Illum previous editions

ILLUM 10 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 aħbarijiet Vaganzi u tmiem il-ġimgħa mwaħħlin mal-Facebook! Mhux għax kien hemm wisq dubju, imma studju magħmul mill-Espad jikkonferma l-użu estensiv tal- midja soċjali fost żgħażagħ bejn 15 u 16-il sena. 40.6% jużaw siti bħal Facebook, Instagram u Snapchat għal aktar minn sitt sigħat kuljum fi ġranet meta ma jkollhomx skola ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Li ż-żgħażagħ qed iqattgħu ħafna ħin jużaw il-midja soċjali, b'siti bħal Facebook, Instagram u Twitter hija xi ħaġa ovvja. Imma issa dan huwa ppruvat minn studju li sar mill-European School Survey Project on Alcohol and Other Drugs (ESPAD) li kkonferma illi xejn inqas minn 40.6% ta' dawk li s-sena l-oħra kellhom bejn 15 u 16-il sena użaw il-midja soċjali għal sitt sigħat jew aktar fi tmiem il- ġimgħa jew matul vaganzi. Dan il-persentaġġ iżda jinżel għal 16.6% għal dawk il-ġranet illi matulhom l-istudenti ma jkunux l-iskola. Dan l-istudju fil-fatt juri kif il- bniet - bi kważi 47% - jużaw il- midja soċjali waqt ġranet mhux tal-iskola ħafna iktar mis-subien (34.5%). 27% ta' żgħażagħ f 'dawn l-etajiet jużaw il-midja soċjali bejn ħames u sitt sigħat matul tmiem il-ġimgħa jew vaganzi, bil-bniet mill-ġdid iqattgħu aktar ħin mis-subien (26% vs. 28%). Huma biss 3% tal-istudenti (minn 44 skola) li pparteċipaw u li qalu li ma jużawx il-midja soċjali fil-ġranet li matulhom ikollhom l-aktar ħin liberu. Dan juri li llum qed jiżdiedu dawk li minkejja li jkunu liberi jew inkella saħansitra f 'xi pajjiż differenti fuq vaganza jibqgħu f 'kuntatt virtwali mal-ħbieb u l-komunità tagħhom fuq il- midja soċjali. Dan daqs kemm jista' jkun ta' benefiċċju minn angolu ta' komunikazzjoni, jista' jkun ukoll detrimentali għas-saħħa tal-persuna. Aktar minn hekk, diversi studji u riċerki juru illi jista' jkun li dawn is-siti - meta wżati għal sigħat sħaħ bla waqfien - jkollhom l-effett il-kontra ta' dak li suppost ikollhom. Il-perċezzjoni ta' iżolament soċjali ħafna ogħla fost dawk li jqattgħu ħafna ħin fuq midja soċjali Interessanti f 'dan il-punt nisiltu x'qal studju li sar minn Brian Primack, Direttur taċ- Ċentru tar-Riċerka fuq il- Midja, Teknoloġija u s-Saħħa fl- Università ta' Pittsburgh (USA). F'dan is-sondaġġ, fost 1,787 persuna ta' bejn 19 u 32 sena jirriżulta li persuni li qattgħu aktar minn sagħtejn kuljum fuq siti bħal Facebook, Instagram u Snapchat ġeneralment kellhom id-doppju ċans li jipperċepixxu li huma soċjalment iżolati, minn dawk li qalu illi jqattgħu nofs siegħa kuljum fuq il-midja soċjali. Dawk li żaru siti ta' midja soċjali 58 darba jew aktar fil- ġimgħa kienu tliet darbiet aktar fiċ-ċans li jħossu li huma soċjalment iżolati minn dawk li kienu jżuru s-siti disa' darbiet fil-ġimgħa. U dan minkejja li kif jgħid isimhom dawn huma siti soċjali! Primack jispjega kif dan huwa prinċipalment grazzi għall- immaġini li l-midja soċjali tkun qed tagħti u allura meta persuna tara lill-ħaddieħor f 'ħajja li tidher perfetta, li fir-realtà ma tkunx, tħossha xi ftit jew wisq eskluża. Jiġifieri l-midja soċjali tista' fil-verità ġiegħlek tħossok aktar waħdek u aktar eskluż minn attivitajiet li qed tara lil ħaddieħor jagħmel. Primack qal illi studji fil-futur għandhom lok illi jirriċerkaw l-użu partikolari tal-midja soċjali, aktar minn sempliċiment is-sigħat li wieħed iqatta' fuq il- midja soċjali. Jiġifieri jekk wieħed huwiex qed juża l-midja soċjali biex jagħmel like jew ixerred ritratti ta' xi ikla, vaganza jew il-ġeru li għadhom kif ġabu bħala familja jew inkella biex ikollhom diskussjonijiet jaħarqu relatati mal-politika, reliġjon u suġġetti oħrajn simili. 63% jemmnu li qed iqattgħu wisq ħin fuq il-midja soċjali Interessanti l-fatt illi minkejja l-użu qawwi tal-midja soċjali f 'pajjiżna 63% tal-parteċipanti u allura maġġoranza qawwija jemmnu li qed iqattgħu wisq ħin jużaw dawn it-tip ta' siti. Fil-fatt mistoqsijin jaqblux mal-istqarrija: 'Nemmen li qed inqatta' wisq ħin fuq il-midja soċjali', 30% qalu li jaqblu ħafna u 33.5% qalu li jaqblu parzjalment. Kienu biss 15.4% li qalu illi ma jaqblux illi qed iqattgħu wisq ħin fuq il-midja soċjali. Intant kienu kważi nofs il- parteċipanti jew 49.7% li qalu li anke l-ġenituri tagħhom jaħsbu li qed iqattgħu wisq ħin fuq il- midja soċjali. Dan filwaqt li kważi 30% ma jaqblux li l-ġenituri tagħhom jaħsbu hekk. X'għandek tagħmel biex toħloq bilanċ? • Ftakar li minkejja l-ħafna posts u ritratti li tara fuq il-midja soċjali in-nies mhux qed jitfgħu ritratti ta' xi żwieġ imkisser jew telf ta' impjieg jew inkella ritratti li ma humiex daqstant kumplimentużi. Ir-ritratti fuq Facebook, Instagram, u Snapchats mhumiex ir-realtà ta' kuljum • Oqgħod attent għal kif qed tħossok meta tkun fuq il-midja soċjali u kkontrolla l-mod kif tħossok • Għamel limitu fuq kemm tqatta' ħin fuq il-midja soċjali u żomm ma' dak il-limitu • Iċċekkja l-fatti dwar aħbarijiet li qed taqra dwarhom u kun ċert li tafda s-sors • Kun kapaċi tieqaf minn argument jaħraq dwar diversi suġġetti - fosthom il-politika - u aċċetta li mhux se tasal fi qbil ma' dik il-persuna • Ftakar li ħafna mid-drabi tkun qed tisma' jew taqra l-opinjonijiet tal-istess persuni bl-istess interess li huma ħbieb tiegħek u allura ma jkollokx l-istampa sħiħa 40.6% ta' dawk li s-sena l-oħra kellhom bejn 15 u 16-il sena użaw il-midja soċjali għal sitt sigħat jew aktar fi tmiem il-ġimgħa jew matul vaganzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 January 2021