. Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD 18 opinjoni IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum Ftit riflessjonijiet dwar l-iStat Mafjuż M eta taqra it-termini ta' referenza imfassla għall-inkjesta pub- blika dwar l-assassin- ju ta' Daphne Caruana Galizia, hu ċar daqs il-kristall x'inhu mistenni minn din l-inkjesta. L-iskop tal-inkjesta hu biex ikun stabilit jekk il-makkinarju tal-istat Malti ħadimx kif kellu jaħdem u jekk dan ikkontribwiex għall-assassinju. Fi it kliem hu mistenni lijinkjesta tistħarreġ jekk dawk li mexxu u qed imexxu l-istatMalti ħadmux fl-interess pubbliku inkella jekk ħadmux fl-interess tal-it. Bħala riżultat ta' dan kellu jkun mistħarreġ jekk dan wassalx biex inħolqot kultura ta' impunità li iffaċilita li uħud jagħmlu li jridu, inkluż li joqtlu. Uħud jargumentaw, u dwar dan għandhom raġun, li l-makkinarju tal-istat Malti qatt ma iffunzjona sewwa. Ikomplu jargumentaw li l-amministrazzjoni l-ġdida tal-2013 għamlet użu minn makkinarju tal- istat Malti difettuż b'mod ferm iktar effiċjenti mill- amministrazzjonijiet preċedenti. Ġew irfinati u intensifikati l-kontrolli politiċi u bħala riżultat ta' dan aċċelleraw it-tnaqqis ta' sens ta' responsabbiltà u tal-kontabilità ta' bosta mill- istituzzjonijiet tant meħtieġa għall-funzjonament tal-istat demokratiku . It-termini ta' referenza għall- inkjesta pubblika li dwarhom intlaħaq ehim f 'Diċembru 2019 jirreferu għall-iżvilupp ta' stat ta' impunità u kif dan seta' jkun evitat permezz tal-osservanza ta' dak li tipprovdi l-liġi, jekk wara kollox hemm provedimenti li huma applikabbli. L-istat Malti hu wieħed Mauż? Ċertament li jkun jekk il-makkinarju tal-istat isir ħaġa waħda mal-kriminalità organizzata b'mod li uffiċjali tal-istat ikunu parti minn, inkella jipparteċipaw ma' organizzazzjoni kriminali. Ix-xhieda li nstemgħet s'issa fis-seduti pubbliċi tal-inkjesta pubbblika juru tkaxkir tas- saqajn da parti tal-awtoritajiet liema fatt witta t-triq għall- iżvilupp ta' kultura ta' impunità. Investigazzjonijiet dwar ħasil ta' flus imxew b'pass ta' nemlu sakemm inbidlet it-tmexxija tat-taqsima fil-Korp tal-Pulizija li tinvestiga r-reati ekonomiċi. Apparti dan, s'issa għad ma nafux x'intqal fis-seduti tal- inkjesta li saru bil-magħluq. L-affarijiet jistgħu jkun ferm agħar minn dak li nafu s'issa! Dak li ġie żvelat waqt l-inkjesta pubblika ma tistax tarah u tiżnu waħdu. Triq tarah ukoll fil-kuntest tax-xhieda quddiem il-Qorti tal-Maġistrati fejn qed jinġabru l-provi kontra dawk akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia inkella bl- ippjanar tiegħu. Sirna nafu li l-allegat moħħ wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia qal lill-Pulizija (waqt l-interrogazzjoni) li hu kien qed jeżegwixxi l-ordini/ xewqa taċ-Chief of Staff ta' Joseph Muscat, Keith Schembri. Da parti tiegħu Keith Schembri jiċħad dan kollu. Il-verità kollha għad ma nafuhiex. Li nafu fiċ-ċert hu li dawk li ħasbu dwar u ippjanaw dan l-assassinju kienu viċin wisq tal-poter politiku fil-pajjiż: bħalma jiġri fi stat Mauż. Kien fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Joseph Muscat li dak li ffaċilita l-qtil offrewlu impieg mal-Gvern li kien jitħallas tiegħu mingħajr ma jidħol għax-xogħol. Parti mill-ħlas għal-xogħolu! Il-Ministri li xehdu fl-inkesta pubblika jippuntaw subagħajhom lejn il-magħżulin madwar Joseph (il- Kitchen Cabinet). Min-naħa l-oħra dawk ta' madwar Joseph jilgħabuha taċ-ċwieċ (biex ma jħallsux dwana) qieshom ma' kellhomx idea dwar x'kien qed jiġri. Din hi parti mill-gravità ta' dak li seħħ: l-awtorità spiċċat f 'idejn dawk appuntati flok f 'idejn dawk eletti! Addio r-responsabbiltà kollettiva tal-Kabinett li jidher li tal-inqas xi drabi la kien infurmat u l-anqas kien jaf ezattament x'qed jiġri. Fl-aħħar tal-mazzita ssib iż-żbiba: it-theddid sfaċċat tal- Gvern indirizzat lejn l-imħallfin li qed imexxu l-inkjesta pubblika juri Gvern fi stat ta' paniku. Wieħed jiem l-ansjetà ta' Robert Abela. Wara kollox hu kien il-konsulent legali ta' Joseph Muscat u kien jattendi l-laqgħat tal-Kabinett biex ikun jista' jaghtih pariri aħjar! Bla dubju għandu iktar minn idea tajba dwar ħafna minn dak li ġara! Anke hu għandu ħafna xi jwieġeb dwar dak kollu li ġara. Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD L-istat Malti hu wieħed Mafjuż? Ċertament li jkun jekk il-makkinarju tal-istat isir ħaġa waħda mal-kriminalità organizzata b'mod li uffiċjali tal-istat ikunu parti minn, inkella jipparteċipaw ma' organizzazzjoni kriminali Ritratt: Paul Borg Olivier It-trasport pubbliku f'Malta għamel progress kbir f'dawn l-aħħar snin, imma dan mhux biżżejjed. Għax it-trasport pubbliku ma jistax jikkompeti ma' Gvern li kontinwament jinkoraġixxi l-użu tal-karozza privata Ritratt: Paul Borg Olivier

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 December 2020