Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027
10 analiżi IL-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 • illum L-ewwel 100 ta' Bernard ... imma inbiddlu Din il-ġimgħa Bernard Grech għalaq 100 jum fil-kariga, xi ħaġa li l-PN ma tantx deher entużjast biex ifakkar. Imma x'qed juruna dawn l-ewwel jiem? Il-PN se jistejqer xi ftit politikament? Sar aktar rilevanti milli kien taħt Delia? Qed jirbaħ lura liż-żgħażagħ? Jew reġa' koppi? L -ILLUM tanalizza ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Mingħajr wisq ħoss mill-PN stess, anzi mingħajr ħoss, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech din il-ġimgħa għalaq 100 jum fit-tmun tal-PN. Naturalment l-ewwel 100 jum huma ġeneralment meħudin bħala l-ewwel litmus test ta' politiku biex wieħed jara liema destinazzjoni l-aktar li jidher illi se jkun qed jaqbad dak il-mexxej politiku u dak il-partit. Kif għamilna fl-ewwel 100 jum ta' Robert Abela it xhur ilu, se nagħtu ħarsa lejn l-ewwel 100 jum ta' Bernard Grech billi naqsmu l-analiżi fi tnejn: Il-pożittiv u n-negattiv tal-ewwel tliet xhur ta' Grech. Il-PN baqa' mhux rilevanti biżżejjed f 'ħafna oqsma u suġġetti Il-Partit Nazzjonalista kellu problema u minkejja li għaddew 100 jum ta' Grech, baqa' bl-istess problema: Ir-rilevanza jew inkella n-nuqqas tagħha. Biex partit ikollu rilevanza irid ikun fuq quddiem f 'diversi oqsma li jagħmlu differenza lin-nies: Il-flus fil-but, is- saħħa u l-Covid-19, l-immigrazzjoni u aktar. Fuq quddiem, fis-sens illi l-poplu jħoss illi l-PN qed joffri soluzzjonijiet, qed jiltaqa' man-nies u jiddjaloga man- nies milqutin u aktar minn hekk huwa bħal magna ta' proposti li l-Gvern ma jistax ilaħħaq magħha. Minflok, ħafna drabi, il-PN qed jidher niexef fl-ideat, jiġri wara l-Gvern u jirreaġixxi għal miżuri tiegħu jew inkella jibda inizjattivi li ma jsalvawx aktar minn ftit ġimgħat. Grech ħabbar il-Covid-19 Action Team biex jagħmel propju dan: Jiddiskuti, jipproponi u jkun mutur ta' ideat sabiex il-PN jidher fuq quddiem u rilevanti fi kwistjoni tant kruċjali li fuqha minkejja l-ħafna tajjeb li għamel, Robert Abela xorta żelaq żelqiet kbar. L-għan ta' dan it-tim ta' azzjoni kellu jkun li joħloq momentum biex il-PN iservi ta' tarka u ta' dawl f 'din il-kwistjoni. Minflok spiċċat f 'inizjattiva li ma ħaditx, li ftit li xejn ingħatat (jew talbet li jkollha) preżenza fuq il-midja u li ma ħarġet b'ebda proposta tanġibbli biżżejjed li tiddistingwi lil dan il- grupp ta' nies - u allura lill-PN - mill- avversarji u anke mis-soċjetà ċivili. L-istess f 'dak li jirrigwarda wċuh ġodda. Minkejja li huwa sabiħ li tara nies bħal Jerome Caruana Cilia, Alexander Mangion, Alex Borg, Darren Carabott u James Aaron Ellul - persuni li ilhom ftit snin jimmilitaw fil-partit (jew kellhom qraba fil- partit) jitfgħu isimhom 'il quddiem bħala wċuħ żagħżugħa fil-PN, dan mhux biżżejjed! Anzi lanqas biss huwa bidu, biex il-PN jibda jgħid illi qed jattira lejh demm ġdid u ġenerazzjoni żagħżugħa b'tali mod li jitfa' pressjoni elettorali fuq il-Partit Laburista. U dan jibqa' jidher fis-sondaġġi, bl-aħħar sondaġġ ippubblikat fuq il- gazzetta oħt Maltatoday juri lill-PN f 'minoranza żgħira fost iż-żgħażagħ minkejja żieda wara li kien elett Grech. Is-sondaġġ ta' Diċembru juri illi fost dawk bejn 18 u 35 sena 18.2% biss jafdaw lil Grech - kontra d-39.2% li jafdaw lil Abela u 19.1% biss lesti jivvutaw PN kieku ssir elezzjoni - kontra l-34.5% li jivvutaw lill-Partit Laburista. Sfortunatament l-iktar kandidata li kienet qed tkun voċifera u skjetta u li kienet qed tingħata ħafna spazju fuq il-midja u li setgħet taqla', kważi waħedha, lill-PN mit-tikketta konservattiva - Angela Coleiro - irtirat il-kandidatura li kienet ħabbret ftit biss qabel u rriżenjat mill-kariga li kellha f 'fergħa tal-partit. L-uniku kandidat ta' ċerta toqol sa issa, għalkemm mhux neċessarjament jista' jissejjaħ ġdid, huwa l-avukat Joe Giglio. Ħaġa oħra: Filwaqt li bosta Deputati Laburisti donnhom qed jiftħu jew fetħu uffiċini madwar il-pajjiż, kollha mmarkati b'ritratt kbir tagħhom mal- bieb (Castaldi Paris u Clayton Bartolo f 'Birkirkara, Julia Farrugia Portell, f 'Birżebbuġa, Rosianne Cutajar f 'Ħal Qormi u Silvio Schembri fis-Siġġiewi - dawk żgur), il-PN għadu qed jitlef il- każini jew inkella għadu nieqes ħafna milli jkun preżenti fil-lokalitajiet tagħna, speċjalment fir-realtà nepotistà ta' pjaċiri li hija r-realtà tal- politika Maltija. Dawn l-uffiċini nafu għaliex qed jinfethu. Ma jinfetħux biex John, Mary u Brandon imorru jistaqsu lid-Deputati/Ministri dwar l-aħħar żviluppi fil-qasam tal-governanza jew dwar l-indiċi tal-korruzzjoni. Jinfetħu biex imorru nies jistaqsu dwar impjieg għat-tfal jew permess jew għajnuna għal xi soċjetà/każin/għaqda tal-lokalità jew għal xi promozzjoni jew inkella għax kien ħaqqhom xi ħaġa li ma ħadux jew għax saret inġustizzja kontrihom jew għax xi għaqda tal- lokalità qed tiġbor il-flus għal xi attività u nistgħu nibqgħu għaddejjin. Jiġifieri jinħass li wara tmien snin fil-Gvern il-preżenza tal-Partit Laburista fl-irħula u bliet tagħna baqgħet b'saħħitha jekk mhux issaħħet, b'magna ta' relazzjonijiet pubbliċi effiċjenti. Dan filwaqt li dik tal-PN baqgħet pjuttost dgħajfa. Nuqqas ta' impetu u ħeġġa Il-PN għadu qed ibati ħafna minn nuqqas ta' ħeġġa u impetu fost firxa wiesgħa ta' attivisti. Dan huwa minħabba diversi fatturi. L-ewwel raġuni mhijiex marbuta mal-PN innifsu u dwarha ftit kellu kontroll: Il-Covid-19. Kuntrarjament għal Joseph Muscat u anke Robert Abela warajh, li kellhom kampanji fost in-nies fil-każini u pjazez u l-ħwienet biex jimmobilizzaw il-massa u joħolqu fervur fost l-għeruq ftit wara li ġew eletti mexxejja, Grech ftit seta' jagħmel dan. Fil-fatt ftit wara li kien elett u n-numri ta' każi ta' Covid-19 reġgħu bdew telgħin, Grech kellu jħassar iż- żjajjar kollha li kellu fil-każini. Dan ifisser illi l-Kap Nazzjonalista għadu ma kellux l-opportunità li jiltaqa' u jissaħħaħ biżżejjed fost l-għeruq f 'laqgħat soċjali, individiwali, fid-djar tan-nies u b'kuntatt fiżiku, li jibqa' dejjem ħafna aktar effettiv mill- kuntatt virtwali. Qed jinħoloq sens fost l-għeruq - hux kbir jew le ma nafux - illi Grech huwa nieqes mill-kariżma u mill- karatteristiċi li jagħmluh popolari mal-votant Malti. Huwa vera li l-partit kien jeħtieġ persuna aktar sobrija minn Delia - li forsi kellu wisq skeletri fil- gwardarobba - imma minn naħa l-oħra biex tiġbed in-nies jeħtieġ - fost ħafna affarijiet oħrajn - li jkollok kariżma, tidher rilassat meta titkellem u tkun kapaċi toħloq l-entużjażmu b'dak li tgħid u l-mod kif tgħidu. F'dawn il-100 jum, Grech filwaqt li offra dak is-sens ta' sobrjetà u serjetà, kien wisq nieqes minn mumenti li jqanqlu u li jinjettaw il-ħeġġa fost eluf ta' partitarji Nazzjonalisti li jħossu illi tilfu ħafna minn dik l-istess ħeġġa għall-partit. U din hija problema kbira, sena jew xhur qabel elezzjoni ġenerali. Jekk Grech irid ikun effettiv u jibda jnaqqas mid-distakk enormi li għad hemm bejn iż-żewġ partiti - Grech huwa 16.7% inqas fdat minn Robert Abela u l-PN 12.6% 'il bogħod mill- PL (madwar 37,800 vot distakk) - irid jibda joħloq ħeġġa fost l-għeruq. Kif se jagħmel dan hija bla dubju waħda mill-akbar sfidi tal-100 jum li ġejjin. Il-fatt iżda li l-PN lanqas biss immarka - imqar bi stqarrija jew konferenza tal-Aħbarijiet - l-ewwel 100 jum ta' Bernard Grech (nhar il- Ħadd li għadda) juri fil-verità kemm il-PN għadu maqbud f 'morsa ta' diżillużjoni u inċertezza. Hemm affarijiet oħrajn li fihom Grech ma impressjonax f 'dawn il-100 jum, fosthom kif ma kienx kapaċi joħloq it-tim tiegħu, 'It-tim Bernard'. Żamm l-istess shadow cabinet u ma għamel ebda tibdil minn dak li kellu Delia - minkejja li kien indikat li se jsir tibdil. Kif ukoll li żamm l-istess uffiċjali li ħafna minnhom spiċċaw fil-kariga minħabba li ħadd ma riedha fi żmien Delia. Per eżempju ma biddilx is-Segretarju Ġenerali għal xi ħadd frisk u ġdid biex jibda mill-ewwel bl-organizzazzjoni tal-partit u l-preparazzjonijiet għall- isfidi elettorali. U spiċċa mdawwar b'żewġ Viċi Kapijiet li huwa sigriet magħruf li wieħed minnhom ikkampanja bil- qawwi kontrih u favur Adrian Delia. Fi ftit kliem, inbidel il-captain tat- tim imma t-tim baqa' l-istess. Nibdew bin-negattiv ...