Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027
Naqqsu l-battibekki, pass lejn aktar għaqda Bernard Grech kien elett l-aktar fuq l-għajta tal-għaqda u allura wieħed bilfors jeħtieġ jiġġudika l-ewwel 100 jum tiegħu minn dan l-angolu. L-ewwel 100 jum ġabu l-għaqda fil- partit jew le? Hawnhekk jidher - għallinqas fil- wiċċ u fid-deher - li Grech għamel passi 'l quddiem primarjament hekk kif dawk id-deputati li kienu voċiferi kontra Delia waqfu jikkritikaw lill- partit fil-miftuħ u kien hemm biss inċident wieħed ta' battibekki, bejn deputati sa issa, jiġifieri battibekk bejnl-eks Kap Adrian Delia u d-Deputat Jason Azzopardi. Oltrè minn dan jidher li fuq il-midja soċjali l-attakki fl-apert naqsu sew. Dan huwa pass 'il quddiem u bla dubju jfisser li l-PN qed ikun ħafna inqas fuq l-aħbarijiet għal raġunijiet ħżiena. Dan ma jfissirx li ma hemmx diversi kurrenti minn taħt u persuni li għadhom irrabbjati fuq dak li ġara lil Adrian Delia, bħal kurrenti f 'kull partit, iżda l-fatt li sa issa huma taħt kontroll u mhumiex jidhru fil- pubbliku huwa tajjeb għall-immaġini tal-partit u għal wegħda ta' Grech li jġib l-għaqda. Numru ta' deċiżjonijiet tajbin L-ewwel 100 jum ta' Grech kienu mmarkati wkoll minn numru ta' deċiżjonijiet tajbin li juruh bħala politiku differenti minn ta' qablu, speċjalment minn dik il-klassi politika li tara biss it-tajjeb f 'li tagħmel hi u l-ħażin biss f 'ta' ħaddieħor. L-aqwa deċiżjoni li ħa kienet li ma ddejjaq xejn mhux biss jappoġġja l-pożizzjoni tal- Gvern fuq bidliet fil-liġi tad-divorzju iżda wkoll li qajjem il-bżonn ta' proposti f 'dak li jirrigwarda m a n t e n i m e n t tat-tfal. Dan bla dubju huwa riflessjoni tal-fatt li Grech kien għal snin sħaħ avukat tal- familja. Sfortunatament dawn il-proposti ma jidhirx li ġew segwiti biżżejjed mill- midja in ġenerali u lanqas mill-PN innifsu. Grech wera' wkoll ċerta abbilità ta' tmexxija fil-każ ta' Jason Azzopardi u r-rapport fuq din il-gazzetta dwar mawra f 'Tel Aviv. Azzopardi warrab sakemm il-Kumitat tal-Etika tal-PN investiga jekk inkisritx l-etika meta aċċetta li titħallaslu l-lukanda Hilton fl- istess belt fl-Iżrael minn Tumas Group, filwaqt li xtara rigal tal-fidda lil Ray Fenech bħala ringrazzjament. Il-Kumitat talab li Azzopardi jingħata ċanfira. Jekk din id- deċiżjoni kinitx tajba jew le, b i ż ż e j j e d jew le hija suġġettiva. Iżda n a t u r a l m e n t , dejjem hija tluq u pass lilhinn m i r- r e a z z j o n i ġ e n e r a l m e n t tribalistika li jkollna f 'Malta fejn jirrigwarda l-politika. Dan il-pass wera' li fejn kien hemm bżonn Grech ra li l-istrutturi tal-partit jaħdmu biex jinvestigaw u anke jkunu trasparenti dwar id-deċiżjonijiet tagħhom. Pożittiva wkoll kienet id-deċiżjoni li jagħmel aċċenn qawwi fuq iż- żgħażagħ u dik li dehret illi se tkun imbutattura qawwija 'l quddiem lill- kandidati żgħażagħ bi proposta iżda li kif mistenni ma ntlaqgħetx tajjeb minn Deputati stabbiliti. Bernard Grech ippropona wkoll li jsir referendum fost l-Għawdxin dwar il-mina. Hija ħasra li ma rriflettietx tajjeb fuqu u fuq il-PN li fid- dawl ta' kritika lejn il- proposta, donnu kien hemm attentat biex tiġi imbenġla. I n g ħ a t a t l-impressjoni li Grech qed jibża' mil-kritika. Kien ikun aħjar li kieku żamm m a l - p r o p o s t a oriġinali ta' r e f e r e n d u m i m b a g ħ a d evalwaha aħjar wara li diversi nies u stakeholders esprimew ruħhom. Pożittiv wkoll huwa li minkejja li għadu minn taħt numerikament Bernard Grech wera' li għadu predispost mhux biss li jikkomunika mal-midja, imma wkoll li joħloq fora illi fihom hu jkun sfidat b'mistoqsijiet politiċi li forsi il- ġurnalisti tal-partit mhux se jagħmlu. Saru fil-fatt numru ta' dibattiti illi għalihom il-PN stieden biex jintervistaw lil Grech edituri u ġurnalisti minn midja indipendenti, il- Ħadd stess fil-fatt intervistah Andrew Azzopardi. Pożittiv ukoll kien il-mod kif għamel tiegħu l-kwistjoni tal-anzjani u d-djar tal-anzjani b'talbiet biex is-Segretarju Parlamentari jitneħħa, kif fil-fatt ġara. Finalment, minkejja li malli kien elett, numru ta' nies irreżenjaw, l-aktar kunsilliera u fosthom ħu Delia (Anthony Delia - San Pawl il-Baħar) u anke l-preżentatriċi popolari fuq il- midja Nazzjonalista Louise Tedesco (Kunsill Ħamrun) - jidher li kien hemm tentattivi biex Delia jibqa' jidher u saħansitra jkollu rwol fix-shadow cabinet. Dan juri allura li Grech kellu u għad għandu intenzjonijiet tajbin favur l-għaqda fil-PN. Konklużjoni: Wieħed allura jikkonkludi li l-ewwel 100 jum ta' Bernard Grech ma kinux diżastru, għaliex fil-verità saru passi 'l quddiem u kien hemm numru ta' votanti li mill- ġdid reġgħu bdew jappoġġjaw lill-PN u lil Kap tiegħu, wara li kien elett. Minkejja dan iżda dawn il-100 jum huma ħafna 'l bogħod mill-bidliet u l-impetu tant meħtieġ għall-PN li bosta ħasbu li se jesperjenza ladarba jkun elett Grech. Jidher ċar li Bernard Grech għadu mhux qed jeċita u jqajjem entużjażmu fost il-mases, speċjalment, dawk li telqu lill- PN u għadu mhux qed jagħmel lill-PN rilevanti biżżejjed f 'dak li l-aktar illi jinteressa lin- nies. Jekk mhux se jħaffef il- pass u jagħti theżżiża tajba lill-partit, hemm ċans li d-destin ta' Bernard Grech ikun bħal dak ta' Delia u l-elezzjoni interna tas-sena l-oħra tkun għamlet it li xejn differenza għar-riżultat li l-aktar se jgħodd: dak tal-elezzjoni ġenerali li jmiss. 11 analiżi illum • IL-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 inbiddlu l-affarijiet għall-PN? ... u nkomplu bit-tajjeb!